Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord ta' l-invalidita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew mill-Bord ta' l-Invalidita' matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008? Minn liema lokalita' kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Irranġar ta' saqaf

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba tar-residenti ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi rranġat is-saqaf li hemm bil-ħsara?

Response (DALLI, JOHN)

Tlabt lil Awtoritajiet konċernati biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtiega.

Irranġar ta' saqaf

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba tar-residenti ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi rranġat is-saqaf li hemm bil-ħsara?

Response (DALLI, JOHN)

Tlabt lil Awtoritajiet konċernati biex jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni meħtiega.

Postijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet tal-Gvern f'Jannar, Frar u Marzu 2008? Jista' jgħid f'liema lokalita' kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Irrid ingħid li l-policy tagħna se tgħati aktar emfazi biex jiżdiedu l-postijiet tal-kiri billi nħossu li b'hekk inkunu qegħdin naqdu aħjar il-ħtigijiet ta' dawk li għandhom l-aktar bżonn.

Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008? Jista' jgħid ta' liema tip kienet, fejn inqabdet u kemm tressqu persuni akkużati b'pussess u/jew traffikar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena minn diversi lokalitajiet f’Malta huwa kif ġej: Jannar Frar Marzu TOTAL Cocaine 3.05gr 6kg005.5gr 1kg002.7gr 7kg011.25gr Heroin 1.25gr 3kg128.3gr 5.55gr 3kg 135.1gr Cannabis resin 6kg667.4gr 1.5gr 6.6gr 6kg 675.5gr Ecstacy 47 tabs Nil 4 tabs 51 tabs Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 44 persuna fuq akkużi relatati mad-droga.

Kalkara — Triq il-Progress

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibilita' li r-residenzi fi Triq il-Progress, Kalkara jkollhom is-sistema tad-drenaġġ tagħhom servuta mill-main u mhux bil-fossa? Jekk hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol, jista' jagħti ndikazzjoni meta dan jista' jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Progress ma tistax tiġi estiża qabel ma tiġi ffurmat t-triq kollha. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jintbagħat uffiċjal mill-ADT biex jagħti rapport tal-kundizzjoni tat-triq u jara x'hemm bżonn li jsir.
Leg 11 PQ #29 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Slielem mal-kosta

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar sal-Qawra jiġu mwaħħla slielem sabiex jintużaw mit-turisti u minn dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Dwal mal-promenade

Question

Jista' l-Ministru jara li l-promenade minn San Pawl il-Baħar sal-Qawra fix-xhur tas-sajf ikollu d-dawl meħtieġ u jkun imżejjen bħalma hu mżejjen il-promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Buġibba u Qawra — Ronda

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-istaġun tas-sajf fil-promenade ta' Buġibba u l-Qawra ikun hemm ronda ta' pulizija biex tkun ta' deterrent għal dawk li jippruvaw jisirqu kemm lill-Maltin kif ukoll lill-barranin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal kull sajf, għal dawn l-aħħar snin, anke dan is-sajf il-Pulizija ser iżżid ir-ronda f'postijiet turistiċi, inkluż Buġibba u l-Qawra.

Spiżeriji miftuħa l-Ħadd

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-lokalitajiet bħall-Mellieħa, San Pawl, Wied il-Għajn u l-Qawra fejn hemm konċentrazzjoni ta' turisti jkun hemm spiżerija miftuħa nhar ta' Ħadd u fil-festi biex it-turisti jkunu jistgħu jinqdew aħjar u mhux, per eżempju, turisti minn San Pawl ikunu mibgħuta jixtru l-mediċina mill-Mellieħa jew viċi versa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ftuħ ta' l-ispiżeriji fid-diversi lokalitajiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi huwa bbażat fuq roster ta' spiżeriji maħdum fuq bażi ġejografika. Dan ir-roster li ilu jitħaddem għal diversi snin jassigura firxa ugwali ta' ftuħ mal-ispiżeriji kollha u huwa riżultat ta' ftehim mal-partijiet involuti. Fid-dawl ta' dan, il-proposta tal-Onorevoli Interpellant ser tiġi kkunsidrata.

Applikazzjoni għal sticker — Vjaġġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il talba għandu l-Gvern għall-applikazzjoni ta' l-isticker għal persuni barranin residenti f"Malta u li għall-fini ta' l-ivjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan il-permess għall-fatt li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex stati fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant meta jsemmi 'sticker' qed jirreferi għal 'Uniform Residence Permit' maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni f'Malta lil persuni minn pajjiżi terzi biex jirresjedu f'Malta. Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates qed jipproċessa madwar 3000 talba biex jinħareġ tali 'residence permit'. Inżid ngħid li meta ċittadin minn pajjiż terz jagħmel applikazzjoni għal dan il-permess, jingħata riċevuta li għandha finijiet ta' permess temporanju sakemm jinħareġ il-permess proprju. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li persuni li jinħarġilhom 'Uniform Residence Permit' ikunu jistgħu jivvjaġġaw b'dan il-permess f'pajjiżi tax-Schengen mingħajr il-ħtieġa ta' visa.

Kunsilli lokali — Xogħol f'toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Serqiet minn djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret minn djar privati li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

"Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn residenzi rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:- Malta Għawdex Total Jannar 48 3 51 Frar 63 2 65 Marzu 61 3 64 April 56 6 62 242

Toroq mogħtija t-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri se jintużaw mill-ADT biex jiġu identifikati toroq ġodda li se jkunu qed jingħataw it-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita Dwar it-Trasport qed tibni numru ta’ toroq skond lista li kienet saret fl-ewwel nofs ta’ l-2006, liema lista tinkludi toroq residenzjali li riedu jinbnew għal ewwel darba u toroq oħrajn li, minħabba d-daqs u l-kundizzjoni tagħhom, l-ADT iddeċidiet li tassumi r-responsabilita’ tal-bini mill-ġdid tagħhom. Aktar ‘il quddiem matul din is-sena, l-ADT se tkun qed titlob lill-Kunsilli Lokali kollha biex jibgħatu lista ta’ toroq li skond huma għandhom jinbnew mill-ADT. Dan se jkun qed isir skond ‘policy document’ li qed jitħejja

Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret minn stabilimenti kummerċjali li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn stabbilimenti kummercjali rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:- Malta Għawdex Total Jannar 57 1 58 Frar 48 2 50 Marzu 45 1 46 April 60 1 61 215

Serq ta' karozzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret ta' karozzi privati u self drive li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq ta’ vetturi rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej: Malta Għawdex Total Jannar 42 1 43 Frar 34 0 34 Marzu 34 0 34 April 33 1 34 144 Infurmat ukoll illi ma’ tinżamx statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Serq ta' opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ta' opri tal-baħar saret li ġiet rappurtata lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, is-serq ta' dgħajjes rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej:- . Malta Għawdex Total Jannar 5 0 5 Frar 2 0 2 Marzu 0 0 0 April 0 1 1 8

Foundation for International Studies Limited

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Foundation for International Studies Limited? Din hija fondazzjoni bi skopijiet non-profitt, jew kumpanija kummerċjali bi skopijiet ta' profitt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskopijiet tal- Foundation for International Studies Limited jirriżultaw mill-klawżola 4 (l-objects clause) tal- Memorandum and Articles of Association ta’ l-istess kumpanija li hija reġistrata mal-Financial Services Authority. L-iskop prinċipali tal- kumpanija huwa sabiex torganizza konferenzi, korsijiet, seminars, workshops u attivitajiet oħrali għandhom dimesjoni kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Pembroke — Triq il-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex bus shelter li kellha tiċċaqlaq minn Triq il-Mediterran, Pembroke ġiet miżmuma mill-ADT? Għalkemm hemm soluzzjoni li kulħadd donnu qed jaqbel magħha dan kollu xorta twaqqaf. F'isem ir-residenti xtaqt inkun naf jekk il-proċeduri hux se jkomplu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-ċaqlieq tal-"bus shelter" fi Triq il-Mediterran ġie miżmum mill ADT minħabba li dan kien ser isir mingħajr l-awtorizzazjoni ta' l'ADT skond Avviż Legali 292 ta' 2001. Infurmat ukoll li ċ-ċaqlieq tal- "bus shelter" għandu jsir mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali.