Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Gvern għandux xi pjanijiet għall-ftuħ ta' child care centres u faċilitajiet oħra għat-tfal f'Għawdex fil-futur qrib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru qieghed ihejji l-pjanijiet necessarji ghall-post centrali biex jintuza bhala Child Care Centre. Il-hsieb hu li dan ic-Child Care Centre l-ewwel jibda jilqa' fih t-tfal tal-haddiema tas-Servizz Pubbliku u wara jista jinfetah ukoll ghall-haddiema tal-privat.
Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għall-skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jispjega x'qiegħed iżomm lill-istess gvern milli jipprovdi l-aċċess għall-internet lill-ħaddiema kollha taċ-Ċivil speċjalment dawk il-ħaddiema fejn l-apparat u l-aċċessorji diġa' kollha jeżistu bħalma huma l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament fis-Servizz Pubbliku hemm 6,257 persuna li għandha aċċess għal l-‘Internet’; dan huwa minn total ta’ 16,081 ‘knowledge workers’ fis-Servizz Pubbliku. Partikularment fil-qasam tas-saħħa, hemm 1,368 persuna li għandha aċċess għal l-‘Internet’ minn total ta’ 4,478 ‘knowledge workers’.
Huwa fid-diskrezzjoni tal-ministeru jew tad-dipartiment partikulari min għandu jingħata aċċess għall-‘Internet’. Dan jiddependi fuq il-bżonnijiet li n-‘knowledge worker’ partikulari jkollu u fuq il-grad li l-istess persuna jokkupa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li l-inqas ħaddiema li għandhom paga fil-qasam tas-saħħa fl-iSptar Mater Dei huma l-uniċi ħaddiema li jħallsu għall-parking? Ma jaħsibx li wasal iż-żmien li lil dawn il-ħaddiema tinħarġilhom card speċjali jew permess biex jibdew jipparkjaw b'xejn bħall-ħaddiema l-oħrajn kollha li jaħdmu ġewwa l-iSptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-isptar San Luqa il-parkeġġ b’xejn kien aċċessibbli għall-impjegati sa skala 9, il-parkeġġ b’xejn fl-isptar Mater Dei tela’ għall-impjegati fi skala 12.
Fl-istess waqt, dejjem b’arranġamenti mal-operaturi tal-parkeġġi rispettivi, il-ħlas għall-parkeġġ għall-impjegati ta’ l-isptar Mater Dei naqas għal rata minima ta’ ta’ €0.50 (Lm0.215) kuljum mir-rata ta’ Lm0.32 (€0.744) li kienet titħallas fil-parkeġġ tal-Pieta ħdejn l-isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jispjega l-politika tal-Gvern dwar twaħħil ta' lifts ma' flats li ilhom iktar minn 10 snin mibnija? U liema kriterji jintużaw rigward il-prijorita' li tingħata?
Response (DALLI, JOHN)
Il-politika tal-Gvern dwar is-suġġett tal-Mistoqsija hi riflessa fil-kundizzjonijiet li fuqhom hi mfassla l-iskema relevanti kif ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' April 2005.
Dwar il-kriterji għall-prijorita' ninsab informat li l-applikazzjonijiet jiġu proċessati fl-ordni li jkunu daħlu għand l-Awtorita' tad-Djar filwaqt li tingħata prijorita' lill-każijiet urġenti fuq bażi medika.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jieħu l-pensjoni ta' 61 sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jispjega x'follow up kien hemm min-naħa tad-Dipartiment tal-kunsilli lokali ħalli l-ebda segretarju f'ebda kunsill ma jagħmel mismanagement bil-fondi pubbliċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta mill-istħarriġ jew tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, jew ta’ l-Udituri tal-Gvern Lokali jew xi rapport ieħor, jiġi stabbilit li jkun hemm mismanagement minn xi Segretarju Eżekuttiv, dan jiġi mitlub minnufih sabiex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu.
Peress li fil-każijiet ta’ mismanagement dan ikun dovut għal xi azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn xi uffiċjal tal-Kunsill, wara taħditiet li saru sentejn ilu bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u entitajiet interessati (bħall-Assoċjazzjoni Segretarji Eżekuttivi Kunsilli Lokali Maltin), saru emendi fir-regolamenti finanzjarji tal-Kunsilli Lokali fejn flimkien mas-Sindku, is-Segretarju Eżekuttiv ingħata l-obbligu li jiffirma wkoll ir-risposta għall-Management Letter tal-Udituri għall-Gvern Lokali, fejn tingħata spjega ta’ kif ikun maħsub li jiġu indirizzati l-irregolaritajiet li jkunu ġew identifikati mill-istess udituri.
Minbarra dan, peress li s-Segretarju Eżekuttiv hu impjegat tal-istess Kunsill Lokali, il-Kunsill jista’ wkoll jieħu dawk il-passi dixxiplinari li jidhirlu xierqa wara li jkun ta lis-Segretarju Eżekuttiv kull opportunità biex jiddefendi l-azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni tiegħu. Ta’ min ifakkar li l-Performance Bonus tas-Segretarju Eżekuttiv jiġi evalwat mis-Sindku u diskuss mill-Kunsill u r-rata tal-Bonus tiġi stabbilita skond kemm il-Kunsill jidhirlu li din timmerita lill-istess Segretarju Eżekuttiv. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali f’dan l-eżerċizzju m’għandu l-ebda diskrezzjoni, u dan peress li tali diskrezzjoni hi totalment tal-Kunsill Lokali rispettiv.
Ta’ min isemmi li konxji mill-ħtieġa li kull Segretarju Eżekuttiv ikun aġġornat fuq bażi regolari dwar l-obbligi amministrattivi u finanzjarji tiegħu, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali flimkien mal-Assoċjazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarji Eżekuttivi f’nofs is-sena li għaddiet organizza programm ta’ taħriġ dwar il-finanzi tal-Kunsilli Lokali miftuħ għas-Sindki u s-Segretarji Eżekuttivi kollha. Dan il-programm sar kemm f’Malta kif ukoll Għawdex sabiex ikun aktar faċli li jattendu l-akbar numru ta’ Segretarji Eżekuttivi u l-attendenza għal dan il-programm kienet waħda tajba ħafna.
Ta’ min isemmi wkoll li t-Taqsima tal-Monitoring tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali tissorvelja l-operat tal-Kunsilli Lokali billi tevalwa l-minuti tal-Kunsill (li jinkludu l-Iskeda tal-Pagamenti), il-Budget u r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart, kif ukoll tistħarreġ rapporti dwar irregolaritajiet.
Jista' l-Ministru jara każ ta' sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li din qed tintalab tħallas is-somma ta' €969.34? Tista' tagħti spjegazzjoni ta' xhiex huma dawn il-flus peress li bid-dħul li għandha qiegħda tbati biex tgħix?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' dawn l-aħħar 5 snin dwar kemm tfal jitolbu permess biex ma jibqgħux imorru skola ħalli jmorru jaħdmu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi oħrajn li ma jmorrux skola minħabba xi raġuni oħra? Xi tkun din ir-raġuni u min jieħu r-responsabilta' għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru ta’ tfal li talbu għal permess biex jiġu eżentati qabel ma spiċċaw il-kors skolastiku
Sena Skolastika
Nru li talbu eżenzjoni biex jaħdmu
2003/04
116
2004/05
83
2005/06
85
2006/07
78
2007/08-21/05/08
50
Il-maġġor parti ta’ tfal li ma jmorrux skola jkunu koperti b’ċertifikat mediku. Hemm oħrajn li ma jmorrux l-iskola minħabba problemi fil-familja /soċjali.
Ir-responsabilita’ li tfal ta’ eta skolastika jattendu l-iskola hija tal-ġenituri. (Education Act Chapter 327-Duties of parents5.).
Jista' l-Ministru jara li jingħata facilitator lil tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u għandu bżonn urġenti ta' dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatement Moderating Panel irċieva l-applikkazzjoni għan-nom tat-tifel, fil-21 ta’ Mejju 2008. L-iskola applikat hekk kif kellha kopja tad-dokument tal-psikologu, fid- 19 ta’ Mejju 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa’ hemm fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet/kunsilli lokali qed jużaw il-faċilitajiet ta' bring in sites u liema lokalitajiet/kunsilli lokali m'humiex qed jagħmlu użu minn din il-faċilita'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-lokalitajiet/kunsilli lokali ta’ Malta u Għawdex kollha qed jużaw il-faċilitajiet ta’ bring in sites minbarra, Ħamrun, Mdina u Ħaż-Żebbuġ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien, Haż-Żebbuġ, Malta? Jista' jgħid jekk id-disinn ta' din it-triq hux ser ikun identiku għal dak preżenti jew jekk hux ser ikun hemm disinji ġodda? Jekk ser ikun hemm disinji ġodda, jista' jagħti d-dettalji ta' tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum tlesta ‘survey’ bil-livelli eżistenti u saru pjanti ġodda li jinkludu l-livelli proposti biex titranġa l-‘cross slope’ tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Saru wkoll laqgħat ta’ koordinazzjoni ma’ l-entitajiet, partikolarment mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma li ngħataw kopja tal-proposti biex ix-xogħol li jrid isir min-naħa tagħhom ikun koordinat.
Id-disinn se jibqa bażikament l-istess bil-bankini wesgħin, parking fuq iż-żewġ naħat u l-kareġġjati fin-nofs u mingħajr central strip.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT biex isiru reserved parking bays għall-muturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li filwaqt li l-car Parking Policy ta' ADT tistipula fejn tista' tiġi implimentata il-Motor Cycle Bay u wkoll d-dimensjonijiet tagħha, il-Policy speċifika għall-"Motor Cycle parking" tħejjiet imma għad trid tiġi approvata.
Jista' l-Ministru jgħid:
(i) jekk hemmx kriterji standard ta' kif nies li qed jistennew għal angiogram jintgħażlu biex isirilhom it-test?
(ii) kemm saru angiograms fis-sena 2008 u kemm ilhom fuq il-waiting list dawn il-pazjenti?
(iii) jista' jassigura li kulħadd qed jinqeda bil-fair u mhux skond lil min jaf?
(iv) kemm mill-angiograms li saru fis-sena 2008 kienu pazjenti fuq il-waiting list u tahom attakk tal-qalb biex sarilhom l-angiogram?
(v) kemm kien ilu fuq il-waiting list kull pazjent u minn liema raħal jew villaġġ kienu?
Jista' l-Ministru jirrispondi għal kull domanda individwali?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-kriterji biex pazjenti minn Malta u Għawdex issirilhom angiogram huma bbażati fuq raġunijiet klinici u dan huwa rifless fiż-żmien li pazjent idum jistenna, li jvarja skond kull każ individwali.
Bejn Jannar u April 2008 saru 624
Coronary Angiograms
fl-isptar Mater Dei.
Ninsab informat li kulħadd qiegħed jinqeda bil-
fair
kif spjegat hawn fuq.
L-informazzjoni mitluba dwar il-waiting lists tirrekjedi ħafna ricerka u għadha qegħda tinġabar.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li fl-isptar Mater Dei isiru aktar minn 95% tal-
angiograms
li jsiru f’Malta u dawn isiru bl-aktar effiċjenza u sigurta' bħal ma jsiru f’kull pajjiż ieħor fid-dinja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ li kien hemm quddiem it-tax compliance unit ġie konkluż fix-xhur Jannar 2008 sa Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarx xi studju ekonomiku/soċjali fuq id-deċiżjoni tal-gvern li jilliberalizza s-suq tal-ħobż Malti?
Jista' jgħid jekk iż-żieda li l-gvern ta għall-għoli tal-ħajja, inkluż dik iż-żieda antiċipata, kienux jantiċipaw iż-żieda fil-prezz tal-ħobż u l-liberalizzazzjoni tiegħu?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern, permezz tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ipprepara studju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobż Malti.
Iż-żieda
antiċipata
għall-għoli tal-ħajja ta’ EUR2.33 (Lm1) imħabbra fil-Budget għas-sena 2008, ingħatat fiċ-ċirkostanzi straordinarji li kienu qegħdin jiżviluppaw dak iż-żmien, minħabba żidiet fil-prezzijiet internazzjonali ta’ diversi prodotti tal-ikel, inkluż iċ-ċerejali. Il-COLA li se tingħata fil-Budget li ġej, tkun tirrefletti l-inflazzjoni fil-perjodu bejn Ottubru 2007 u Settembru 2008, wara li tittieħed in kunsiderazzjoni iż-żieda antiċipata msemmija iktar qabel.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Equity Sharing Scheme tal-Housing ġiet sospiża?
Hemm ħsieb li din l-iskema terġa' tiġi introdotta?
Jaf il-Ministru li din is-sospensjoni ta' l-iskema ħolqot inċertezza fl-industrija tal-kostruzzjoni u hardship fuq first time buyers?
Response (DALLI, JOHN)
Kif kelli l-opportunita' li ngħid pubblikament, inkluż permezz ta' stqarrija għall-istampa ppublikata fl-20 ta' Mejju 2008, l-Awtorita' tad-Djar mistennija timmodifika/tirristruttura l-iskema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant propju biex ikun assigurat li dawn it-tipi ta' skemi jkunu sostenibbli fil-futur u aktar koppji żgħażagħ ikunu jistgħu jgawdu minnhom.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Triq tas-Sliema, Kappara, San Gwann hux qegħda f'xi programm ta' rranġar tat-toroq bħala triq prinċipali u iżjed issa bit-traffiku li jgħaddi għall-iSptar Mater Dei? In vista ta' l-istat ħażin li t-triq tinsab fiha, jista' jikkonsidra li jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Billi fl-imgħoddi kien hemm il-prassi li kumpanniji ta' ċertu daqs kienu jimpjegaw numru ta' persuni li huma registered disabled sabiex jgħinu lil dawn il-persuni bi bżonnijiet speċjali jintegraw ruħhom aktar fil-qasam tax-xogħol, jista' l-gvern jikkunsidra li tiġi riattivata din il-miżura?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li fis-snin riċenti, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ħadmet biex jiżdied in-numru ta' persuna b'diżabilita' fl-impjieg permezz ta' inċentivi u kampanji li jenfasizzaw l-abilita' ta' l-individwi, finanzjati taħt programmi ta' l-Unjoni Ewropea.