Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jitħaffru oqbra fiċ-ċimiterju Addolorata? Kemm hemm nies fil-waiting list biex jieħdu qabar? Kemm hemm minnhom li bagħtu għalihom biex isir il-kuntratt? Kemm għad fadal biex jibagħtu għalihom? Sa liema sena ser jinqdew dawn in-nies?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' oqbra li ser jitħaffru fiċ-ċimiterji ta' l-Addolorata huwa ta' 2,782. In--numru li preżentament qegħdin fil-'waiting list' sabiex jieħdu qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa ta' 3,819.
Informat ukoll li għadu ma ntbagħat għal ħadd sabiex isir il-kuntratt. Intbagħtu biss ittri biex applikanti l-aktar bikrija jindikaw l-intenzjoni tagħhom jekk għadhomx interessati jew le li jakwistaw qabar. Il-previżjoni hija li hekk kif ix-xogħol jibda miexi dawk li huma eliġibbli għal xiri ta' qabar, jibda jintbagħat għalihom u jitħejjew id-dokumenti meħtieġa għall-kuntratt.
Dwar l-aħħar Mistoqsija, informat li dan jiddependi minn kemm mill-applikanti bikrin jabbandunaw l-applikazzjoni tagħhom għall-qabar. Iktar ma jirrifjutaw nies, iktar jinqdew nies li applikaw fi snin iktar riċenti.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li l-pjazza ta' Paceville tkun mibnija mill-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-Ministeru diġà ta’ struzzjonijiet biex jinbeda x-xogħol ta’ pavimentar mill-ġdid tal-pjazza prinċipali ta’ Paceville, tant li x-xogħol mistenni jibda proprju f’dawn il-ġranet.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Wied il-Għasel fil-Mosta jiġi mnaddaf u jitħawwlu aktar siġar f'dan il-wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ tindif f’Wied il-Għasel inbeda mill-MEPA bħala ‘enforcement action’.
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sadanittant
ikkuntattjat lill-Works Division biex tara jistax jitkompla x-xogħol fix-xhur li ġejjin. Dan qed jiġi kkunsidrat.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fhiex wasal l-ippjanar taċ-ċentru sportiv reġjonali li għandu jinbena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurnmata li fil-preżent il-Kunsill Malti għall-iSport qed jaġġorna l-brief dwar il- Kumpless Sportiv tan-North vis-a`-vis il-bżonnijiet attwali tal-Għaqdiet Sportivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xhur li ġejjin meta jiżdiedu l-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna jkun hemm akkomodazzjoni biżżejjed għalihom bla tħarbit tas-setturi turistiċi oħrajn u jkun hawn żamma xierqa ta' l-ordni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed jiġu ntrodotti numru ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu żieda fin-numru u tipi ta’ akkommodazzjoni li tintuża mill-istudenti ta’ l-ilsien Ingliż li jiġu Malta speċjalment matul ix-xhur tas-sajf.
Dawn il-miżuri jikkonsistu f’inċentivi sabiex aktar host families jitħajru joffru s-servizzi tagħhom biex jilqgħu l-istudenti. Tneħħiet il-kontribuzzjonijiet li kull familja kienet tħallas lill-MTA sabiex tilqa’ studenti filwaqt li l-proċessar ta’ l-applikazzjoni ġiet iffaċilitata b’tali mod li l-ħruġ tagħhom ikun mmedjat.
Hemm ukoll numru ta’ inizjattivi sabiex iżidu n-numru ta’ sodod fosthom:
1. L-introduzzjoni ta’ Student Hostel Label immirata sabiex tidentifika u tagħraf dawk il-hostels li speċifikament jilqgħu fosthom studenti biss.
2. L-introduzzjoni ta’ Youth Hotel Label li hija mmirata għal dawk il-lukandi li jkollhom aktar minn ħamsin fil-mija tal-klijenti tagħhom studenti. Dan għandhom jgħinu sabiex jonqos l-impatt negattiv li jista’ jissuċidi meta studenti jitpoġġew f’lukandi ma’ turisti oħra.
Nixtieq inżid li qed jittieħdu numru ta’ miżuri sabiex jiġi assigurat li tinżam l-ordni f’żoni bħal Paceville. Fost dawn il-miżuri ġie deċiż li jiżdiedu l-patrols tal-pulizija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm familji li s'issa huma liċenzjati biex iżommu studenti barranin magħhom u kif jitqabbel dan in-numru ma' l-istess perijodu tas-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 sa l-20 ta’ Mejju 2008 ġew liċenzjati 786 familja bħala host families. Fl-istess perijodu tas-sena 2007 kienu ġew liċenzjati 889 familja.
Nagħmel riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4941 sa 4946 li kienu saru fil-leġislatura l-oħra fis-seduta 125, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwarhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4941 sa 4946 li kienu saru fil-leġislatura l-oħra fis-Seduta 125, infurmata li dwar:
Mistoqsija Parlamentari Nru 4941: Fil-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana fire alarm system għad m’hemmx peress li hemm ippjanat tibdil ta’ struttura interna fit-tqassim ta’ l-uffiċini minħabba esiġenzi ġodda li qed iġġib magħha ir-riforma fl-edukazzjoni. Dan hu parti minn pjan ta’ ħames snin li għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni.
Ma sar l-ebda fire drill fl-aħħar 12-il xahar; pero’ l-impjegati kollha huma mgħarrfa bir-rotot ta’ ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ ħruq.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4942: L-għadd ta’ impjegati li jaħdmu fil-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana, inkluż il-Ministeru, id-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, id-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet u d-diversi sezzjonijiet li jaqgħu taħtho hu ta’ 349. Infurmata li l-ispazju ta’ uffiċji fuq il-ħames sulari f’dan il-bini hu ta’ 6805 metri kwadri.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4943: Il-Health and Safety Implementation Committee huwa responsabbli mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni sabiex jara li l-fire extinguishers fil-bini kollu ġewwa l-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana huma mimlija. Fil-preżent jirrappreżentaw id-dipartimenti u sezzjonijiet, ingħataw taħriġ fl-użu tal-fire extinguishers. It-taħriġ ingħata mill-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4944: Il-persuna responsabbli li tara li fil-bini ta’ l-Edukazzjoni tal-Furjana issir il-manutenzjoni regolari fuq il-bini u kull żvilupp ieħor li jsir fuq l-istess bini ser tiġi appuntata dalwaqt. Sadanittant, it-Technical Services Branch tara li t-tiswijiet li jkun hemm bżonn dejjem isiru fil-waqt. Saret ukoll stallazzjoni ta’ xibka biex ma jidħlux il-ħamiem fil-viċinanza ta’ l-impjegati.
Infurmata li m’għadux ikun hemm sadd fil-katusi ta’ l-ilma tax-xita.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4945: Fil-Blokk kollu, bl-uffiċini kollha u fis-sulari kollha, hemm aċċess totali għall-persuni b’diżabilita’.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4946: B’żieda mar-risposta li ngħatat qabel, sar tibdil minimu fid-distribuzzjoni ta’ l-elettriku. Peress illi sar titjib fuq il-linji ta’ energy saving, qed ikun hawn użu aktar għaqli ta’ l-enerġija elettrika.
Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari W429 li saret fil-leġislatura l-oħra f'seduta 566, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s ta' l-iskola u kemm huwa l-ħlas skond kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s ta’l-iskola u l-ħlas f’kull każ huma kif hawm mehmuż.
Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21701 li saret fil-leġislatura l-oħra f'seduta 452, tista' l-Ministru tgħid jekk Malta hux qed tipparteċipa fit-TIMSS? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati li għandha, nkluż tal-Pilot Field Test jekk dawn qegħdin għand xi wieħed miż-żewġ direttorati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-field test sar biex jittestja l-instrumenti li ntużaw fl-istudju prinċipali (main study). Din l-analiżi li saret mill-International Association for the Evaluation of Educational Achievement (IEA) tindika l-validita’ u r–reliability tal-mistoqsijiet. Permezz ta din l-analizi, mistoqsijiet ġew imwarrba jew mibdula. Ir-riżultat ta’ l-istudju prinċipali (main study) hu mistenni li jiġi ppublikat mill-IEA f’Diċembru 2008.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ntużat s'issa d-decompression chamber f'Għawdex mindu ġiet inawgurata? Tista' tgħid hiex fi stat li tista' taħdem u jekk le meta se tibda taħdem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-decompression chamber fl-Isptar Generali ta' Ghawdex, giet certifikata minn kumpanija indipendenti ta' certifikazzjoni u ghaldaqstant tinsab fi stat li tista' taghti kura. Gew identifikati t-tobba mehtiega u saru l-arrangamenti ghat-tahrig taghhom sabiex ic-chamber tkun tista' toffri s-servizzi taghha ghal nofs ix-xahar id-diehel.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-vot allokat għas-sena 2008 għall-Adult Training Centres li issa qegħdin fi ħdan l-Aġenzija Sapport? Jista' jagħti breakdown iddettaljat ta' dawn il-flus allokati? Kemm sejrin jintefqu flus f'salarji, fl-utilities, materials and supplies, repair and upkeep, trasport, taħriġ, eċċ? Jista' jagħti wkoll breakdown ddettaljat tal-flus li sejrin jintnefqu fid-djar residenzjali?
Response (DALLI, JOHN)
Il-fondi rikorrenti allokati fl-Estimi għas-sena 2008 għaċ-Ċentri għall-Persuni b’Diżabilita’ huma nklużi ma dawk ta’ l-Aġenzija Sapport, li globalment ilaħħqu €5,467,000. Barra minn dan ġew allokati wkoll is-somom kapitali ta’ €70,000 għaċ-Ċentri u €58,000 għall-Aġenzija.
Ninsab infurmat li l-ammont rikorrenti globali ġie maqsum internament bejn iċ-Ċentri u l-Aġenzija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li se jibda x-xogħol fuq faċilitajiet ġodda biex f'Għawdex ikun hemm fejn jorbtu vapuri tal-passiġġieri? Tista' tgħid fejn se jsiru dawn il-faċilitajiet ġodda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Awtorita' Marittima Maltija ghamlet appkikazzjoni lill-MEPA biex issir baga fix-Xlendi u li qieghda wkoll tikkunsidra sit iehor ghal dawn il-facilitajiet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?
Tista' l-Ministru tgħid x'nuqqasijiet ta' għalliema hemm fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jintlew dawn il-vakanzi?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn child care centres fil-preżent u kemm minnhom huma tal-Gvern u mmexxija mill-Gvern stess? Fejn jinsabu dawn il-child care centres? Tista' tgħid jekk jintalabx ħlas għal min jagħmel użu minn dawn ic-child care centres? Fejn huwa maħsub li jinfetħu oħrajn ġodda? X'ħin jiftħu u jagħlqu dawn iċ-ċentri li huma mħaddma mill-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarrfek li l-Ministeru tiegħi huwa responsabbli għal proviżjoni ta’ Child Care Centres. Ir-Regolatur ta’ dan is-settur se jibqa’ d-Dipartiment ta’ l-Istandards Soċjali li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u għalhekk ir-reġistrazzjoni taċ-ċentri jsir minn dan id-Dipartiment. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni kien beda proċess li jiddentifika postijiet fi skejjel ta’ l-Istat u diġa’nfetħu tlett Child Care Centres f’Ħal-Luqa , Raħal Ġdid u Għargħur. Dawn iċ-Child Care Centres qed jitmexxew mill-privat wara li kien hemm sejħa pubblika.Dawn iċ-ċentri se jkunu bi ħlas u jistgħu jipprovdu servizz bejn is-7.00 ta’ filgħodu u s-6.00 ta’ filgħaxija. Il-Ministeru qed ikompli bil-proċess li jiġu iddentifikati iktar skejjel ta’l-istat sabiex jinfetħu aktar Child Care Centres.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuwa l-pjan għall-Junior Lyceum tas-subien San Gużepp li jinsab ġewwa Raħal Ġdid? Hemm xi data meta dan huwa maħsub li jiċċaqlaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-pjan għall-Junior Lyceum tas-Subien San Ġużepp li jinsab ġewwa Raħal l-Ġdid hu li din l-iskola tibda topera fil-premises ta’ Adelaide Cini fil-Ħamrun mill-bidu tas-sena skolastika li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm u kien hemm hemm tfal, bniet u subien separatament, f'kull skola ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid ukoll kemm hemm staff compliment għal kull skola separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 156,
B'riferenza għall-ingaġġ ta' tobba għad-decompression chamber, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti, kemm intgħażlu, min qed jagħti t-taħriġ u kemm se jiġi jiswa dan it-taħriġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li gew identifikati zewg tobba biex ikunu responsabbli mid-decompression chamberfl-Isptar Generali ta' Ghawdex. Wiehed gie ingaggat wara li harget sejha ghall-applikazzjonijiet ghall-post ta' General Practitioner fl-Isptar Generali ta' Ghawdex li fiha kien hemm applikant wiehed, u l-iehor intghaazel wara sejha interna fost it-tobba li wkoll kien hemm applikant wiehed. It-tahrig qed jinghata mill-European College of Baromedicine lit-tobba, technicians u nurses li ser jahdmu fil-unit u ser jiswa €23,300.
Peress li l-garaxxijiet tas-sajjieda proprjeta` tal-gvern fix-Xlendi, Għawdex jinsabu fi stat ħażin ħafna u saħansitra hemm minnhom bil-bjut tagħhom imġarrfin li jikkostitwixxu periklu serju, jista` l-Ministru jieħu azzjoni mmedjata biex din is-sitwazzjoni ta' periklu tigi riżolta?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29750 li saret fil-leġislattura li għaddiet, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern kitbet lid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sabiex jinvestiga l-ħsarat li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, sabiex f’każ ta’ xi periklu, jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu.