Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #443 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Today Public Policy Institute

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslet l-evalwazzjoni tal-gvern dwar ir-rakkmandazzjonijiet tat-Today Public Policy Institute dwar il-MEPA? X'se jitwettaq minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern għadu qed jevalwa r-rakkomandazzjonijiet imsemmija flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet oħra li qed jaslu għand il-Gvern.

Persuni b'diżabilita' — Care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri mis-sejħa għall-applikazzjoni tal-care workers li saret aktar kmieni din is-sena mill-ministeru responsabbli għax-xogħol, fl-edukazzjoni ta' persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s-sejħa għall-applikazzjoni tal-care workers giet irtirata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) minħabba li issa hemm struttura ġdida fid-Direttorati Edukattivi.

By-pass tal-Birguma — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 61 u jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-by-pass tal-Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha s-sistema tad-dawl? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex din it-triq imsemmija jkollha d-dawl tant meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 61.

Joint Office

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10 u jgħid jekk hijiex proċedura tal-Joint Office li jittrasferixxi art minn fuq persuna li sal-lum għadha tħallas il-qbiela tar-raba’ lin-neputi tagħha li se jkun qed jaħdem r-raba' hu f'ismu, dan għaliex l-persuna hija miżżewġa imma mingħajr ulied? Jekk ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, jista’ jgħid fil-preżent x’inhi l-proċedura li juża l-imsemmi dipartiment biex jittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ minn fuq persuna għal oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10.
Leg 11 PQ #451 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Dwal mal-promenade

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-promenade minn San Pawl il-Baħar sal-Qawra fix-xhur tas-sajf ikollu d-dawl meħtieġ u jkun imżejjen bħalma hu mżejjen il-promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta qegħda f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jiżdied id-dawl fuq il-promenade ta’ Bugibba.

ADT

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #453 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Slielem

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29 u jara li mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar sal-Qawra jiġu mwaħħla slielem sabiex jintużaw mit-turisti u minn dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’diversi postijiet tal-kosta msemmija mill-Onorevoli Interpellant jitwaħħlu slielem biex jintużaw mill-għawwiema. Jekk l-Onorevoli Interpelllant għandu xi post partikulari f’moħħu, nitolbu jindikali u ngħaddi s-suġġeriment lil Awtorità kkonċernata.

Prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jgħid kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli, kemm fi ħxejjex u frott kif ukoll prodotti ta' nbejjed li nġiebu lejn Malta minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn April tas-sena 2007 sa l-aħħar ta' April 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Housing Authority — Equity Sharing Scheme

Question

Jista' l-Ministru jindika l-ammont ta' persuni li gawdew mill-iskema ta' Equity Sharing tal-Housing Authority mid-data tat-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li s'issa ġew approvati 242 applikazzjonijiet taħt l-iskema ndikata, li f'103 każijiet minnhom ġie finalizzat il-kuntratt.

Triq privata

Question

Jista' l-Ministru jindika x'inhi l-proċedura li għandha tiġi adottata f'każ li jkun se jsir żvilupp privat li jmiss ma' triq li għalkemm tintuża mill-pubbliku tkun għadha proprjeta' tal-privat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsaskala — Fish farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett għat-twaqqif ta' fish farms barra mill-kosta ta' Marsaskala, liema proġett diġa' ġie approvat mill-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jimporta l-Onor. Membru jispjega x’qed jifhem bi “għat-twaqqif”?

Qorti tal-familja

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirriforma l-ispejjeż tar-reġistru rikjesti f'każ li jsir appell superjuri minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Familja, partikolarment meta wieħed iqis li f'każ ta' appell minn separazzjoni, id-drittijiet jiġu għoljin ħafna minħabba li jinħadmu fuq il-valur tal-patrimonju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li, f'każ ta' Appell superjuri minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Familja, it-Tariffa A inċiż 1(a) u 3 (4) u (5) tal- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jipprovdu tnaqqis konsiderevoli f'dak li jirrigwarda drittijiet lejn ir-Reġistratur, meta mqabbla ma' appelli minn deċiżjonijiet mill-Prim' Awla, u ma jitqiesx fuq il-valur tal-patrimonju.

Aġenzija Appoġġ

Question

Jaf il-Ministru li attwalment l-Aġenzija Appoġġ m'għadhiex toffri supervised access visits b'xejn u qed taċċetta biss każijiet fejn il-partijiet ikunu disposti li jieħdu dan is-servizz bi ħlas? X'jaħseb il-Ministru dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mhuwiex minnu li l-Aġenzija Appoġġ m'għadhiex toffri supervised access visits b'xejn u qed taċċetta biss każijiet fejn il-partijiet ikunu disposti li jieħdu dan is-servizz bi ħlas. Ninsab informat ukoll li dan is-servizz jingħata b'xejn ħlief f'ċirkostanzi fejn il-Qorti tordna li jkun bil-ħlas.

Marsaskala by-pass — Għargħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 128 li saret lill-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jindika xi pjanijiet konkreti għandu l-gvern biex tiġi solvuta l-problema ta' għargħar fit-triq l-antika bejn Ħaż-Żabbar u Marsaskala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jevalwa l-proposti li saru fl-Istorm Water Masterplan biex tiġi solvuta l-problema ta’ l-għargħar fit-triq imsemmija.

Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 208 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li sat-8 ta' Marzu 2008, fid-dipartiment u entitajiet li llum jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, kien hemm 14 -il ħaddiem impjegati fuq bażi part-time u li huma reġistrati bħala self-employed mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħriġ. Mid-data msemmija sa llum, jiena nfurmat li n-numru ta' ħaddiema mpjegati fuq bażi part-time baqa' l-istess. Tajjeb jingħad li dawn il-ħaddiema kollha huma mill-professjoni legali u jagħtu servizz fil-Qrati tal-Ġustizzja.

Ħaddiema part time

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 210 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nuqqas ta' għalliema

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 151 u tgħid x'nuqqasijiet ta' għalliema hemm fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jintlew dawn il-vakanzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums hemm għalliem wieħed biss nieqes. Fl-iskola St.Francis of Assisi l-għalliem tal - Graphical Communication ħareġ b’ sick leave fit- tul.Qed jiġu kkuntatjati għalliema /studenti biex timtela’din il-vakanza.

Skejjel primarja — Facilitators

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 150 u tgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bħalissa hemm 14-il student li qed jistennew li jingħataw Learning Support Assistant.

Ħaddiema part time

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 214 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #494 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummisarju ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet żgumbrata mill-Kummissarju ta' l-Artijiet mill-fond li qed tgħix fih? Japprezza l-Ministru li dan kien ilu jgħix fih 'l fuq minn disa' snin man-nanniet tiegħu. Nanntu fil-fatt mietet fil-15 ta' April, 2000 u ilu għal dawn l-aħħar snin jikkomunika mad-dipartiment biex jiġi rikonoxxut. Japprezza l-Ministru li l-mod kif mexa l-Kummissarju ta' l-Artijiet kien wieħed diskriminatorju għall-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , jingħata f'xi Seduta oħra.