Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taħriġ u superviżjoni tad-disposal tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34669 u permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

Method Statement u Standard Operating Procedure tal-Enemalta rigward il-kimika mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34668 u jippubblika l-method statement u l-standard operating procedure tal-Korporazzjoni Enemalta, kif għandha tiġi trasportata, handled u meqruda l-kimika tal-Mercaptan skont l-Avviż Legali 353 tas-sena 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

Enemalta — Occupational Risk Assessments -

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34667 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Occupational Risk Assessments tal-Korporazzjoni Enemalta li kienet obbligata bil-liġi li timxi magħha skont il-proċeduri stabbiliti dwar ħruq u disposal tal-Mercaptan peress li l-Att 27 tas-sena 2000 u l-Avviż Legali 36 tas-sena 2003 jeżiġu li assessment simili suppost issir minn persuna kompetenti kif ipprovdut minn dawn ir-regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

post ta' service despatcher

Question

B'referenza għas-sejħa għall-post ta' service despatcher li ħarġet dan l-aħħar mill-Korporazzjoni Enemalta permezz taċ-ċirkulari 43/2012, jista' il-Ministru jgħid: a) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal din il-vakanza; b) kif saret l-għażla għal min ħa l-post; ċ) kemm kienu dawk li għaddew u jista' jekk hu possibli jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat; u d) kif ġie determinat l-ordni tal-mertu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Xgħajra — Triq l-Għakrux - servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta il-karozzi tal-linja se jerġgħu jibdew jgħaddu minn Triq l-Għakrux ġewwa x-Xgħajra? Jista' jgħid kif ġie determinat fejn tpoġġew il-bus stops?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartimenti tas-Siġurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li jagħmlu użu mid-Dipartimenti tas-Siġurtà Soċjali a) ta' Bormla; b) tal-Fgura; c) taż-Żejtun; u d) Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid wkoll kemm hu n-numru ta' persuni tal-catchment area ta' kull wieħed minn dawn l-area offices b'mod separat?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-infromazzjoni mitluba hija s-segwenti: Tabella – Catchment areas ta’ ċerti Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali Uffiċċju Distrettwali Lokalitajiet moqdija minn dawn l-Uffiċċji Popolazzjoni f’dawn il-lokalitajiet* Birgu** Birgu, Bormla, Kalkara, l-Isla 14,090 Fgura Fgura 11,609 Zejtun Zejtun, M’Xlokk, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq 28,468 Ħaż-Żabbar Żabbar, Xgħajra, Marsaskala 26,436 * Popolazzjoni meħuda mid-Demographic Review 2010 – Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika **L-uffiċċju distrettwali jinsab fil-Birgu u mhux f’Bormla

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — informazzjoni dwar l-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm hu n-numru ta' dawk li jiffurmaw l-istaff tal-uffiċini tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta' Bormla, Ħaż Żabbar, Fgura u ż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-gradi ta' kull wieħed minnhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lil Onor Interpellant li f’Bormla d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux Uffiċċju Distrettwali. Dan l-Uffiċċju li jaqdi lil poplu ta’ Bormla jinsab fil-bini ta’ l-AĊĊESS ġewwa l-Birgu. Tabella - L-istaff ta’ l-Uffiċċji Distrettwali tal-Birgu, Haż-Żabbar, Fgura u Żejtun Birgu District Office · 6 Staff o 1 Assistant Principal – District Manager o 3 Senior Clerks o 1 Clerk o 1 General Hand Ħaż Żabbar District Office · 5 Staff o 1 Social Worker – District Manager o 1 Executive Officer o 1 Senior Clerk o 1 Clerk o 1 General Hand Fgura District Office · 4 Staff o 1 Senior Clerk – District Manager o 1 Clerk o 1 Operational Support Worker o 1 Messaġġier Żejtun District Office · 6 Staff o 1 Assistant Principal – District Manager o 2 Executive Officers o 2 Clerks o 1 Timekeeper

permessi għal antenna tal-mobile telephony

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi huma meħtieġa sabiex teħel antenna tal-mobile telephony? Jista' jgħid jekk hemmx xi rikjesti li antenna ta' dan tip titwaħħal viċin skola?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni ma tirrikjedi l-ebda permess sabiex teħel antenna tal-mobile telephony. Permessi ta’ dan it-tip jista’ jkunu meħtieġa mill-awtorità responsabbli mill-ambjent u l-ippjanar. Għaldaqstant ma hemm l-ebda rikjesta quddiem l-Awtorità tal-Komunikazzjoni sabiex teħel antenna ta’ dan it-tip viċin xi skola.

Suq tal-Uniformijiet tal-iskejjel

Question

Wara li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikkonkludiet l-investigazzjoni tagħha fir-rigward tas-suq tal-uniformijiet tal-iskejjel, tista' l-Ministru telenka dawk l-uniformijiet ta’ liema skejjel li fis-sajf li ġej il-ġenituri għandhom jistennew roħs fil-prezzijiet? Tista' tindika wkoll dawk l-i school uniform items li fihom huwa mistenni tali roħs?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — intrapriżi konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

Wara li ġiet konkluża l-investigazzjoni rigward l-uniformijiet tal-iskejjel mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jista' l-Ministru responsabbli jgħid jekk il-prattiċi kondotti minn dawk l-intrapriżi li qed joperaw fis-suq humiex konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid l-uffiċċju investigax jekk kienx hemm prattiċi li jmorru kontra l-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jista jelenka l-ismijiet ta’ dawk li nstabu li l-prattiċi tagħhom qed jiksru l-Att dwar il-Kompetizzjoni?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Uniformijiet tal-iskejjel — items li huma generic

Question

Wara li ġiet konkluża l-investigazzjoni rigward l-uniformijiet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-items tal-uniformijiet tal-iskejjel li għandhom jiġu klassifikati bħala generic u għalhekk m'għandhomx ikollhom disinn ikkumplikat? Tista' telenka kull item għal kull uniformi ta’ kull skola li l-awtorità tirrakkmanda li għanda tiġi kklasifikata bħala generic?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-Settur tal-Istat ħarġu Expression of Interest għal l-uniformijiet ta’ kull Kulleġġ. Dan il-proċess kien jinkludi speċifikazzjonijiet ta’ kull item li hemm inkluż l-uniformi ta’ dak il-Kulleġġ partikulari. Xi wħud mill-oġġetti huma ġeneriċi, jiġifieri ta’ kulur wieħed mingħajr l-ebda rakkmu, u oħrajn kienu speċifiċi. L-Expression of Interest tassigura li l-prezz tal-Uniformi sħiħa ġiet irħas, waqt li tat enfasi fuq il-kwalita’. Fid-disinn tal-Uniformijiet ġew konsultati diversi persuni tal-kulleġġ inkluż ġenituri, għalliema u studenti. Sadanittant qed tinġabar informazzjoni iktar iddettaljata kulleġġ, kulleġġ.

Investigazzjoni dwar l-uniformijiet tal-iskejjel — msytery shopping - prezzijiet

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif tul l-investigazzjoni dwar l-uniformijiet tal-iskejjel, l-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħadet ħsieb l-aspett ta’ response bias fil-ġbir tal-informazzjoni u vverifikar tal-prezzijiet miġbura? Tista' tgħid kenitx implementata l-prattika tal-mystery shopping fil-ġbir ta’ informazzjoni? Jekk iva, għaliex ma kien hemm ebda referenza għal dan fir-rapport finali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — rapport ta' ħidma

Question

B’referenza għall-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentaru 34488, peress li r-rapport ta’ ħidma jelenka biss sensiela ta’ attivitajiet, diskussjonijiet u laqgħat li saru mill-kunsill mingħajr ma jirreferi għal x’pariri li l-kunsill finalment għamel bħala konsegwenza ta’ dawn l-attivitajiet, jista' l-Ministru jelenka u jgħid x’kienu l-pariri li l-kunsill għamel għal perjodu li jkopri r-rapport bħala konsegwenza tal-laqgħat u diskussjonijiet varji li l-kunsill għamel?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li f’paġna 4 tar-rapport tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fejn fiha hemm elenkati numru ta' leġislazzjonijiet li l-kunsill ta’ parir fuqhom u anke ppropona emendi fihom qabel ma dawn ġew fis-seħħ. Dwar laqgħat li saru fuq suġġetti varji li ma kinux jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-konsumatur, il-kunsill tal-pariri tiegħu direttament lill-Awtoritajiet konċernati waqt dawn il-laqgħat.

Prezzijiet tal-Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi Ewropej li ma tagħhom il-prezzijiet tal-mediċini li jinbiegħu f'Malta huma mqabbla sabiex jiġi stabbilit il-prezz medju Ewropew skont il-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċini? F'liema kategoriji huma kklasifikati dawn il-pajjiżi cioè high, average u low? Jista' għal kull mediċina li traħħset f'Malta minn April 2008 s'issa, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet tal-mediċini rispettivi li kienu jinbiegħu f'dawn il-pajjiżi kif ukoll il-prezz medju kif ikkalkulat mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-prezz kif effettivament il-mediċina traħset f'Malta?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

MEPA — kawżi l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34338 u jgħid kemm kellha kawżi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Qorti tal-Appell matul dawn l-aħħar sentejn u kemm minn dawn tilfet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2010 ġew ipprezentati erbatax (14) -il appell kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar, fis-sena 2011 daħlu disgħa u sebgħin (79)-il appell fil-waqt li fis-sena 2012, sa Mejju, daħlu wieħed u tmenin (81) appell. Mis-sena 2010 sal-lum, il-Qorti ta’ l-Appell fil-Ġurisdizzjoni Superjuri, Inferjuri u Kriminali tagħha tat sitta u tletin (36) sentenza li fiha kien hemm involuta bħala parti l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Minn dawn is-sentenzi, f' wieħed u għoxrin (21) appell ġiet ikkonfermta id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar jew it-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. F' erbatax (14) il-appell id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar jew it-Tribunal ta' Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiet annullata u l-proċess intbgħat lura quddiem l-istess Bord jew Tribunal.

Qasam industrijali tax-Xewkija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34642 u jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Marzu 2010 sal-lum, fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija saru xogħlijiet kif elenkati fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Xogħlijiet li huma meħtiega u li se jibdew f’qasir żmien jinkludu it-tisbiħ taż-żona industrijali, liema proġett huwa kofinanzjat permezz tal-Fond Ewropew għaż-Żvilupp Reġjonali. Se jinbena wkoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal li t- tend er tiegħu se jiġi aġġudikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 11 PQ #35016 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett għall-upgrading tal-Operating Theather fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34641, peress li skont il-grant agreement il-proġett għall-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kellu jkun lest sa Marzu 2010 u mhux fl-aħħar kwart ta’ din is-sena kif qalet l-Ministru, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru għall-estensjoni ta’ sentejn u disgħa xhur biex jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tlestija tal-proġett għall-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ġiet estiża għall-aħħar kwart tas-sena 2012 minħabba li l-proċess tat-tendering irrikjeda li jiġi estiż iż-żmien. Kopja tat-talbiet għall-estensjoni hija annessa.
Leg 11 PQ #35017 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta' back office trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34640, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati se jiġu trasferiti Għawdex fuq xogħol ta’ back office tat-taqsima taċ-Children’s Allowances? Meta mistenni li jiġu trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li madwar tnax (12)-il Uffiċjal Pubbliku se jiġu trasferiti Għawdex fuq xogħol ta’ back office fi ħdan it-taqsima taċ-Children’s Allowances. Permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari numru 34640, l-Onorevoli Interpellant diġa’ ġie mgħarraf li t-trasferiment ta’ dawn l-uffiċjali ser isir hekk kif jitlesta t-taħriġ meħtieġ u jkunu jistgħu iwettqu d-dmirijiet f’din it-taqsima. Dan il-proċess mistenni li jkun magħluq fis-Sajf.

fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ipproġettat li jkun hemm fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar x’issa fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.