Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bdiewa — Residenzi

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru sostanzjali ta' bdiewa li għandhom ir-residenza tagħhom mibnija fuq art tal-gvern, ikunu jistgħu jixtru dawn l-istess residenzi mingħajr aktar dewmien, għaliex m'humiex ftit il-każi fejn in-nuqqas ta' xiri qed joħloq diffikultajiet lil min joqgħod f'dawn il-postijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bdiewa li bnew ir-residenzi tagħhom fuq art tal-Gvern skond il-kundizzjonijiet li jirregolaw it-titlu legali li bih l-art in kwistjoni ġiet mogħtija lilhom, jistgħu japplikaw biex jixtru l-istess residenzi.

Artijiet agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ta' l-artijiet jieħu l-passi neċessarji biex l-artijiet agrikoli li huma mogħtija lill-bdiewa "in solidum" ma jibqgħux hekk, għaliex ħafna drabi dan il-fatt qed iġib miegħu diżgwid u nkwiet bla bżonn fost dawk li jaħdmu l-istess raba'?

Response (FENECH, TONIO)

Bdiewa rikonoxxuti in solidium fil-qbiela ta’ l-art mikrija lilhom għandhom drittijiet u doveri lejn xulxin li joħorġu mil-Liġi, u li ilhom jeżistu għal snin kbar. Biex dan jinbidel irid allura jiġi l-ewwel studjat kemm hu possibli li jsiru l-emendi neċessarji fil-Liġi.

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex numru ta' passiġġieri li nhar l-Erbgħa, 14 ta' Mejju, 2008 marru biex jaqsmu bejn Għawdex u Malta mal-vapur tal-11.30 p.m. ma tħallewx jirkbu dan il-vapur għaliex "kien hemm 25 passiġġier li kienu abbord il-vapur" u dan meta ma jirriżulta minn imkien li t-trip tal-vapur jista' jirrifjuta li jgħabbi l-passiġġieri, kif fil-fatt ġara fl-imsemmi okkażjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #406 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Shared ownership

Question

Jista' l-Ministru jara li dawk il-koppji għarajjes li kienu ntitolati li jieħdu appartament/maisonette taħt l-iskema tax-shared ownership u li issa qed jingħad lilhom li jridu jħallsu żewġ terzi tas-somma mill-bidu nett, fil-fatt jingħataw l-opportunita' li jħallsu skond id-dħul li għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-policy ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar xiri ta' appartamenti/maisonettes taħt l-iskema tax-shared ownership hi li applikanti taħt Kategorija C/C1 (persuna waħedha), Kategorija A (familja bit-tfal) u applikanti għarajjes b'diżabilita' jridu jixtru mill-inqas terz tal-valur tal-proprjeta'. Applikanti taħt Kategorija B (koppja għarajjes) u Kategorija D (żewġ persuni adulti) jridu jixtru mill-inqas żewġ terzi tal-valur tal-propjeta'.

Tkabbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk teżistix xi tip ta' għajnuna lil dawk l-individwi li jridu jibdew jiżirgħu iktar siġar fil-għelieqi tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma teżisti ebda tip ta’ għajnuna minn dan il-ministeru għal min irid jibda jiżra’ iktar siġar fl-għelieqi tiegħu.

Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #416 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Attivitajiet Kulturali

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'għajnuniet ingħataw mill-Ministeru għall-Attivitajiet Kulturali f'dawn l-aħħar sena u nofs u lil min intgħatat l-għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #417 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Attivitajiet Sportivi

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'għajnuniet ingħataw mill-Ministeru għall-Attivitajiet Sportivi jew lill-għaqdiet sportivi matul l-aħħar sena u nofs?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #418 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Premises sportivi

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru mill-Ministeru fuq premises sportivi f'dawn l-aħħar sena u nofs?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #419 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pixxina

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'sar mill-proposta għall-ftuħ ta' pixxina ġewwa Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru qieghed jahdem fuq il-pjanijiet biex il-proposta li ssir pixxina gewwa Ghawdex titwettaq kif imwieghed.
Leg 11 PQ #421 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xogħol ta' konkos

Question

Tista` l-Ministru telenka kemm sar xogħol ta' konkos f'Għawdex mill-Ministeru f'dawn l-aħħar sentejn xahar b'xahar separatament, fejn sar dan ix-xogħol, minn min u kemm sewa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

No response available.
Leg 11 PQ #424 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Tenders

Question

Tista` l-Minsitru telenka t-tenders kollha li nħarġu mill-Ministeru f'din l-aħħar sena? Tista' tgħid ukoll min tefa` l-offerta għal kull tender, kemm kienet l-offerta u eventwalment min ħa t-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

No response available.

Avjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex f'Malta jkun hawn nuqqas serju ta' Avgas li jintuża għal skop ta' avjazzjoni? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jirrepetix ruħu fiż-żmien li ġej?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pestiċidi fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jintużaw pestiċidi (ammont totali skond il-kategorija u skond il-kimika) fis-sena ġewwa l-iskejjel primarji u sekondarji (a) governattivi (b) privati (ċ) tal-knisja)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx minn dan il-Ministeru.

Tribunal Skolastiku

Question

Tista' il-Ministru tindika jekk it-Tribunal Skolastiku mwaqqaf taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni għal termini ta' artikli 42 (2) u (3)(liema artikli għadhom fis-seħħ stante li l-artkli l-ġodda baqgħu ma daħlux fis-seħħ) huwiex kompost? Jekk iva, kemm-il xahar dam dan it-Tribunal mhux kompost mal-elevazzoni tal-ġudikant sedenti għall-ġudikatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, qabel ma saret ir-riforma għall-Att dwar l-Edukazzjoni, it-Tribunal Skolastiku kellu l-kompetenza sabiex jisma’ u jiddeċiedi appelli li jsiru quddiemu: (a) f’każ ta’ ċaħda ta’ xi applikazzjoni għall-liċenzja sabiex tinfetaħ skola; (b) meta min japplika għall-licenzja ta’ ftuħ ta’ skola ma jkunx ġie notifikat bil-miktub bid-deċizjoni fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Ministru jirċievi l-applikazzjoni; (ċ) f’każ ta’ persuna li thossha aggravata b’deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għall-warrant ta’ għalliem u ta’ sospensjoni jew tħassir ta’ warrant ta’ għalliem. Fiċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq, il-liġi kif approvata mill-Parlament tgħid li min irid jappella għandu jagħmel dan quddiem il-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri). Il-parti tal-liġi li tittratta dwar appell dwar liċenzja sabiex tinfetaħ skola hija diġa fis-seħħ. Dik il-parti tal-liġi li tittratta dwar appell fil-każ ta’ warrant ta’ għalliem ser tiddaħħal fis-seħħ malli jitwaqqaf il-Kunsill dwar il-Professjoni ta’ l-Għalliema.

Konsum ta' Pestiċidi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu mqassam il-konsum ta' pestiċidi (ammont totali skond il-kategorija u skond il-kimika) bejn industrija, agrikoltura, settur pubbliku u ċittadini, sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx minn dan il-Ministeru.

Studju ta' Pestiċidi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar studju mid-Dipartiment tas-Saħħa jew mill-Universita' ta' Malta biex jitkejjel a) l-ammont ta' pestiċidi fl-ambjent intern ta' l-iskejjel b) l-ammont ta' pestiċidi fl-ambjent tad-djar taċ-ċittadini? U jekk iva, x'inhuma r-riżultati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Livell ta' nitrati fl-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jittella' mill-acquifers ta' taħt l-art?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art ivarjaw minn post għal ieħor skond l-użu tal-art. Għal dan il-għan, l-ilma tax-xorb li jittella’ minn taħt l-art jiġi mħallat ma' l-ilma prodott mir-Reverse Osmosis sabiex ikun konformi mal-istandards tal-Unjoni Ewropea.