Legislature:
Category:
Reset
Active:

Regoli dwar d-doping

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu pubblikati r-regoli dwar id-doping?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-KMS lesta it-tenders sabiex l-Antidoping Regulations jigu tradotti għall- Malti fil-fatt inħarġu mill-KMS u ngħalqu f’April. Bħalissa qegħdin fil-proċess ta’aġġidukazzjoni. Ladarba dan il-progett ikun konkluż jingħata t-tender sabiex issir it-traduzzjoni għall- Malti tal-Antidoping Regultations u wara dan jittieħdu l-passi legali u administrattivi sabiex jiġu ppublikati.

Universita' ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28888 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar l-Universita' ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-sena 2006 kull min applika, ġie mogħti performance bonus f’xi livell jew ieħor. L-Universita’ tagħmel minn kollox biex il-letturi u l-amministraturi jkollhom post diċenti minn fejn joperaw. B’ħarsitha lejn il-futur, l-Universita’ ssottomettiet rikjesti għall-fondi li jiġu mill-programmi ERDF u ESF għall-valur ta’ madwar 30 miljun Ewro. Dawn il-proġetti jinkludu: · Il-bini ta’ Ċentru Servizzi ta’ l-IT; · Il-bini ta’ estensjoni tal- Junior College · Il-bini l-ġdid għall-Fakulta’ ta’ l-ICT · L-aqwa fost it-tagħmir għall-Laboratorju fix-Xjenzi u l-Inġinerija Barra minn hekk l-Universita’ applikat għal proġett ieħor biex testendi l-użu ta’ l-electronic journals. Dan l-aħħar is-siegħat tal-ftuħ tal-Libreriji ġew estiżi biex l-istudenti kemm ta’filgħodu u kif ukoll dawk ta’ filgħaxija ikollhom aċċess aħjar.

Universita' ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru twieġeb għall-mistoqsija parlamentari 28889 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar l-Universita' ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Universita’ qed tuża lill-Association of Commonwealth Universities fir-rigward tal-promozzjonijiet ta’ l-akkademiċi. Infurmata wkoll li fl-2004 kien hemm numru ta’ applikazzjonijiet għall-promozzjonijiet u l-Universita’ ma rċeviet l-ebda ‘ peer assessment ’ mill-ACU qabel Settembru 2006. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Universita’ ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta’ kandidati hekk kif il-‘ peer assessment ’ tagħhom bdew jaslu. Fil-fatt 30 applikazzjoni għal Associate Professor u 7 għal Professor ġew ipproċessati u l-applikanti ġew notifikati bir-riżultat. Ma neskludix il-possibilta’ li, wara diskussjonijiet mal-Unions, arranġamenti oħra jistgħu jsiru.

Universita' ta' Malta — Sejħa għall-post

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28890 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar sejħa għall-post fl-Universita' ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Universita’ ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fis-27 ta’ Ġunju 2007 u kien hemm seba’ applikanti. Ħames applikanti kienu shortlisted u wara li saru l-invtervisti il- Bord ta’ l-Għażla għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill li ltaqa’fis-27 ta’ Settembru 2007. Il- persuna magħżula ma aċċettatx il-ħatra u l-Universita’ kellha terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 11 PQ #257 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Tindif ta' alka

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu passi neċessarji biex permezz tat-taqsima tal-beach cleaners fi ħdan il-ministeru tat-turiżmu titnaddaf l-alka, biċċiet ta' dgħajjes u mbarazz ieħor li nġabar fil-Veċċa, San Pawl il-Baħar, wara l-maltempata qawwija li seħħet xi ġimgħat ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kawża tal-maltemp hemm xi dħajjes u bċejjeċ ta’ dgħajjes ta’ sidien privati li jinstabu fuq l-alka. Id-Dipartiment tat-Turiżmu ħa passi biex jinforma lill-Kunsill Lokali biex jinġieb permess ħalli dawn id-dgħajjes jitneħħew. B’hekk jiġu evitati xi talbiet għad-danni mingħand is-sidien tad-dgħajjes meta tkun qed titnaddaf l-alka. Ninsab infurmat ukoll l-avviż għat-tneħħija ta’ dawn id-dgħajjes ġie affiss fit-13 ta’ Mejju u li t-terminu tiegħu jiskadi l-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2008. Ix-xogħol tat-tindif hu pprogrammat li jibda t-Tnejn 26 ta’ Tnejn 2008.

San Pawl il-Baħar — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-għassa ta' San Pawl il-Baħar terġa' tibda tiftaħ kuljum u dan biex jiġi assigurat li ma jsir l-ebda forma ta' abbuż fiċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ser tittieħed l-azzjoni meħtiega biex isiru x-xogħolijiet li hemm bżonn. Pero’ infurmat ukoll li bħal ma jsir is-soltu, anke din is-sena, matul ix-xhur tas-sajf il-Pulizija żżid il-preżenza tagħha permezz ta’ patrols fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, kif ukoll diversi postijiet oħra.

Tarġa Gap — Triq prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tat-triq prinċipali f'Tarġa Gap li għadha ma saritx, titlesta billi tinqala' u tinbena mill-ġdid u dan biex l-uniku ftit mijiet ta' metri li fadal mill-Airport sa San Pawl il-Baħar ikunu finalizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-biċċa triq qiegħda fil-pjani tal-ADT.

San Pawl il-Baħar — Ħsara fil-Menqa

Question

Jista' l-Ministru jara li jekk hemm bżonn, bl-għajnuna ta' ministeri oħra, jittieħdu l-passi neċessarji biex il-ħsara li saret fil-Menqa (ħdejn il-Gillieru) f'San Pawl il-Baħar b'riżultat ta' l-aħħar maltempata kbira li seħħet numru ta' ġimgħat ilu, tissewwa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li xogħol ta’ tiswija tal-ħitan tal-Menqa se jsir fix-xhur li ġejjin.
Leg 11 PQ #261 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lill-kunsilli lokali, lokal lokal matul is-sena 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-sena kalendarja 2007, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ingħataw fondi l-Kunsilli Lokali, matul is-snin finanzjarji 2006-2007 u 2007-2008.
Leg 11 PQ #262 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati u/jew sekondati mal-kunsilli lokali, lokal lokal, maqsuma skond il-grad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #263 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali, lokal lokal u jgħid x'kienu l-kontravenzjonijiet matul is-sena 2007, xahar b'xahar, u f'Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #272 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Affarijiet Barranin — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ingħataw żewġ promozzjonijiet, fi gradi diplomatiċi.

Mġarr — Tibdil ta' arbli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta' arbli tad-dawl msaddin u mkissrin li hemm fit-telgħa tal-Palma l/o Mġarr jinqalgħu u jinbidlu ma' oħrajn ġodda, jew aħjar il-cable jgħaddi taħt l-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieg biex jinbidlu l-arbli msemmija diġa nbeda. Sebgħa (7) mill-ħdax (11) il-arblu li kellhom bżonn jinbidlu diġa nbidlu. Il-kumplament għandhom jinbidlu flimkien ma’ xogħolijiet oħra simili.

Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-inkjesta interna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan billi għaddej iż-żmien ġmielu? Jista' jgħid jekk tax deadline biex l-inkjesta tagħlaq? Jista' jgħid jekk il-pulizija li kienu qegħdin għassa ma' din il-persuna fil-ħin li kien id-depot ġewx sospiżi jew le, pendenti ż-żewġ inkjesti li għaddejjin bħalissa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li x-xiehda u l-provi fl-Inkjesta pubblika ai termini tal-Kapitolu 273 tal-Liġijiet ta’ Malta qed jinġabru. Għalkemm ma ġietx pre-stabbilita ġurnata għall-għeluq tagħha, il-Gvern talab sabiex din l-Inkjesta tiġi konkluża fl-iqsar żmien possibbli. Ninsab infurmat ukoll li preżentement ebda membru ma ġie sospiż.

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar u jikklassifikahom? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati bejn Ottubru u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar u jikklassifikahom? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet ċivili f'Għawdex bejn persuni Maltin u persuni ta' nazzjonalita' barranija f'dawn l-aħħar tlett snin separatament? Jista' jindika s-sess u l-eta' tal-partijiet u jgħid jekk tweldux tfal minn dawn iż-żwiġijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Reġistru Pubbliku — Divorzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar tlett snin separatament u jindika l-pajjiżi ta' min fejn ġew ottenuti dawn id-divorzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #294 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ser jitwettqu matul is-sena kurrenti mill-Gvern biex Għawdex ikun gżira ekoloġika, kif ukoll x'miżuri konkreti u x'passi konkreti ser jittieħdu din is-sena biex Għawdex verament ikun mudell ta' żvilupp sostenibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bhalissa ghaddejja l-hidma biex jithejja l-pjan ghat-twettiq tal-vizjoni 'Eco-Ghawdex' li l-gvern ghandu ghal Ghawdex. Il-progetti u l-mizuri li ser jitwettqu fil-kuntest tal-inizjattiva Eko-Ghawdex jithabbru aktar 'il-quddiem.