Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Nies impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġejja: Jannar - 7 Frar - 5 Marzu - 7

Ġustizzja u Intern — Nies impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati ġodda matul l-ewwel tlitt xhur ta' din is-sena fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi kien ta' 7 impjegati f'Jannar, 87 fi Frar u 3 f'Marzu.

Serq minn Dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq minn dipartimenti tal-Gvern, kumpaniji u korporazjonijiet parastatali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq minn bini tal-Gvern rrapurtat lill-Pulizija kien kif ġej :- Malta Għawdex Total Jannar 2 0 2 Frar 2 0 2 Marzu 1 0 1 April 3 0 3 8

Serq fuq turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq fuq turisti li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Madankollu ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, is-serq rrapurtat lill-Pulizija minn persuni ta’ nazzjonalita barranija, kien: Malta Għawdex Total Jannar 118 1 119 Frar 97 1 98 Marzu 110 0 110 April 112 4 116 443

Serq minn ċentri sportivi nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar serq minn ċentri sportivi nazzjonali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn ċentri sportivi nazzjonali, dan it-tip ta' serq ma tinzammx fi klassifika għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.

Serq minn mużewijiet nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien sar serq minn mużewijiet nazzjonali li ġew rappurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separtament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn mużewijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.

Mixed Commission

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid meta huwa maħsub li ssir l-laqgħa tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja matul din is-sena? Kemm fil-fatt huma l-membri maħtura min-naħa Maltija fil-mument?

Response (BORG, TONIO)

Huwa previst li l-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja titlaqqa' f'Malta aktar tard din is-sena bi ftehim bejn iż-żewġ naħat. Il-lead Ministries huma l-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin rispettivi iżda il-membri tal-Mixed Commission ivarjaw skond l-aġenda li tiġi addottata bejn iż-żewġ pajjiżi.

Mosta — Toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq identifikati mill-ADT fil-lokalita' tal-Mosta biex jingħataw it-tarmac sa Mejju tas-sena li ġejja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq fil-lokalita’ tal-Mosta li ġew identifikati sabiex jingħataw it-tarmac huma:- p/o Triq l-Inkurunazzjoni Triq Patri Avertan Fenech Triq Ferdinand Calleja Triq Gio dei Marchesi Mallia Tabone p/o Triq Alwetta Triq Salvu Barbara p/o Triq Htajriet (minn Triq St Antnin sa Vjal il-qalbiena Mostin) Naturalment dan il-pjan irid jimxi pari passu mal-fondi disponibbli u jekk ma jinqalgħux xi esiġenzi li jbiddlu l-prijoritajiet.

Qrati — Sentenza sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jiskontaw sentenza sospiża mill-Qrati ta' Malta fil-preżent? Kemm minn dawn il-każijiet huma ta' żgħażagħ taħt it-30 sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 16-il priġunier li qed jiskontaw sentenza sospiża għax kissru l-kundizzjoni. Minn dawn il-każijiet hemm 13-il persuna taħt it-tletin sena.

By-pass tal-Birguma — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-by-pass tal-Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha s-sistema tad-dawl? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex din it-triq imsemmija jkollha d-dawl tant meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Persuni dijabetiċi

Question

Peress li prodott li jintuża minn pazjenti li jeħtieġu l-insulina bl-isem Lanctus cartridges ġie approvat iżda mhux provdut lil pazjenti minkejja li għaddew diversi xhur, jista' l-Ministru jara li jiġi provdut dan il-prodott lil dawn il-persuni dijabetiċi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #92 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru ta' Għawdex — Membri/Diretturi tal-Bord

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħha? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji jew entitajiet fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.

Ġustizzja u Intern — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Elezzjoni Ġenerali 2008 'l hawn ma nħatar l-ebda membru jew direttur ta' xi bord jew entita' li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 95, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista bl-ismijiet tal-membri tal-Bordijiet li nħatru taħt id-dekasteru tiegħi mill-elezzjoni ‘l hawn. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma jkollux id-dettalji biex inwieġeb għall-kumplament tal-mistoqsija.

Riżorsi u Affarijiet Rurali — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa twaqqaf biss il-Bord tal-WasteServ (Malta) Ltd nhar it-8 ta’ Mejju 2008. Dan huwa magħmul kif ġej: Chairman Il-Perit Ben Farrugia Diretturi L-Inġ. Mark Azzorpardi Ms Isabelle Borg Ms Gabriella Cuschieri Is-Sur Peter Perotti ACIB Dr Marthese Portelli LL.D Is-Sur William Spiteri Minn dawn, l-unika persuna li qatt kienet kanditat għal xi elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-kunsilli lokali hija Dr Marthese Portelli LL.D. Fil-fatt din kienet kandidata għall-elezjonijiet kemm dik ġenerali kif ukoll dik tal-kunsilli lokali li saru nhar it-8 ta’ Marzu 2008. Preżentement hija Kunsilliera. Dawn il-persuni ġew magħżula għall-kapaċità u l-integrità tagħhom.

Politika Soċjali — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-elezzjoni 'l hawn, s'issa għadu ma nħatar l-ebda bord jew kumitat ġdid.

Pilloli Adalat LA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix il-pilloli Adalat LA 30 mg? Jekk iva, għaliex sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġiet approvata minn żewġ professuri u anke ħarġet ix-schedule V xorta mhux qed tingħata dawn il-pilloli?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-pilloli Adalat LA 30mg mhumiex fil-lista ta' mediċini li jingħataw b'xejn mill-Gvern. Għaldaqstant din is-sinjura ma setgħatx tingħata dawn il-pilloli.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li d-drenaġġ li ħiereġ minn ġo proprjeta' li twaqqgħet u li qiegħed isir żvilupp tal-bini minflokha, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn ir-residenti qegħdin jilmentaw li drenaġġ dieħel fid-djar tagħhom? Jista' jara li jitmexxa dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Water Service Corporation qed tinvestiga.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm joħroġ flus il-Gvern f'pensjonijiet tal-Maltin li jinsabu barra minn Malta? F'din l-aħħar sena kemm ħareġ numru ta' pensjonijiet u f'liema pajjiż jgħixu dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul l-2007 tħallsu €11,696,824 (Lm5,021,446) f’pensjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali barra minn Malta. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Installazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir installazzjoni ta' lift fi blokk ta' flats, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jinfurmani bl-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Awtortita’ tad-Djar ma rċevietx applikazzjoni għal stallar ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. L-inkwilini jridu jissottomettu l-formola ta’ applikazzjoni meħtieġa lill-Awtorita’ biex din tkun tista’ tibda l-proċess għall-istallar tal- lift billi, qabel xejn, tistabbilixxi jekk l-applikanti jikkwalifikawx għal tali stallar skond il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema kif ukoll jekk hux possibbli li jiġi akkomodat lift fil-blokk.