Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi eżerċizzju biex isir magħruf jekk hux se jkun hawn nuqqas ta' għalliema kwalifikati u gradwati fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat fis-snin li ġejjin? Huwa meqjus li qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li ġie mwaqqaf dawn l-aħħar xhur, diġa’ beda l-proċess ta’ l-analiżi dwar il-provvediment ta’ l-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-istat fis-snin li ġejjin biex niżżguraw li ma jkunx hemm nuqqas . Id-Direttorat qiegħed ukoll jitkellem mal- Fakulta’ tal;-Edukazzjoni dwar miżuri li huma meħtieġa biex jinċentivaw liż-żgħażagħ isegwu l-korsijiet f’din il-Fakulta’.
Tista' l-Ministru tgħid il-bord li joħroġ il-permanent u t-temporary warrants għall-għalliema kemm għandu talbiet quddiemu pendenti fiż-żewġ kategoriji u kemm qed jiltaqa' regolarment biex jiddeċiedi dwarhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il- Bord għandu dawn it-talbiet pendenti:
Warrants Permanenti- 46
Warrants Temporanji -61
Bħalissa x-xogħol fuq il-warrants qed isir kuljum.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex il-ħsieb li tagħmel pubbliku rapport li sar dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance? Jekk fl-affermattiv, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk dan mhux se jiġi ppubblikat, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa r-rapport li sar dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance qed jiġi studjat fid-dettal tiegħu u deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni tiegħu ser tittieħed iktar ‘il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari 26455 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 535 tlestitx? Jekk fl-affermattiv, tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li għalkemm l-investigazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għadha m’hix lesta, l-Kummissarju għat-Tfal bi ħsiebha tikkonkludiha fil-futur qarib.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex waslet il-kostruzzjoni ta' l-iskola sekondarja tas-subien tal-Verdala ġewwa Bormla u meta huwa maħsub li din tkun lesta u tinfetaħ mill-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ l-iskola sekondarja tas-subien tal- Verdala tlesta u qed isir xogħol ta’ finishes. L-imsemmija skola se tilqa l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.
Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati proċeduri ta' separazzjoni fil-Qorti ta' Għawdex fl-2007, bonarji u kontenzjużi separatament? Jista' jgħid kemm minnhom ġew finalizzati permezz ta' sentenza jew ftehim bonarju separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari hija kif ġej:-
BONARJA
KONTENZJ
UŻI
Intavolati
14
13
Finalizzati (sentenza)
Mhux applikabbli
0
Finalizzati (ftehim bonarju)
14
1 (ċeduti)
Bonarja = B'nota ta' medjazzjoni
Kontenzjużi = B'rikors ġuramentat
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb lill-minorenni minn mindu giet in vigore l-ligi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu ġiet in vigore l-Liġi, ma tressaq ħadd fil-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' bejgħ ta' xorb lil minorenni.
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' tlajjar jew prostituzzjoni f'dawn l-aħħar sentejn u jindika l-etajiet u s-sess tal-persuni mressqa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sentejn ma tressaq ħadd fil-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' tlajjar jew prostituzzjoni.
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' vjolenza domestika f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-etajiet tal-persuni akkużati? Jista' jgħid kemm minnhom weħlu u kemm minnhom ġew liberati jew proċediment eżawrit stante rinunzja tal-vittma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista` l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga separatament u jindika l-eta' u sess tal-persuni mressqa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn tressqu żewġ persuni fil-Qorti ta' Għawdex in konnessjoni ma' traffikar u użu ta' droga. Iż-żewġ persuni involuti fiż-żewġ każijiet huma t-tnejn maskili. L-eta' tagħhom hija ta' 38 u 41 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet non-governattivi li għandhom impjegati taċ-Ċivil sekondati magħhom? Liema huma dawn l-għaqdiet non-governattivi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli mis-Servizz Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid tul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur 2008 kemm kien hemm għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' li ngħataw flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti?
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Ħaddiema part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Tista' tagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda haddiem part-timer li kien ingaggat mid-dipartmenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex sat-8 ta' Marzu 2008 u li kien qieghed jithaddem fuq bazi part-time izda li kien registrat bhala self employed.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Tista' tagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li sat-8 ta’ Marzu, 2008 ma kienx hemm impjegati part-time registrati bhala self-employed mal-Ministeru li jaqa’ that ir-responsabbilta’ tiegħi
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma kienx hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartimenti, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi sat-8 ta’ Marzu 2008.
Jien infurmat ukoll li n-numru ta’ ħaddiema
part-timers
ingaġġati mad-dipartimenti, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u ministeri li issa qed jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi jammontaw għal 11-il ħaddiem u dawn ilhom impjegati mis-sena l-oħra.