Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spinola Bay

Question

Billi f'dawn l-aħħar jiem kien hemm street parties kif ukoll folol kbar jixorbu u jagħmlu storbju fil-Pjazza ta' Spinola, sas-siegħat bikrin ta' filgħodu, b'inkonvinjent għar-residenti u billi din l-istorja x'aktarx tirrepeti ruħha għal xahar sħiħ meta jibdew il-finali Ewropej tal-football ix-xahar id-dieħel, jista' l-Ministru jgħid x'passi beħsiebha tieħu l-pulizija biex tilqa' għal dan l-inkonvenjent? X'passi ħadet il-pulizija fid-dawl ta' għadd kbir ta' ilmenti pubbliċi li diġa kien kien hemm dwar dan is-suġġett f'diversi media lokali, speċjalment in konnessjoni ma' l-istreet party li inżamm fl-istess lokal nhar l-ewwel ta' Mejju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-attivita' li qed jirreferi għalija l-Onor Interpellant li saret nhar l-1 ta' Mejju 2008 fil-parking area tat-Tigulio, kienet koperta bil-permess maħruġ mill-Kunsill Lokali. Sa fejn hu magħruf il-kundizzjonjiet ta' dan il-permess ma nkisrux mill-organizzaturi u l-mużika waqfet f'nofs il-lejl kif kien stabbilit. Infurmat ukoll li meta jkun hemm xi lment ta' ksur ta' bon ordni, il-Pulizija tieħu azzjoni skond il-liġi u skond kif ikun il-każ.

Dewmien ta' xogħol fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru fuq il-bini tat-triq ġdida fi Triq Valletta, li hemm ippjanata u tinsab faċċata ta' Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi, minħabba li hemm diversi residenti ma jistgħux jidħlu jgħixu fid-dar tagħhom minħabba dan l-inkonvenjent? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Inbejjed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalita’, x’tip u x’ammont ta’ inbid inġieb lejn Malta mill-Ewropa għall-finijiet ta’ negozju fl-aħħar sena minn April 2007 sa April 2008, u li ddaħħal fil-Port il-Kbir fejn fost oħrajn jitrakka il-Catamaran?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm il-kwalita’ kif ukoll it-tip ta’ inbid li jinġieb Malta mill-Ewropa jvarja ħafna. Bejn April 2007 u April 2008, fil-Port il-Kbir daħal 2,491,254 litru ta’ inbid f’kwalita’ u tip varju.

Taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi

Question

Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi żgur japprezza li ma jkunx opportun li wieħed jidħol f’dettalji dwar l-eventwali sistema ġdida li għadha taħt konsiderazzjoni. Bħalissa għadhom qed jiġu studjati l-għażliet kollha li jistgħu jwasslu biex jintlaħqu l-għanijiet ewlenin wara din il-bidla bl-aktar mod effettiv u billi jkunu salvagwardjati l-interessi tal-istakeholders kollha f’dan is-settur.

MFSA — Education Consultative Council

Question

Jista' l-Ministru jgħid qabel ma ġie ffurmat l-kumitat Education Consultative Council tal-MFSA, sar rendikont tal-korsijiet kollha li qed jiġu provduti f'Malta li jolqtu dan is-settur?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għad-domanda ta’ l-Onorevoli Membru hija fl-affermattiv. Qabel ma tieħu inizzjattivi konnessi mat-taħrig fis-sevizzi finanzjarji, l-MFSA tevalwa u tagħmel rendikont tal-korsijiet relevanti u ta’ kwalita’ li jolqtu l-aspett vokazzjonali u dawk ta’ żvilupp professjonali f’dan is-settur.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Taxxa dovuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid: Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet ta' taxxa dovuta, multi eċċ dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008? Kemm hemm persuni li f'dan l-istess perijodu kellhom ukoll ħlasijiet ta' taxxa dovuta, multi, eċċ lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet? Kemm kienet is-somma totali maħfura mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-istess perijodu? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet ta' taxxa dovuta lid-Dipartiment? U x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul il-perijodu msemmi ma saret ebda maħfra jew amnestija relatata mal-liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul.
Leg 11 PQ #215 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Peress li r-residenti ta' Triq il-Kbira, fix-Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-ħafna ħofor fondi li hemm f'din it-triq, tista' l-Ministru tara li f'din it-triq issir il-manutenzjoni opportuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' fir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita' nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

Bormla — Irranġar ta' toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 9, jista' l-Ministru jara li jitranġaw t-toroq użati minn vetturi kbar bħalma huma t-toroq arterjali Triq ix-Xatt u Triq it-8 ta' Diċembru, Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #241 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajn Tuffieħa — Miżuri ta' sigurta'

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz ta' l-Malta Toursim Authority jara li l-Malta Maritime Authority tieħu l-passi neċessarji biex fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa kull sena jkunu nstallati l-miżuri ta' lqugħ ta' sigurta' għal għawwiema li fil-maltemp jistgħu jinqabdu f'diffikulta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Studenti fl-Universita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fil-preżent fl-Universita'? L-istudenti barranin minn liema pajjiż ġejjin? L-istudenti Maltin minn liema lokalita' ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta’ studenti fl-Universita’ hu ta’9546. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija, it-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-285 resident Malti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra

MCAST — Campus ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett tal-bini ta' campus ġdid għall-MCAST? Meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni u meta hemm il-ħsieb li dan jitlesta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Proġett tal-bini tal-campus ġdid għall-MCAST qiegħed fil-fażi ta’ disinn preliminary u applikazzjoni tal-MEPA għall-outline permit. It-tenders tat-Traffic Impact Statement għandhom jiġu mogħtija dalwaqt. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jibda meta l-applikazzjoni tal-MEPA tiġi approvata. Għadu kmieni biex wieħed jgħid meta dan il-proġett ser jitlesta.

Laboratorji tax-Xjenza u l-Lingwi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28897 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 592, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni li hija nieqsa mit-tweġiba mogħtija dakinhar dwar il-laboratorji tax-Xjenza u l-Lingwi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis- sena 2007, fl-iskejjel ta’ l-istat nbnew 9 laboratorji fil-Kulleġġ Sant’Injazju Sekondarja Subien, Qormi. Dawn il-laboratorji huma parti mill-iskola l-ġdida. L-armar ta’ dawn il-laboratorji ġew jiswew Ewro 133,788 ( Lm 57,420)