Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema livell l-Gvern beħsiebu japplika l-open source software fl-oqsma li huwa responsabbli għalihom? Sal-lum diġa' ġie applikat l-open source software, u jekk iva fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?
Jista' l-Viċi Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fhiex waslu l-pjani tal-Gvern li jiftaħ missjonijiet diplomatiċi f'Tel Aviv u Ramallah? Huwa minnu li fil-każ ta' l-aħħar jista' jkun hemm facility sharing ma' gvernijiet oħrajn ta' l-UE? Jekk iva, ma' liema pajjiżi mistenni jsir dan?
Response (BORG, TONIO)
Tħejjijiet għall-ftuħ taż-żewġ missjonijiet diplomatiċi msemmija għadu għaddej. Il-ħsieb tal-Gvern huwa li dawn iż-żewġ missjonijiet jibdew joperaw mill-aktar fis possibbli.
Iva. Hemm il-ħsieb li jkun hemm "facility sharing" u ser isiru taħdidiet f'dan is-sens mal-Gvern Ċiprijott.
Billi fil-manifest tal-PN ntqal li l-Gvern ser ikompli l-programm ta' ristrutturazzjoni sabiex it-Tarznari jsiru vijabbli skond il-ftehim negozjat fil-pakkett ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, u billi baqa' biss ftit aktar minn seba' xhur sa l-aħħar tas-sena, jista' l-Ministru jgħid x'sar fil-konkret s'issa f'dan ir-rigward mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-kumitat Education Consultative Council mwaqqaf mill-MFSA? X'tip ta' organizzazzjonijiet jiffurmaw parti minn dan il-kumitat u fuq liema kriterji ġew magħżula? Hemm xi membri fuq dan il-kumitat li huma msieħba jew jiffurmaw parti minn organizzazzjonijiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jgħid qabel ma ġie ffurmat l-kumitat Education Consultative Council tal-MFSA, sar rendikont tal-korsijiet kollha li qed jiġu provduti f'Malta li jolqtu dan is-settur?
Jista' l-Ministru jgħid:
Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet ta' taxxa dovuta, multi eċċ dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008?
Kemm hemm persuni li f'dan l-istess perijodu kellhom ukoll ħlasijiet ta' taxxa dovuta, multi, eċċ lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet?
Kemm kienet is-somma totali maħfura mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-istess perijodu?
Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet ta' taxxa dovuta lid-Dipartiment? U x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, Malta meta x-xogħol twaqqaf wara l-elezzjoni bir-riżultat li din it-triq tinsab fi stat imħarbat u dan qed ikun ta' periklu mhux biss għas-sewwieqa iżda wkoll għan-nies li jużaw din it-triq, speċjalment l-anzjani li huma residenti f'home f'din l-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin xi xogħlijiet tal-WSC fi Vjal il-Haddiem fir-Rabat, Malta. Mill-informazzjoni li għandi bħalissa qegħdin isiru xi testijiet mill-WSC fuq il-‘lean mix’ li hemm poġġut fit-trinka u x-xogħol għandu jkompli immedjatament wara li jiġu stabiliti ir-riżultati tat-testijiet.
Jista' l-Ministru jindika meta huwa maħsub li jispiċċa x-xogħol infrastrutturali fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta u li minħabba fih l-ADT għamlet din it-triq one way min-naħa ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' asfaltar li sar biss f'parti ta' Triq il-Ħtajriet, fil-Mosta? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jista' jindika meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward il-ħruġ u/jew t-tiġdid tal-kartuna r-roża? Kemm hawn persuni f'Malta u Għawdex li huma preżentement intitolati għal din il-kartuna r-roża?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ familji li lilhom inħarġet u/jew ġiet imġedda l-Karta Roża fl-2007 kien ta’ 8030. Fl-iskeda mehmuża jidhru n-numru ta’ Karti Roża li ġew maħruġa jew imġedda fid-diversi lokalitajiet.
Il-Karta r-Roża ma’ toħroġx lil persuna izda lill-familja, id-dipartiment ma’ jzommx statistika tal-persuni izda tal-familji li huma intitolati għall-Karta r-Roża.
Informat ukoll li informazzjoni dwar l-ewwel Mistoqsija għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal Triq San Guzepp, Zabbar (minn kantuniera ma' Triq Villabate saż-Żejtun) li tinsab fi stat tant disażtruż li ħafna karozzi ma jistgħux jużawiex? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni ta' l-ADT jekk din il-parti tat-triq tistax tintuża bħala bypass għat-traffiku li jkun ġej jew sejjer lejn Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir wiċċ ġdid ta' Triq Wied il-Għajn, f'Haz-Zabbar (kantuniera ma' Triq is-Santwarju)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ħarġet sejħa għall-offerti għal major patching ta' din it-triq. Dan it-tender ġie aġġudikat u x-xogħol mistenni jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u fil-każ meta ser issir mill-ġdid Triq il-Labour f'Haz-Zabbar li tinsab fi stat ħażin ħafna speċjalment dik il-parti ta' Triq tal-Labour, minn Triq Bormla sa Triq il-Madonna Medjatrici?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Designed Director General
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, inħatar Designed Director General tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' jgħid xi kwalifikazzjonijiet għandu? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħata dan il-persuna in konnessjoni ma' din il-ħatra?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tonio Fenech
Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment