Jista' l- Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.392, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu u cioe' jara li titranġa l-bankina fi Triq il-Lvant kantuniera ma' Taraġ Nix Mangiari l-Belt peress li minkejja li mhix f'parti residenzjali tinsab biswit Victoria Gate fejn jgħaddu ħafna Maltin u turisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali b’personalità legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 76 u jgħid x'inhi l-waiting list sew f'numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data fid-diversi ċentri tas-saħħa għal:
i) Skeda Ħamsa?
ii) Anticoagulant clinic?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Appuntament li jmiss Numru ta' pazjenti li qed jistennew
Furjana - 04/06/08 150
Gżira - 20/05/08 40
Qormi - 16/05/08 49
Mosta - 16/05/08 43
Rabat - Pazjenti moqdija minn Qormi u B'Kara
Raħal Ġdid - 06/06/08 108
B'Kara - 24/05/08 94
Bormla - Pazjenti moqdija minn Raħal Ġdid
Dwar l-Anticoagulant Clinic, informat li l-appuntamenti jsiru mill-klinika ta' l-ACC ta' l-iSptar Mater Dei. Kull ċentru tas-saħħa joffri servizz lil 20 pazjent kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Ma hemm l-ebda waiting list f'din il-klinika.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 364 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijet Rurali, u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux magħruf x'pestiċidi jintużaw fil-frott u ħxejjex importati? Minn fejn jiġu bħala pajjiż il-frott u l-ħwejjeġ importati? Kemm-il pestiċidi differenti jintuża għal prodott partikolari qabel ma jasal f'pajjiżna?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 365 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jindika liema kategorija ta' pestiċidi jiġu mpurtati f'pajjiżna? Għal kull kategorija ta' pestiċidi liema kimiċi jiġu l-iktar importati? Minn fejn jiġu mportati? Kemm kienet l-importazzjoni ta' pestiċidi sena b'sena fl-aħħar 10 snin skond il-kategorija u l-kimika tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-households f'Malta li , minħabba li qalbu għal sistema fotovoltaiċi ta' enerġija alternativa, jbiegħu l-kurrent lill-Enemalta? Kemm inxtara kurrent f'termini ta' kejl ta' kurrent u f'termini ta' flus mill-budget li għadda sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-ikel li qed jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Fejn qed jiġi ppreparat dan l-ikel? Il-Gvern jivverifika kull tant żmien il-livell ta' ikel li jkun servut?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-twegiba se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-Gvern ikkonsidrax l-idea li bl-istess mod li prattikament kull household għandha meter tad-dawl, kull household ikollha sistema ta' produzzjoni ta' enerġija alternattiva, partikolarment sistemi fotovoltaiċi?Wettaq xi studju l-Gvern tal-vijabbilita' ta' l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi f'kull dar komparati mal-flus extra li jkollu joħroġ l-istess Gvern biex jagħmel tajjeb għan-nofs iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u li se jkomplu jħallsu ċ-ċittadini fi ħlas ta' soprataxxa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jagħmel il-gvern dwar it-talba ta' l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar li jkun hemm il-rivalutazzjoni tal-permessi tal-MEPA li ħarġu fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 442.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jittieħdu l-passi leġislattivi biex dawk il-persuni li qed jingħataw kuntratti ta' self employed igawdu mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Kif tħabbar fid-diskors tal-President fl-okkazzjoni tal-ftuħ tal-Ħdax-il-Parlament, il-Gvern ser jieħu dawk il-miżuri neċessarji biex ma jintużawx forom ta’ kuntratti ta’ impieg li jwasslu biex il-ħaddiema jiġu mċaħħdin minn kundizzjonijiet u benefiċċji li jkollhom dritt għalihom.
Dan ma jfissirx, kif wieħed jista’ jifhem mill-Mistoqsija, li kull minn għandu kuntratt għal servizz bħala
self-employed
ser jidħol għal dirittijiet mogħtija speċifikament lill-impjeġati. Li jfisser hu li ma jkunx hemm impjegati li jiġu sfruttati billi jingħataw xi tip ta’ kuntratt li b’xi mod inaqqsilhom kundizzjonijiet u benefiċċji li jkollhom dritt għalihom bħala mpjegati.
Ninsab infurmat li diġa’ sar xi xogħol f’dan ir-rigward għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħruġ ta’ sejħiet għal offerti.
Jista' l-Ministru jara li t-talba li qed issir lid-Dipartiment ta' l-Artijiet mill-familja, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, tiġi kkunsidrata u l-kumpens involut jingħata jew jibda jsir djalogu kif dan il-kumpens se jingħata?
Tista' l-Ministru tagħti nformazzjoni dwar kemm hemm studenti:
a) fl-Universita
b) fl-MCAST
li ġejjin mil-lokalitajiet ta' Żabbar, Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Żejtun, Fgura u Wied il-Għajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fit-toroq hawn taħt indikati kif intqal fil-fuljett li tqassam mill-ADT għall-bini ta' toroq residenzjali bejn l-2006 u l-2008 fl-Imsida?
Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg
Parti min Triq il-Ġostra
Sqaq Santa Venera
Triq Ġdida fi Triq il-Kunzar
Sqaq Casolani
Triq Ġdida fi Triq il-Knisja.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-iskola Mater Dei fl-Imsida? Jekk hemm, x'inhuma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskola Mater Dei fiha studenti li għandhom problemi emozzjonali, soċjali u mġieba diffiċli. Din l-iskola ppjanata biex tilħaq il-bżonnijiet ta’ dawn l-istudenti. Il-funzjoni ta’ din l-iskola ser jibqa’ l-istess.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-Kosovo?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kwestjoni dwar il-Kosovo hi kwestjoni li hi marbuta mas-sovranita' ta' pajjiż. Il-Gvern Malti qed isegwi l-iżviluppi fil-Kosova kif ukoll fis-Serbja, partikolarment wara l-elezzjonijiet parlamentari u lokali li saru f'Mejju u li bħalissa hemm konsultazzjonijiet bejn il-partiti kif ser jiffurmaw Gvern ġdid Serb. Il-Gvern għalhekk iddeċieda li jieħu deċiżjoni dwar il-Kosovo fil-ħin opportun.
Madankollu, jiena beħsibni nitlob li il-kwestjoni tal-Kosovo tiġi diskussa fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej sabiex flimkien neżaminaw u niddiskutu is-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa, ħalli il-Kumitat jagħti il-fehma tiegħu għal konsiderazzjoni tal-Gvern
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-gvern milli jieħu azzjoni konkreta dwar it-telqa u l-abbandun totali li hemm f'Wied il-Għomor fl-inħawi tas-Swieqi minħabba l-għadd kbir ta' ilmenti mir-residenti ta' l-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li jekk l-abbandun u t-telqa li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru hu skart imwaddab illegalment dan l-aħħar f’Wied Għomor, dan issa tneħħa. Ix-xogħol sar mid-dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika minkejja li z-zona taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Effettivament, għand dan il-ministeru wasal biss ilment minn persuna waħda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, id-dawl tal-politika ġdida tal-gvern Taljan dwar l-immigrazzjoni llegali, sar xi tibdil ta' ideat jew diskussjonijiet min-naħa tal-Gvern Malti magħhom?
Response (BORG, TONIO)
Matul laqgħa informali li jiena kelli mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan ġiet diskussa din il-kwestjoni, pero l-aktar fil-kontest tal-ftehim tad-29 ta' Diċembri 2007 bejn l-Italja u l-Libja dwar pattuljament fl-ibħra territorjali Libjani, liema ftehim għadu ma bediex jitwettaq. Il-Gvern Malti esprima interess f'dan il-ftehim, u stieden lill-Ministru Taljan, u anke dak Libjan biex possibilment jiltaqgħu f'Malta biex niddiskutu flimkien il-materja ta' immigrazzjoni irregolari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fuq livell bilaterali x'inhu l-pjan ta' azzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern Malti qiegħed ikompli bl-isforzi biex jissaħħu dejjem iżjed ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Federazzjoni Russa, anki fil-kuntest tal-ħatra tal-President Dmitry Medvedev. Il-pjan tal-Gvern jimmira li jiġi konkluż, kemm jista' jkun malajr, il-ftehim bilaterali ghat-tneħħija tat-taxxa doppja, kif ukoll dak għall-protezzjoni u promozzjoni ta' l-investimenti. Dawn iż-żewġ proposti ta' ftehim bilaterali għandhom jiffaċilitaw u jkattru l-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġ pajjizi. Diskussjonijiet huma għaddejjin ukoll biex jintalaħaq fteħim fuq il-ġlieda kontra l-kriminalita' organizzata.
Fl-isfond taż-żieda ta' ċittadini Russi li jżuru Malta kull sena, il-Gvern Malti qiegħed ukoll jaħdem biex jgħammar il-konsolat il-ġdid fil-kapitali Russa sabiex jiffaċilita ż-żjarat f'Malta għal raġunijiet ta' btala u studju.
Dawn l-oqsma ta' koperazzjoni se jkunu fil-fatt diskussi waqt żjara li sejjer jagħmel Malta fil-5 ta' Ġunju il-Viċi Ministru ta' l-Affarijiet Barranin għall-Affarijiet Ewropej Russu Alexander Grushko.