Children Allowance — familji, romol, ommijiet xebbiet u istituti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji, romol, ommijiet xebbiet, istituti eċċ. li jieħdu l-benefiċċji taċ-Children Allowance fil-mument? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ammont ta persuni li jirċievu l-Allowance tat-Tfal skont il-kategoriji mitluba u maqsuma f’ammonti f’Malta u Għawdex jidhru fit-tabella aktar l-isfel:
Malta
GOZO
CA
CAFR
CA
CAFR
Familji
16042
17372
1405
171
Romol
268
57
26
2
Ommijiet Xebbiet
4377
155
146
0
Total
20687
17584
1577
173
l-istituti ma jirċevux
allowance
tat-Tfal iżda Foster Care Allowance.
Bniet u subien li ddaħħlu fl-isptarijiet jew ċentri tas-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħlu bniet u subien fl-isptarijiet u/jew ċentri tas-saħħa matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tal-Admissions Discharges Transfers Module tal-Patient Administration System, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei taħt is-17-il sena matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is- sena huwa hekk:
Nursery
Inkluża
Nursery
Eskluża
Nursery
Biss
Nisa
1,600
1,092
508
Rġiel
1,976
1,397
579
M’hemmx informazszjoni
32
32
0
Total
3,608
2,521
1,087
In-nies li attendew fiċ-ċentri tas-saħħa fl-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena (2012) f’Malta kien ta’ 487, 776 u f’Għawdex kien ta’ 27, 255. L-istatistika li tinġabar fuq in-nies li jattendu fiċ-ċentri tas-saħħa ma tiddeterminax l-eta’ u s-sess tal-individwu.
Persuni li ddaħħlu fl-emerġenza kawża ta' overdose
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' overdose matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Mill-aħħar tagħrif disponibbli miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Emerġenza minn Jannar sa Marzu 2012 kien ta’ ħamsa u erbgħin (45) pazjent.
It-terminu overdose jinkludi dawn kategoriji:
Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44); Attentat ta’ suwiċidju jew ikkaġunar ta’ offiża fuqha nnifisha, ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64); Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14).
Persuni li ddaħħlu l-emerġenza kawża ta' xorb aċċessiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' xorb aċċessiv matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) u l-Electronic Case Summary (ECS) jirriżulta li fl-ewwel tlett’xhur ta’din is-sena ddaħħlu 54-il każ minħabba f’xorb eċċessiv fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji:
Kategorija A
: Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2, F10.3, F10.1 u F10.9)
Kategorija B
: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)
Kategorija C
: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
Importanti li wiehed jgħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.
NOTA IMPORTANTI: IL-FIGURI HUMA PROVVIŻORJI
In-numru ta’ każijiet f’kull kategorija jidhru hawn taħt:
Numru ta’ Pazjenti li ddahlu fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Marzu 2012
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija C
15
29
10
Persuni li ddaħħlu l-emerġenzja kawża ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li ddaħħlu fl-emerġenza kawża ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Fl-Electronic Case Summary/ Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.
Investigazzjoni fuq allegat korruzzjoni fi sports lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija hix qed tinvestiga xi allegazzjoni partikolari għal dak li jikkonċerna allegata korruzzjoni f'xi sports lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija qed tinvestiga allegazzjonijiet ta' korruzzjoni relatati mal-futbol.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' persuni li nqabdu jiksru r-regoli ta' kaċċa matul l-istaġun li għadu kif intemm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa ta' din is-sena kien hemm 71 persuna li nqabdet mill-Pulizija bi ksur tar-regolamenti relatati mal-kaċċa.
San Pawl il-Baħar — persuni li twaqqu mill-pulizija ħabba overspeeding
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' persuni li twaqqfu mill-pulizija, minħabba overspeeding fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 19-il sewwieq li ġie mħarrek mill-Pulizija fuq sewqan eċċessiv fil-by pass, ta' San Pawl il-Baħar.
San Pawl il-Baħar — Transport Malta - loading u unloading bays
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' loading/unloading bays li huma awtorizzati minn Transport Malta, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Għal liema skop huma awtorizzati, fejn jinsabu dawn il-bays li huma hekk awtorizzati u f'liema toroq huma awtorizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-kaxxi tal-parkeġġ għall-użu ta' ħatt u tagħbija ta' merkanzija ġew awtorizzati sabiex distributuri tal-merkanzija jkollhom post sikur fejn jgħabbu u/jew iħottu l-merkanzija mill-ħwienet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' tali kaxxi li ġew approvati fit-toroq li jinstabu fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar skont kif irriżulta mill-arkivji ta' Transport Malta.
Transport Malta — numru ta' enforcements kontra kunsill lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' enforcement li ħarġet Transport Malta, kontra l-kunsill lokali, matul din is-sena? Kontra liema kunsill ħarġu dawn l-enforcements u x'kienu r-raġunijiet għal dawn l-istess enforcements? Kemm kunsill ħadu l-pass neċessarji biex dawn l-enforcements jiġu mneħħija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li matul din is-sena ma ġie stabbilit l-ebda stat ta' nfurzar kontra l-ebda kunsill lokali iżda nħarġu numru ta' notifiki lil diversi kunsilli lokali li, fil-maġġoranza tagħhom, irregolaw ruħhom fiż-żmien stipulat fl-istess notifiki.
Peress li għad ikun hemm ilmenti minn ġenituri li wliedhom iweġġgħu serjament meta jaqgħu fil-ground tal-iskola primarja ta' San Ġiljan, tista' l-Ministru tgħid meta se jinkesa b'materjal biex ma jkunx ta' perikolu għat-tfal meta joħorġu jilagħbu kif tant hu meħtieġ għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 34657.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar allegazzjonijiet marbutin mat-taqsima konsulari Maltija fi Tripli rigward ħruġ ta' visas?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34525.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - zebra crossing
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibilità li ż-zebra crossing li hemm fi Triq San Pawl, San Pawl il-Bahar fejn ir-roundabout ta' ħdejn il-latrina tax-Xemxija tiġi mċaqalqa minn fejn hi, għaliex qiegħda tkun ta' periklu kemm għal dawk li jaqsmu minn dawn l-inħawi kif ukoll għas-sewwieqa li jkunu ġejjin lejha (b'mod partikulari mid-direzzjoni tax-Xemxija)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
investigazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-care workers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment jew entità oħra li taqa' fid-dekasteru tiegħu ġietx mitluba jew inkella ħadet l-inizjattiva li tinvestiga l-kundizzjonijiet tal-care workers li qed jagħtu servizz lid-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, min għamel din l-investigazzjoni u x'irriżulta? Jekk ittieħdu xi azzjonijiet x'kienu dawn l-azzjonijiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Saru numru ta’ investigazzjonijiet mid Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg fuq il-kundizzjonijiet ta’ care workers, kemm jekk dawn kienu qed jaghtu servizzi f’Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll jekk dan is-servizz kien f’intraprizi privati. F’kazi fejn irrizulta li kien hemm xi nuqqasijiet, ittiehdu dawk il-mizuri necessarji biex dawn jigu rettifikati.
Jekk l-Onor Interpellant ghandu xi kaz partikolari f’mohhu, nitolbu jispecifika ghal x’hiex qed jaghmel riferenza, anki b’mod kunfidenzjali, halli din tkun tista tigi indirizzata.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il mara 'l fuq minn 50 sena saru testijiet minħabba l-marda tal-kanċer? Kemm huwa maħsub li għad fadal nisa biex imorru jagħmlu dawn it-testijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liem mard tal-kanċer qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jara mal-awtorita kompetenti jekk bankina wiesgħa li saret fi Triq il-Bumellies fiż-żona ta' St. Peter's ġewwa Ħaż-Żabbar, tistax tonqos bi ftit ħalli b'hekk ikun jista' jsir aktar parkeġġ ta' karozzi mingħajr ma jkun hemm ostaklu għat-traffiku li jkun għaddej minn din l-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32736, dwar it-24 Hour Telemetry EEG System, jista' l-Ministru jghid jekk is-servizz bediex jew le? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid ukoll kemm-il darba ntuża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz tal-Video EEG Long Term Monitoring inbeda mill-14 ta' Mejju 2012 u sa issa sar studju fuq żewġ pazjenti matul total ta' ħamest ijiem.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32607, dwar persuna li kienet iddikjarat li tagħmel diskriminazzjoni fil-ħlas lill-impjegati tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-investigazzjoni ġietx konkluża jew le?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjoni rilevanti giet konkluza. Ma nstabet l-ebda evidenza li saret xi diskriminazzjoni fil-ħlas tal-impjegati koncernati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32598 dwar il-call centre li ngħata lill-Aviation Group, jista' l-Ministru jgħid jkekk kienx hemm sejħa għall-offerti għal dan is-servizz? Jikkonferma li l-ħas qed isir minn fondi pubbliċi? Jekk iva, minn liema fondi qed jiħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għal dan is-servizz intużat is-sistema ta' negotiated procedure mal-World Aviation Group (kumpanija parti-sussidjarja tal-Airmalta), bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Il-fondi għal dan is-servizz qed jinħarġu mill-budget ta' Transport Malta.
nutara li mhumiex jiddepozżtaw il-kopji tal-kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lil Kamra kemm hemm nutara li mhumiex jiddepozżtaw il-kopji tal-kuntratti minnhom ippubblikati fl-arkivju miżmuma minn nutar tal-gvern? X'passi ttieħdu kontra nutara li mhumiex qed jimxu skont il-liġi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.