Tista' l-Ministru tgħid b'liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt lill-kumpannija privata biex tmexxi l-attivitajiet 1, 2, 3, 4 f'Mejju 2008 f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt kienx jinkludi li ikel u xorb jiġi provdut mill-kumpannija li ngħatat il-kuntratt u mhux mill-ħwienet Għawdxin?
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?
Dan l-aħħar kien rappurtat li numru konsiderevoli ta' tobba li se jilħqu houseman se jmorru barra minn Malta. Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern biex jagħti lill-poplu s-servizz u t-training meħtieġ kif ukoll jipprovdi career structures għat-tobba tagħna biex titnaqqas il-brain drain?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien hemm 46 applikazzjoni għall-post ta' houseman minn fost it-52 student li ser joqgħodu għall-eżami sabiex jiggradwaw bħala tobba ix-xahar id-dieħel. Kien hemm ukoll 8 tobba barranin li applikaw għall-post ta' houseman, għal total ta' 54 applikazzjoni.
Informat ukoll li fil-ġranet li ġejjin jitħabbru u jinħatru il-konsulenti li ser ikunu training co-ordinators tal-programmi lokali ta' taħriġ post-graduate skond il-kriterji stabbiliti mill-iSpecialist Accreditation Committee.
Bħala parti mill-job plans tal-konsulenti kollha ġew identifikati ħinijiet speċifiċi li kull konsulent ser jiddedika għal taħriġ post-graduate. Qed jiġu proċessati l-applikazzjonijiet għal Basic Specialist Trainee f'iktar minn 12-il speċjalita'. Mistenni wkoll li nkomplu bil-proċess tal-ħatra tal-Higher Specialist Trainees.
Konvint li dan kollu joffri possibilitajiet konkreti ta' programmi ta' taħriġ post-graduate ta' l-ogħla livell għat-tobba Maltin li jixtiequ jispeċjalizzaw f'Malta.
Peress li jidher li l-prezz taż-żejt se jibqa' tiela' u jaqbeż l-130 dollaru l-barmil, x'inhi s-sitwazzjoni rigward it-tiftix għaż-żejt speċjalment fid-dawl ta' dak li kien miftiehem mal-Gvern Tuneżin u dan l-aħħar mal-Gvern Libjan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif qal il-Viċi Prim Ministru fis Seduta ta’ Nhar it-Tlieta 20 ta’ Mejju 2008, il-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja se tiltaqa’ iktar tard din is-sena bi ftehim bejn iż-żewġ naħat u fuq l-aġenda hemm it-tiftix konġunt għaż-żejt.
Mat-Tuneżija hemm diskussjonijiet fuq l-istess linji.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri amministrattivi se jittieħdu biex tkun tista' tinħadem r-riforma fil-qbiela tar-raba' kif spjegat fl-indirizz tal-President li ma jkunx hemm dewmien?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward wind farms fil-baħar (offshore)? Il-Gvern għandu f'idejh xi rapporti dwar dan is-suġġett u x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern qiegħed f’kuntatt ma’ organizzazzjonijiet governattivi barranin biex imexxi ’l quddiem proġetti ta’ mtieħen tar-riħ fil-fond ta’ aktar minn 50 metru. Sadanittant qed jirrevedi l-iStrateġija għal Enerġija Nadifa (Renewable Energy Policy) għal pajjiżna, ġaladarba nbidlu t-targets indikati lilna.
Jista' l-Ministru jara li bankina li qed issir f'dawn il-ġranet quddiem iċ-ċimiterju tal-Mosta, fi Triq Durumblat, tkun mibnija mill-ġdid f'disinn ieħor sabiex ma tibqax il-bankina preżenti . Jekk din se tibqa' kif inhi se tkun qed tnaqqas ħafna mill-ispazju li fih kienu jipparkjaw l-vetturi ta' persuni li jkunu qed jinvistaw iċ-ċimiterju. Ladarba Triq Durumblat hija triq arterjali din it-tali bankina li qed tinbena fil-preżent qed toħloq periklu għal dawk li qed jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-carriage way ta' l-istess triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali b’personalità legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11 u jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul Jannar ġew imjegati 41 persuna fuq bażi full time u 107 fuq bażi part-time, casual, supply jew on call.
Matul Frar ġew impjegati 21 persuna full- time u 72 fuq bażi part-time li jinkludu ħaddiema casual, supply, on call jew biex jgħallmu evening courses.
Matul Marzu ma ġewx impjegati persuni full-time, iżda 27 persuna fuq bażi part-time li jinkludu casual, supply jew biex jgħallmu evening courses.
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infrastruttura, Trasport u Edukazzjoni — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Riżorzi u Affarijiet Rurali — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-nies ġodda li ġew impjegati fid-dipartimenti kumpaniji u entitajiet oħra li llum jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008 kienu 44. Numru minn dawn il-ħaddiema kienu qed jimlew postijiet li sfaw battala matul iż-żmien.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minn Jannar sa Marzu 2008 gew impjegati zewg impjegati godda fil-grad ta' Principal Agricultural Officer fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex.
Jista' l-Ministru jgħarrafni bin-numru ta' kawżi u bil-break down tagħhom mressqa sal-lum fil-Qrati ta' Malta? Kemm tmur lura fi snin l-aktar kawża li ilha pendenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinstab fuq il-websitehttp://www2.justice.gov.mt/statistics, liema statistika qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li l-kawża li l-aktar ilha pendenti fil-Qorti Ċivili kienet ġiet ippreżentata fl-1931, filwaqt li fil-każ tal-Qrati Kriminali din tmur lura għas-sena 1992.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti sabiex persuni anzjani jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' l-applikazzjonijiet pendenti sabiex persuni anzjani jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani f'Malta huwa ta' 1,096. Din l-informazzjoni hija eżatta sa 31 ta' Marzu, 2008.
Informat ukoll li f'Għawdex m'hemmx Djar għall-Anzjani tal-Gvern.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Xiri ta' proprjeta' privata
Question
No question text.
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-book value tal-proprjeta’ li ġiet dikjarata mill-Gvern li hemm bżonnha għal skop pubbliku u li għad trid titħallas jammonta għal €46,522,257. Dan l-ammont ma jinkludix l-imgħax dovut lis-sidien li jiddependi fuq il-valur tal-proprjeta’, kif ukoll iż-żieda li jista’ jkun hemm fil-valur tal-proprjeta’ f’każi fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ valutazzjoni ġdida. Barra minn dan, jista jkun hemm żieda fl-ammont li jkun irid jitħallas b’riżultat ta’ Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet kemm il-darba, l-ammont offert jiġi kkontestat.
Il-Gvern qiegħed jagħmel l-istudji tiegħu dwar pjan għal ħames snin li ġejjin, li għandu jwassal biex l-ammonti dovuti lil terzi, sidien ta’ art privata li ġiet dikjarata mill-Gvern li hemm bżonnha għal skop pubbliku, jiġu ndirizzati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li applikaw għall-"A" level u "O" level din is-sena fil-lingwi? Tista' tagħti rendikont ta' dawn l-istudenti, lingwa, lingwa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ studenti li applikaw għall-‘A’ level u l’O’ level din is-sena fil-lingwi huwa ta’ 1,425 fl-‘A’ level u 16,662 fl-‘O’ level.
In numru ta’ studenti f’kull lingwa huwa kif muri hawn taħt:
‘A’ Level
‘O’ Level
Ingliz
596
5,918
Malti
403
5,294
Taljan
243
2,574
Franciż
111
1,951
Germaniż
33
565
Spanjol
29
330
Russu
8
19
Għarbi
0
11
Latin
1
0
Grieg
1
0
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema li jgħallmu l-lingwi fl-iskejjel sekondarji ta' l-istat, kif ukoll tinnumerahom kategorikament lingwa lingwa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Lingwa Numru
Taljan 132
Malti 171
Ingliż 253
Spanjol 24
Franċiż 73
Ġermaniż 41
Russu 2
Għarbi 5
Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?