Jista' l-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' din is-sena x'se jkun twettaq mill-proġett ta' Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-joint venture bejn il-Gvern u SmartCity, SmartCity Malta Ltd, issottomettiet l-applikazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji mal-MEPA biex jinħareg kemm l-Outline Planning Permit għall-proġett sħiħ, kif ukoll il-Full Development Permission għall-ewwel fazi tal-proġett, li ser tkun tikkonsisti f’madwar 8,000 metru kwadru ta’ business space fil-park ta’ l-ICT u l-Media. Sa l-aħħar tas-sena din il-fazi tal-progett tkun qiegħdha tigi zvillupata kemm il-darba il-permessi jinħarġu fil-waqt. Wieħed irid jifhem ukoll li fl-ewwel fazijiet tal-progett ser ikun hemm bzonn ħafna xoghol marbut ma’ l-infrastruttura necessarja sabiex il-business space provdut ikun ta’ kwalita’ gholja ħafna.
Ninsab infurmat ukoll li matul l-aħħar xhur twaqqgħu l-fabbriki kollha li kien hemm fuq is-sit minbarra parti minn waħda li kien fiha xi kumplikazzjonijiet minħabba li kienet inħarqet is-sena li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet pubbliċi ħatar li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid kif inħatru l-membri, meta saret sejħa pubblika biex timla l-ħatriet u f'kull każ kemm applikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
S’issa l-bordijiet li ġew maħtura fi ħdan il-Ministru tiegħi mill-elezzjoni l’hawn huma:
1. Enemalta Corporation
2. Malta Communications Authority
3. Malta Freeport Corporation
4. Malta Maritime Authority
5. Malta Shipyards
6. Malta Transport Authority
7. MOBC
8. Water Service Corporation
9. Port Workers Pensions and Contingency Fund
10. Roads Directorate
Il-ħatra ta’ dawn il-bordijiet saret skond il-liġi ta' l-entita' tagħhom jew fil-każ ta' kumpaniji skond l-istatut taghħom u ma saret ebda sejħa pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi mistennija jibdew din is-sena b'fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru dawn il-proġetti u f'kull każ fhiex jikkonsistu?
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li Triq l-Imtarfa, Imtarfa, li għadha kemm ġiet mibnija qed iżżomm l-ilma f'diversi postijiet kif jidher fir-ritratti li qed jidhru separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol fuq ir-rikostruzzjoni tal-bypass ta' Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa t-tender tar-rikostruzzjoni tal-bypass ta' Wied il-Għajn qed ikun aġġudikat. Ix-xogħol huwa maħsub li jibda lejn il-bidu tal-2009.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li għandu x'jaqsam miegħu l-ADT hu ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta' Settembru iżda persess illi "support work" tat-triq mhix responsabbilta tal-ADT f'dan l-istadju ma tistax tingħata data meta tinfetaħ it-triq.
Tista' l-Ministru tgħid meta beda jopera l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienet l-istima tax-xogħlijiet? Kemm fil-fatt ġie jiswa dan l-impjant? X'kien il-volum ta' ilma li ġie ttrattat sal-lum?
Tista' l-Ministru tara li t-tifel,li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata facilitator?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifel , li d-dettalji qed jingħataw separatament, jidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet f’Marzu ta’2007. Peress li t-tifel u tfal oħra fl-istess klassi , għandhom problemi ta’ mġieba, l-iskola tirreferi il-każ liċ-Child Safety Unit, lill-Anti Bullying Team, lill-Counsellor u lis- School Pshycological Services. Hu ġie referrut ukoll lil-SpLD Unit minħabba li x’aktarx għandu Dyslexia. Il- familja ser tingħata appuntament f’Ġunju biex jidhru quddiem il- bord tal-iStatementing Moderating Panel. Il-Bord jista’ jirrakomanda xi tip ta’ servizz ieħor, skond il-każ ,mhux neċessesarjament servizz ta’ LSA ( facilitator).
Tista' l-Ministru tara jekk hux minnu jew le rapport li wasal għandi fejn qed jingħad li fl-eżamijiet tas-SEC tal-matematika u l-fiżika kien hemm diskrepanzi bejn dak li ħareġ fil-karta ta' l-eżami u s-sillabu ta' l-istess suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma kienx hemm diskrepanzi bejn il- format u l-mistoqsijiet fil-karti ta’ l-eżamijiet tal-matematika u tal- fiżika fil-livell tas-SEC fis-sessjoni ta’ Mejju ,2008 u s-sillabi ta’ l-istess suġġetti.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi sabiex żewġ blocks C u D li jinsabu fi stat perikoluż fl-iskola Maria Reġina tal-Hamrun issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmat li diġa’ qed isir xogħol ta’ manutenzjoni f’din l-iskola u ser jibqa’ għaddej matul il-vaganzi tas-sajf.
Tista' l-Ministru tinvestiga lmenti li waslu għandi mingħand studenti ta' l-iskola Maria Reġina tal-Hamrun fejn qed jilmentaw li f'gallerija li tagħti fl-iskola eżattament in-naħa tat-track ta' l-istess skola hemm bandiera ta' partit politiku esposta fid-direzzjoni ta' l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kap ta’ l-iskola qatt ma rċeviet ilment dwar xi bandiera ta’ partit politiku .Jekk ikun hemm xi bandiera f’dar private fil-viċinanzi l-Kap m’għandiex il-poter aġgħalhom ineħħuha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-avviż numru MCAST T.05/08 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex jagħmlu Preparazzjoni ta' Dikjarazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali għall-MCAST Masterplan f'Kordin ġewwa Raħal Ġdid? Min ġie mogħti dan ix-xogħol u kemm kienet l-offerta? Kemm kienu l-offerti l-oħra li daħħlu? Meta huwa maħsub li dan ix-xogħol ikun lest?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm tliet applikazzjonijiet għall-avviż numru MCAST T.05/08 li deher fil- Gażżetta tal- Gvern sabiex jagħmlu Preparazzjoni ta’ Dikjarazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali għall- MCAST Masterplan f’ Kordin ġewwa Raħal Ġdid. Dawn kienu: AIS Environmental Ltd., valur ta’ l-offferta €28,084,00, ADI Associates, valur ta’ l-offerta €49,224,88 u EMDP,valur ta’ l-offerta €82,246,00. Dan ix- xogħol għadu ma ngħatax.
Peress li r-residenti tax-Xewkija, Għawdex qed jistaqsu u jinsabu nkwetati ħafna dwar l-iskavar li qed isir fix-Xewkija stess, ħdejn l-industrial estate, għal xi żvilupp in konnessjoni ma' l-Enemalta, jista' l-Ministru jispjega eżatt fhiex jikkonsisti dan l-iżvilupp u għal xhiex ser jintuża? Jista' jintavola l-pjanti opportuni u kopja ta' l-applikazzjoni għal permess tal-MEPA fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.