Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #597 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dissett

Question

Billi l-Prim Ministru ftit ilu qal fil-programm "Dissett" li kien se jieħu passi biex jilqa' kontra dawk is-sidien li kienu qed jimpjegaw ħaddiema part-time li jkunu reġistrati bħala self employed, kif jirrikonċilja dan li issa ħareġ minn diversi tweġibiet parlamentari li dan l-abbuż kien qed isir saħansitra minn ministeri u dipartimenti tal-gvern innifsu, speċjalment qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern huwa mpenjat li jara li jieqfu l-prattiċi ta’ kuntratti fuq bażi self-employed intiżi biss biex il-ħaddiema ma jingħatawx il-kundizzjonijiet u l-benefiċċji li ħaqqhom.
Leg 11 PQ #624 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta warden joħroġ ċitazzjoni għal kontravenzjoni ta' traffiku minħabba parkeġġ dan mhux dejjem jinforma lis-sid tal-karozza konċernata billi jwaħħal avviż taċ-ċitazzjoni mal-karozza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Att dwar il-Kummissarju tal-Ġustizzja kif ukoll l-Avviż Legali 350/2004 jistipulaw illi l-avviż ta’ ċitazzjoni għandu: jingħata bl-idejn lil min ikun suspettat li għamel reat skedat fil-waqt li dik il-persuna tinkixef qegħda tagħmel dak l-att jew ommissjoni li jagħti lok għal suspett. F’każ ta’ parkeġġ illegali u ma jkunx prattiku li l-avviż jingħata f’idejn is-suspettat, dan jitwaħħal fuq il-windscreen tal-karozza. Pero’, l-istess Avviż Legali jipprovdi li f’każ li Gwardjan Lokali, waqt il-qadi ta’ dmiru, jiġi mhedded, aggredit jew insultat jew inkella jiġi xort’oħra konfrontat b’imġiba ħażina, l-avviż taċ-ċitazzjoni minflok ma jingħata f’idejn is-suspettat għandu jintbagħat lil dan ta’ l-aħħar bil-posta fi żmien jumejn minn mindu tkun saret l-allegata offiża.

Bracket ma' gallerija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bracket li jinsab mal-gallerija tal-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jitneħħa mill-EneMalta minnufih mingħajr aktar dewmien u dan peress li apparti li qed jinvadi l-proprjeta ta' terzi persuni, qed ikun ta' periklu għalihom u għat-tfal tagħhom li jkunu fl-istess gallerija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern f’ċifra globali mit-taxxa tal-VAT matul Jannar – April 2008 u matul is-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 kien kif spjegat fit-tabella annessa:

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separtament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 235.
Leg 11 PQ #280 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Promozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bejn Jannar u Marzu 2008 fil-Ministeru ghal Ghawdex inghataw dawn il-promozzjonijiet wara sejha ghall-ezami kompettittiv u pubbliku kif ukoll dak dipartimentali: 30 skrivan / skrivan anzjan promossi ghal ufficcjal ezekuttiv 2 ghalliema promossi ghal Assistent Kap Is-sejhiet ghall-ufficjal ezekuttiv kif ukoll ghal Assistent kap ma hargitx mill-Ministeru ghal Ghawdex imma huma haddiema fil-Ministeru t'Ghawdex. 2 Senior Agricultural Officers promossi ghal Principal Agricultural Officers.

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund lill-għaqdiet/soċjetajiet matul is-sena 2007 u Jannar, Frar, Marzu 2008 xahar b'xahar? Lil min ingħataw f'kull każ u għal liema kawża? Jista' jgħid jekk f'kull każ saritx investigazzjoni u jekk kull xogħol li għalih ingħataw il-fondi sarx verament? Xi prova intalbu, u jekk hemmx każi fejn il-fondi ntefqu mhux għall-kawża oriġinali?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #284 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati membri fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2007 u f'Jannar,Frar, Marzu 2008 maqsuma xahar b'xahar u skond ir-rank li daħlu fih?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt :- Spetturi Kuntistabbli 22.02.2007 135 27.11.2007 102 01.02.2008 4 12.02.2008 54 Total 4 291
Leg 11 PQ #285 Sitting 10 2008-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li hemm fis-servizzi korrettivi, maqsuma skond il-grad? Kemm daħlu impjegati ġodda ma' l-istess servizzi korrettivi matul is-sena 2007 u f'Jannar, Frar, Marzu 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati li hemm fis-Servizzi Korrettivi hu kif ġej:- Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda reklutaġġ mill-1 ta' Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008.

Karti ta' l-identita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karti ta' l-identita' li suppost ġew imġedda? Meta jaħseb li ser isir dan il-proċess ta' tiġdid ta' l-ID?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ karti ta’ l-identita’ li suppost ġew imġedda huwa ta’ 221,497. Huwa maħsub li t-tiġdid isir is-sena d-dieħla.

Żwiġijiet ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet ċivili minn Jannar 2007 sa Marzu 2008, xahar b'xahar fejn a) il-koppja kienu t-tnejn Maltin b) fejn waħda mill-partijiet kienet barranija? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li żżewġu Malti/ija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward informazzjoni dwar Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sptarijiet ta' l-Istat — Ċittadini Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus li suppost tħallset meta ċittadini barranin użaw is-servizzi ta' l-isptarijiet ta' l-istat f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena? Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus tħallset diġa'?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet ta' l-Istat — Użu minn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali dovut lill-istat minn persuni barranin li użaw is-servizzi ta' l-isptarijiet ta' l-istat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-mument l-ammont globali dovut lill-Istat minn persuni barranin li uzaw is-servizzi ta’ L-isptarijiet huwa ta’ €778,998 f’Malta u €71,385 f’Għawdex. Sptarijiet San Luqa/Mater Dei 1994-2007 €387,773 2008 €64,680 452,453 EU claims EU 125 2004-2007 €183,971 EU 127 2004 €16,184 EU 125 2008 €71,298 271,453 Sptar Boffa 1999-2007 €53,869 2008 €1,223 55,092 Total Dovut f’Malta €778,998 Sptar Ġenerali t‘Għawdex 1996-2007 €60,716 2008 €10,669 Total Dovut f’Ghawdex €71,385

Sptarijiet lokali — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali mill-ħlasijiet li ċittadini Maltin iħallsu għal ċerti servizzi mill-isptarijiet lokali bħal kiri ta' wheel chairs, ċilindri ta' l-ossiġnu eċċ., matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jgħarrafni kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali mill-ħlasijiet li ċittadini Maltin ħallsu għal ċerti servizzi mill-Isptarijiet Lokali bħal kiri ta’ wheel chairs , ċilindri ta’ l-ossignu eċċ-matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena jammonta għal €21,529. Informat ukoll li d-dħul totali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin kien ta’ €669,092 .(Lm287,241) u maqsum sena b'sena hekk : Sena 2003 €131,484 Sena 2004 €129,956 Sena 2005 €130,722 Sena 2006 €138,332 Sena 2007 €138,598 Dħul Totali €669,092 Ta’ min jgħid illi dawn il-flus jiġu refunded lura lill-pazjenti meta dawn jirritornaw lura l-oġġetti mislufa lilhom.

Qrati ta' Malta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li tħallsu lill-Qrati ta' Malta abbażi ta' multi u pieni oħra dovuti matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jgħarrafni kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali li tħallsu lill-Qrati ta’ Malta abbażi ta’ multi u pieni oħra dovuti matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kienu ta’ €550,279. Id-dħul f’cifra ta’ flus globali mill-istess sorsi għall-aħħar ħames snin sena b’sena separatament kienu hekk:- 2003 € 567,777.22 2004 €1,091,021.20 2005 €1,113,538.50 2006 €1,236,741.70 2007 €1,635,488.80

Stabilimenti kummerċjali — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul dovut f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-permessi ta' stabilimenti kummerċjali matul l-2007? Kemm minn din iċ-ċifra tħallset matul l-istess sena lill-uffiċċju u dipartimenti eċċ, konċernati?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-liċenzji tal-kummerċ fl-2007 kien ta’ EUR 1,273,586 (Lm546,750.47) li minnhom EUR 870,831 (Lm373,847.75) kienu dħul mill-liċenzji ta’ 2007 filwaqt li EUR 402,755 (Lm172,902.72) kienu arretrati għas-snin ta qabel.

Ċnus u qbiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq iċ-ċnus u qbiela matul l-2007?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq iċ-ċnus u qbiela matul is-sena 2007 kien ta’ Eur 21,426,861 (Lm 9,198,552).

Karozzi mpurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda ġew impurtati fis-sena 2007 u fl-ewwel 4 xhur ta' l-2008 u kemm ġew impurtati karozzi second hand fl-istess żmien?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta’ karrozzi ġodda u second hand li ġew impurtati min barra l-Unjoni Ewropeja għas-sena 2007 u fl-ewwel 4 xhur tas-sena hu kif jidher hawn taħt: 2007 2008 (Jannar - April) Ġodda 2,924 1,133 Second Hand 2,996 1,587