Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxi ta' l-ivvjaġġar bl-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus mit-taxxi ta' l-ivvjaġġar bl-ajru matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern minn taxxi ta’ l-ivvjaġġar bl-ajru kien kif ġej: 2004 2005 2006 2007 2008 € € € € € Jannar 379,129 625,639 732,481 732,308 1,558,274 Frar 325,763 327,091 617,750 695,667 146,098 Marzu 216,236 85,341 631,721 499,767 11,590 April 358,700 448,882 535,383 898,067 1,266,300 Mejju 236,012 730,722 653,450 250,154 Gunju 116,888 79,613 885,688 66,969 Lulju 446,867 546,070 1,249,422 1,221,565 Awissu 717,633 1,172,979 738,327 84,393 Settembru 472,700 53,662 1,044,887 159,015 Ottubru 651,370 764,151 1,017,191 194,547 Novembru 385,628 1,307,021 1,190,729 66,178 Dicembru 195,649 929,047 874,866 1,745,733 Total 4,502,575 7,070,218 10,171,895 6,614,363 2,982,262 Nota: Dħul baxx fi Frar u Marzu ta' l-2008 minħabba li l-fondi ġew riċevuti f'April

Applikazzjoni għaċ-ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 18 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw għaċ-ċittadinanza doppja matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza kkonferma 225 każ fejn il-persuna konċernata ġiet infurmata li tikkwalifika biex ikollha ċittadinanza doppja filwaqt li hemm madwar 40 talba oħra li għadhom qed jiġu pproċessati.

Approvazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 19 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet u kemm minnhom kienu miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġew reġistrati jew naturaliżżati bħala ċittadini ta' Malta matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena huwa: 197. Dwar it-tieni parti tal-Mostoqsija tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ebda persuna ma kellha għalfejn tirrinunzja xi ċittadinanza għax il-liġi Maltija tippermetti ċ-ċittadinanza doppja. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika ta' dak li qed jitlob.

Arranġamenti ta' ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 22 u jgħid liema huma l-pajjiżi li l-Gvern Malti se jiddiskuti għall-arranġamenti ta' ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern Malti m'għandu l-ebda diskussjonijiet ipprogrammati għall-arranġamenti ta' ċittadinanza doppja ma xi pajjiżi partikulari u dan għaliex skond il-liġi Maltija dwar iċ-ċittadinanza doppja, kull ċittadin Malti jista' jkollu ċittadinanza oħra jew oħrajn u kull barrani li jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija jista' jżomm dik barranija sakemm il-pajjiżi l-oħra konċernati jippermettu liċ-ċittadini tagħhom li jkollhom ċittadinanza oħra minbarra dik ta' pajjiżhom.

Talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 20 u jgħid kemm fil-preżent hemm talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 40 talba biex il-persuni konċernati jiġi konfermat lilhom li jikkwalifikaw biex ikollhom ċittadinanza doppja.

Talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jirrispondi mistoqsija parlamentari 21 u jgħid kemm fil-preżent hemm talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza qed jipproċessa madwar 660 talba biex il-persuni konċernati jiġu reġistrati jew naturaliżżati bħala ċittadini ta' Malta.

Ġustizzja u Intern — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena, ingħataw 80 - il promozzjoni fid-dipartimenti u entitajiet li kienu u li wara t-8 ta' Marzu 2008 baqgħu jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħi. Tajjeb jingħad li dawn il-promozzjonijiet ingħataw skond kif stipulat fl-Addendum għall-ftehim ta' l-1993 dwar l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, kif ukoll li numru minn dawn il-promozzjonijiet ingħataw wara li sar eżami intern għal grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv fl-2007.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Politika Soċjali — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ promozzjonijiet fid-dekasteru tiegħi fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant, eskluż dawk fid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, kien ta’ 196. Ninsab infurmat ukoll li tagħrif dwar id-Dipartiment imsemmi qed jinġabar u Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.

Riżorsi u Affarijiet Rurali — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għad-dipartimenti, kumpaniji, u entitajiet li numru minnhom qed jidhru taħt dan id-dikasteru minn Marzu l’hawn, hu kif ġej: Jannar, Frar u Marzu – 106. Il-proċess tagħhom ikun ilu xhur li nbeda

Fondazzjoni Arka — Ħlas tal-VAT

Question

Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet oħra jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parteċipazzjoni tal-mara

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex f'Għawdex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

L-inizjattivi tal-Gvern maħsuba biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol ma jagħmlux distinzjoni bejn dawn li jgħixu Malta u Għawdex. Fost dawn l-inizjattivi hemm: · Diversi korsijiet ta’ taħrig u programmi mnedijja mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ; · L-introduzzjoni ta’ diversi family friendly measures fis-settur pubbliku kollu; · Proġetti u programmi ta’ l-Unjoni Ewropeja li jippromwovu l-ugwaljanza, organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza; · Tnaqqis tat-taxxa sa massimu ta' €1,630 għal nisa li jirritornaw għax-xogħol wara waqfa ta’ ħames snin filwaqt li dawk li jixtiequ jaħdmu part-time jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ 15% taxxa fuq dak li jaqilgħu sakemm ma jaqbżux dħul ta’ €6,990; · Tnaqqis sa €932 mit-taxxi għal dawk li jibgħatu t-tfal tagħhom ġo child care centres registrati; · Minn jaħdem part-time għal aktar minn 8 siegħat fil-ġimgħa jkun intitolat għal benefiċċji pro-rata; · Tnaqqis sostanzjali fil-faxxex kollha tat-taxxa kemm jekk issir dikjarazzjoni separata u anke jekk issir dikjarazzjoni konġunta; · Tnaqqis mill-income taxxabli meta raġel jew mara jaħdmu fil-kumpanija tal-familja, · Kreditu ta' sentejn kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali għal kull wild (4 snin fil-każ ta’ tfal b’diżabilita’).
Leg 11 PQ #328 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gozo 1234

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 122, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu, u cioe': jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq ma' l-organizzaturi tal-Gozo1234 kif ukoll jagħti dettalji kollha opportuni dwar l-għażla ta' l-istess organizzaturi u jgħid kemm il-Gvern kellu fondi a disposizzjoni tiegħu għal din l-attivita' u jagħti breakdown ta' kif dawn il-fondi ġew utilizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub kif ukoll tabella kif ġew utilizzati l-flus għal din l-attività. Ta’ min igħid li l-ispejjeż totali huma aktar minn dak li ser joħroġ il-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex. L-għażla saret wara sejħa pubblika għal proposti u dawn l-istess proposti (tnejn) ġew evalwati fuq l-esperjenza ta’ dawk li wrew interess li jorganizzaw l-attività kif ukoll fuq l-offerta finanzjarja. L-offerta li għamel il-Konsorzju Burning Spear kienet turi firxa estensiva t’attivitajiet u kienet orħos minn l-offerta l-oħra sottomessa. Il-Konsorzju kellu wkoll esperjenza li jorganizza attivitajiet simili tal-massa.
Leg 11 PQ #329 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex,Rabat — Triq Santa Dminka

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 121, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u cioe': peress li r-residenti ta' Triq Santa Dminka, Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li kull meta tagħmel kwantita' ta' xita din it-triq qed tispiċċa mgħarrqa u dan b'dannu u inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata kemm jista' jkun malajr?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sitwazzjoni ta' Triq Santa Dminka fir-Rabat, Ghawdex diga bdiet tigi ndirizzata permezz ta' Water culvert li sar f'parti minn din it-triq u twessiegh ta' kanal tal-ilma li jaghti ghal Wied Siekel. Hu mahsub li jigi estiz il-water culvert fi Triq santa Dminka biex jilqa' ahjar l-ilma li jigi minn Triq Carolina Cauchi, Triq Cetta Mintoff u Triq Manuel Dimech biex ikompli jittaffa l-inkonvenjent

Studenti li jpejjpu

Question

Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm tfal ta' l-iskola ta' bejn 14 u 16-il sena jkunu diġa' jpejpu jew jieħdu xi tip ta' sustanza oħra, bħal drogi llegali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li rapporti ta’ teħid jew suspetti ta’ teħid ta’ drogi fl-iskejjel kien hemm 50 f’din is-sena skolastika. Dawn jinkludu skejjel ta’ l-istat, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti. L-eta’ tvarja bejn 14 u 16-il sena. F’dawn il-każijiet saret ħidma mis-Substance Abuse Policy Team fi ħdan is-Safe School Programme. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni, li għalkemm dawn l-istudenti ġew riferuti mill-iskejjel, dan ma għandu bl-ebda mod jiġi nterpretat li dawn l-istudenti abbużaw mid-droga fl-iskola. Infurmata wkoll li m’hemmx statistika dwar kemm hawn studenti bejn 14 u s-16-il sena li jpejpu.

Kondizzjonijiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li r-rati u l-kondizzjonijiet li jaħdmu bihom l-ħaddiema li jipprovdu l-on call huma adegwati għaż-żmenijiet tal-lum? Il-ħlas bħalissa huwa ta' xi ftit ċenteżmi kull siegħa li jagħmlu on call u wara li jidħlu on call,l-għada jekk dawn jidħlu bil-lejl xorta jridu jibqgħu jaħdmu l-ġurnata normali.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rati attwali ta’ stand-by allowance, ġew stabbiliti fl-2003 bi qbil mal-Unions meta sar eżerċizzju ta’ reviżjoni ta’ l-allowances. Il-ħaddiema li attwalment jaħdmu waqt il-perjodu ta’ l-istand-by jitħallsu bir-rata attwali tal-overtime applikabbli għall-grad tagħhom. L-għada dawn l-uffiċjali jridu jidħlu għax-xogħol bħal dawk l-uffiċjali kolha li jaħdmu l-overtime. Irrid niċċara li skond deċiżjoni tal-Qorti Ewropea, il-kliem on-call ifissru ħaddiema li jkunu fuq xogħol passiv. Nużaw il-kliem stand-by għal dawk li jkunu off iżda jistgħu jissejħu għax-xogħol.

Kunsilli lokali — Manutenzjoni ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif jitqassmu l-fondi lill-kunsilli lokali rigward il-manutenzjoni u l-irranġar ta' toroq fil-lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali tinħadem fuq formula li tinsab fl-Għaxar Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali. Din il-formula tieħu in konsiderazzjoni l-assi u l-funzjonijiet statutorji ta’ kull Kunsill. Fir-rigward tal-manutenzjoni u l-irranġar tat-toroq tal-lokalitajiet, il-fondi jitqassmu skond it-tulijiet ta’ toroq li kull lokalità għandha, a proporzjoni tat-tulijiet globali tat-toroq kollha f’Malta u Għawdex.

Tax Compliance Unit — Multi maħfura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu xahar b'xahar?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari minħabba li ma ġiex speċifikat għal liema sena qed tirreferi. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.