Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Storm water culvert

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data meta se jibda x-xogħol fuq l-istorm water culvert li kien ippjanat li jsir fi Triq Madre Margherita Debrincat, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche, Triq Gabriele Henin, f’Pembroke sabiex tittaffa l-problema ta’ l-għargħar fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pembroke — Bini ta' ġibjun

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jinbena l-ġibjun biex jilqa' l-ilmijiet li jinġabar madwar it-toroq ta’ fejn qed tinbena l-iskola primarja f’Pembroke, kif kien maħsub, u dan sabiex ir-residenti ta’ Triq Madre Margherita Debrincat, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche’, Triq Dun Amabile Sisner isserħu rashom minħabba l-ilmijiet li jidħlu ġol-proprjeta’ tagħhom kull meta tagħmel ix-xita? Tista’ tagħti wkoll informazzjoni dwar meta se jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ l-istorm water culvert li kien ipjanat li jsir f’dawn l-istess toroq waqt li tkun qed tinbena l-iskola primarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fejn qed tinbena l-iskola primarja l-ġdida f’ Pembroke hemm maħsub li jiinbena ġibjun li jilqa’ l-ilma kollu ta’ l-iskola.Il- Fondazzjoni għall-iskejjel t’ Ghada hija nfurmata li għaddew diskussjonijiet mad-Dipartiment ta’ l-Infrastrutura rigward culverts biex jilqgħu l-ilma tal-madwar.
Leg 11 PQ #3 Sitting 4 2008-05-14 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Irranġar ta' galleriji ta' l-injam

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinfurmani kemm-il applikazzjoni għall-għajnuna ta' sussidju għall-irranġar ta’ galleriji ta’ l-injam ġew konfermati lis-sidien tad-djar fil-lokalitajiet ta’ tas-Sliema, l-Gżira u San Ġiljan u dan bħala parti mill-iskema tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni ta’ l-invalidita’? Minn liema lokalitajiet huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra

Benefiċċju tal-Mard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-benefiċċju tal-mard? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Għajnuna supplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu għajnuna supplimentari? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċju ta' single parent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li huma single parentsu qed jieħdu l-benefiċċju? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li qegħdin jirċievu l-benefiċċju għas-single parents taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali hu ta’ 2,250. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tar-residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin maqsuma skond dawk issentenzjati u dawk li għadhom qed jistennew is-sentenza? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita’ huma? Kemm hemm minnhom li qed jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Bormla — Irranġar ta' toroq

Question

Peress li t-toroq prinċipali ta’ Bormla qed jintużaw biex minnhom jgħaddu vetturi kbar għax-xogħlijiet li saru fil-Birgu u issa fi Smart City, b’konsegwenza li qed issirilhom ħafna ħsara, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn it-toroq jitranġaw?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant hu mitlub biex jindika t-toroq li qed jirreferi għalihom sabiex ikun determinat taħt liema responsabbilita jaqgħu.

Joint Office — Qbiela tar-raba'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex proċedura tal-Joint Office li jittrasferixxi art minn fuq persuna li sal-lum għadha tħallas il-qbiela tar-raba’ lin-neputi tagħha li se jkun qed jaħdem r-raba' hu f'ismu, dan għaliex l-persuna hija miżżewġa imma mingħajr ulied? Jekk ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, jista’ jgħid fil-preżent x’inhi l-proċedura li juża l-imsemmi dipartiment biex jittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ minn fuq persuna għal oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Manifattura ta' dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Bini ta' skola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu skedat li jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ l-iskola l-ġdida fil-limiti taż-Żokkrija fil-Mosta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bini ta’ l-iskola l-ġdida fil-limiti taż-Żokkrija fil-Mosta jinbeda meta jinħareġ il-permess tal-bini mill-MEPA.

MCAST — Faċilitajiet għall-għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-facilitajiet ta’ l-għalliema fil-kulleġġi ta’ l-MCAST ikunu mgħammra bin-neċessitajiet meħtieġa, bħalma huma staff rooms u toilets? Qed ngħid dan għax kien hemm min ikkummenta li l-għalliema fil-kulleġġi ta’ l-MCAST kienu qed isofru minn xi nuqqasijiet.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għalliema ta’ l-MCAST għandhom in-neċessitajiet u l-faċilitajiet neċessarji, inkluż staff rooms u tiolets. F’ċerti istituti dawn il-faċilitajiet qed jigu modernizzati u l-istaff rooms qed jigu attrezzati b’kompjuters.

Inbejjed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalita’, x’tip u x’ammont ta’ inbid inġieb lejn Malta mill-Ewropa għall-finijiet ta’ negozju fl-aħħar sena minn April 2007 sa April 2008, u li ddaħħal fil-Port il-Kbir fejn fost oħrajn jitrakka il-Catamaran?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħxejjex u Frott

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-istatistika miġbura mid-Dipartiment għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, kemm inġiebu lejn Malta ħxejjex u frott (f’kalkolu ta’ piż u tipi differenti) mill-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ kummerċ u mhux ta’ użu personali minn individwi, minn April 2007 sa April 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ma jżommx dan it-tip ta' statistika.

Approvazzjoni ta' ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet u kemm minnhom kienu miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.