Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eżami ta' Profiċjenza

Question

Billi studenti li jitħajru jidħlu għall-kors ta' għalliem fl-Universita' ta' Malta qed jintalbu joqgħodu għall-eżami ta' profiċjenza fl-Ingliż u/jew fil-Malti, skond il-każ partikolari, tista' il-Ministru tara li dawk l-istudenti li jagħmlu dawn l-eżamijiet fil-fatt jingħataw xi forma ta' ċertifikat ta' dak l-eżami biex ikun jista' jintuża' aktar 'l quddiem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni qatt ma kkunsidrat li jingħata ċertifikat għall-imsemmi eżami għaliex l-iskop tiegħu huwa strettament iffukat fuq il-profiċjenza meħtieġa għal min qed japplika għall-kors ta’ Baċellerat bi tħejjija għall-professjoni ta’ għalliem/a. Biex ikun jista’ jintuza ‘l quddiem għal skopijiet oħra, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat mill-ġdid il-format u l-kontenut ta’ l-eżami. L-eżami ma huwa bla ebda mod maħsub li jintuża għal xi skopijiet oħra barra mid-dħul fil-kors tal-Fakulta’. B’danakollu tlabt lill-Universita’ tikkunsidra l-proposta ta’ l-Onor. Interpellant.

Liċenzji ta' Kummerċ

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji tal-kummerċ u x'ġeneru ta' liċenzji huma, fl-inħawi ta' Bugibba, San Pawl il-Baħar u Qawra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif turi t-tabella anessa fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar hemm dawn it-tipi ta’ negozji iżda mhux specifikati jekk humiex fil-Qawra jew Buġibba.

Faċilitajiet sanitarji fit terminus ta' Bugibba

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex flimkien ma' l-M.T.A. jinbnew faċilitajiet sanitarji fit-terminus tal-karozzi tal-linja f'Bugibba, u dan għax l-eluf ta' persuni li jużaw dan il-post kuljum m'għandhomx fejn jinqdew b'mod adegwat u xieraq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mediċina Plavix

Question

Peress li hawn ħafna nies qed jigu preskritti l-mediċina Plavix u din hija mediċina li tiswa l-flus u allura ħafna ma jifilħux iħallsuha għaliha, in vista tal-fatt li din l-mediċina ma tinsabx fl-ispiżeriji tal-Gvern , jista` l-Ministru jara kif jindirizza din il-problema biex tibda tiġi fornuta mill-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Mediċina Clopidogrel li ġġib l-isem ta’ Plavix, fil-mument qed tiġi ikkunsidrata u diskussa fil-kumitat li jagħi pariri fuq id-dħul ta’ mediċi fuq il-formularju tal-gvern (GFLAC). It-talba biex din il-mediċina tidħol fil-formularju tal-gvern qed tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #533 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Spiżerija tal-gvern

Question

Peress li ħafna qed jilmentaw li l-ispiżerija tal-Gvern qed tagħlaq fil-ħin minkejja li xi drabi ikun għad baqa` kju twil ta' nies jistennew għall-medicini, tista` l-Ministu tara jekk hux possibbli li jsiru arrangamenti biex meta jkun għad fadal in-nies l-ispiżerija tibqa' miftuħa sakemm jinqeda kulħadd?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispizerija tal-Gvern tkun miftuha ghall-pubbliku bejn is-7.30 u l-11.30 ta' fil-ghodu. Kull min ikun prezenti sal- 11.30 jinqeda. Saru arrangamenti, wara diskussjoni ma l-istaff sabiex l-ispizerija tibqa miftuha ghall-pubbliku sas-1.00 ta' wara nofsinhar fost il-Gimgha u sal-11.30 ta' fil-ghodu kull nhar ta' Sibt.

Qorti tal-Familja t'Għawdex — Annullament ta' żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kawzi ta' annullamenti ta' żwieġ fil-Qorti tal-Familja ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, kif ukoll fl-istess żmien kemm ingħataw sentenzi fejn intlaqgħet it-talba u fejn ġiet miċħuda mill-qorti separatament u quddiem liema magistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja: Kawżi għall-annullament taż-żwieġ preżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Sezzjoni Familja matul l-aħħar sentejn (26/05/2006 – 26/05/2008) Kawżi introdotti (26/05/2006 – 26/05/2008) 11 Deċiżi ** (26/05/2006 – 26/05/2008) Maġistrat Dr A. Micallef Trigona 1 Maġistrat Dr P. Coppini 10 Maġistrat Dr A. Ellul 4 Total 15 Ninsab informat ukoll illi ma tinżammx statistika ta’ kif jinqatgħu l-kawżi, fis-sens jekk ti ġix milqugħa jew miċħuda t-talba.

Eurovision 2008

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swiet b'kollox lill-kaxxa ta' Malta l-kompetitzjoni tal-Eurvision 2008 mill-bidu tal- kontestazzjoni sa l-aħħar ġurnata f'Belgrade? Wara voti sfaċċati bħal dawk, Malta se tkompli tipparteċipa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li n-nefqa tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti ghall-kompetizzjoni tal-Eurovision 2008 tammonta ghall- Ewro 46,588, u l-ispejjez l-ohra involuti f’dan il-festival gew minn Sponsors. Huwa l-hsieb tal-Kunsill li Malta tkompli tippartecipa f’dan il-festival.

UEFA

Question

Ġaladarba l-Parlament Ewropew ivvota bil-kbir kontra l-proposta tal-UEFA, peress li f'Malta m'hawnx free movement kif kontemplat mill-Unjoni Ewropea, tista' l-Ministru tgħid hux se jittieħdu passi kontra l-Malta Football Association biex din tirregola ruħha fuq ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk se jittieħdu xi passi, meta se jsir dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-rispota tinghata f'xi seduta ohra.

Rabat- Vjal il-ħaddiem — Patching

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol mill-WSC fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, fejn għalkemm il-katusi ta' l-ilma tqiegħdu ġimgħat ilu,sal-lum il-patching permanenti għadu ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Traffic humps

Question

B'referanza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 370, jista' l-Ministru jara li l-ADT tivverifika t-traffic humps li hemm fejn l-iskola sekondarja ta' l-Imrieħel, kif ukoll fi Triq it-Tabib Zammit, Ħal Balzan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #543 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jittieħdu xi tobba mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex sabiex ipattu għan-nuqqas kbir tat-tobba li hemm f'Mater Dei? Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu f'każ li jsir dan, sabiex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jibqagħlu n-numru ta' tobba li hemm bżonn sabiex jiffunzjona kif suppost?

Response (DALLI, JOHN)

Fis-settur tas-Saħħa qeghdin nagħmlu studju dettaljat tar-riżorsi umani kollha fl-entitajiet kollha fi ħdan il-ministeru. Dan għandu jistabilixxi l-vera pożizzjoni tal-'complement' u li qed jingħata bħala waħda mir-raġunijiet ta' l-ineffiċċjenzi fis-settur tas-Saħħa. Irridu nistabilixxu fejn hemm in-nuqqas, kif se jiġu bilancjati r-riżorsi fl-interess tal-pajjiż u tal-pazjent, u l-miżuri meħtieġa li jittieħdu biex il-bżonnijiet fl-10 snin li ġejjin jiġu sodisfatti.
Leg 11 PQ #544 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-ħaddiema tal-WSC

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex minnu li dawk l-ex ħaddiema tal-WSC li f'Għawdex ġew assenjati mall-Kunsilli għadhom minn Diċembru 2005 bil-ktieb tax-xogħol tagħhom magħluq? Huwa minnu li dawn l-ex ħaddiema tal-WSC li ġew assenjati f'Għawdex mal-Kunsilli, huma fil-preżent għall-finijiet tal-liġi ikkunsidrati li huma unemployed? Kemm hemm f'Għawdex minn dawn il-ħaddiema u ma' liema Kunsilli huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li ġew assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin f’Diċembru 2005 huma ħaddiema tal-Gvern. Qabel dawn ġew assenjati ma’ l-imsemmija Kunsilli Lokali, dawn kienu detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Wara li d-detailing tagħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġie mwaqqaf, dawn tpoġġew fuq il-kotba tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali u konsegwentement ġew assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin. Jidher li xi ħaddiema għad għandhom l-employment form tagħhom mhux mimlija. Dawn il-ħaddiema ġew mogħtija direzzjoni biex mill-aktar fis jimlew din il-formola. Bħalissa hemm 30 ħaddiema assenjati mal-Kunsilli Lokali f’Għawdex (li wieħed minnhom hu ta’ l-IPSL) u dawn qegħdin assenjati kif inhu indikat fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 262.

Mosta-Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-ċimeterju fil-Mosta fi Triq Durumblat hijiex qed isir bil-permessi meħtieġa mill-ADT? Jista' l-Ministru jara li dan il-proġett hux aċċettat mill-ADT meta wieħed jikkonsidra li qed jitnaqqas ħafna mill-parkeġġ li kien hemm qabel, u dan jista' joħloq periklu la darba Triq Durumblat hija triq arterjali li fiha issa iżjed vetturi ser jkunu qed jipparkjaw fil- carriage way fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #546 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xatt ta' Sliema — Bejgħ ta' Trips Għal Cruises

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-bejjiegħa ta' day trips li qed jinbiegħu max-xatt ta' Sliema jkunu regolati b'liġi bħal ma ġew regolati l-bejjiegħa ta' time share? Din il-mistoqsija qed issir għaliex fis-sajf li għadda kien hawn diversi drabi li ġew imsejħa l-pulizija minħabba tilwim li jinqala' bejn il-bejjiegħa u turisti

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sabiex jiġi kkunsidrat.

Xiri ta' Propjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kas tat-talba (HA49/2008) għal xiri ta' propjeta' taħt Avviż Legali 3, shared ownership, tinstab xi soluzzjoni sabiex l-avviż li ġie mogħti fit-8 ta' Mejju 2008 ikun jista' jiġi emendat?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 406, f’Seduta Numru 10. Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti taħt l-iskema ta’ shared owership u għalhekk it-talba tal-persuna konċernata ma tisax tiġi kkunsidrata favorevolment.

Safe Guard Clause

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ihni l-policy tal-Gven rigward l-użu ta' safe guard clause li jista' jintuża' mill-Gvern biex jiddefendi xi prodott agrikolu mill-importazzjoni jew it-transport ta' l-istess tip ta' prodott lejn Malta minn pajjiż tal-EU?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-safeguard clause hija maħsuba biex f’każ ta’ bżonn jittieħdu miżuri protettivi biex jissalvagwardjaw xi settur milqut ħażin minn importazzjoni. Biex titħaddem din is-safeguard clause, irid l-ewwelnett isir monitoraġġ tas-setturi l-aktar importanti u fkaż li l-importazzjoni jkollha, jew ser ikollha, effetti negattivi li joħolqu żbilanċ qawwi fuq xi settur partikulari, il-Ministru javża lill-Kummissjoni Ewropeja, li wara ħamest ijiem hi obbligata tagħti deċiżjoni dwar liema miżura protettiva tista’ tittieħed biex tagħmel tajjeb għal xi impatt negattiv fuq xi settur.

Ħlas ta' Ground Floors

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex stabilimenti kummerċjali bħal ristoranti qed jintalbu jħallsu tant kull metru kwadru tal-ground floor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ristoranti ma jaqgħux taħt id-Direttorat tal-Liċenzji fid-Diviżjoni tal-Kummerċ iżda taħt l-Awtorita tat-Turiżmu.

Makna SEM/DEX

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni jekk il-makna SEM/DEX bdietx tiffunzjona? Jaf li fil-Qorti ta' Għawdex bħala Qorti ta' Kriminali Ġudikatura fil-kawża, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, din il-kawża ilha 'l fuq minn sena sine die u li wara rikors tal-parti ċivili tat-18 ta' Jannar, 2008, il-Kummissarju tal-Pulizija għalkemm ordnat b'digriet tal-Qorti tat-2 ta' April, 2008, xorta ma nfurmahiex jekk l-istess makna bdietx tiffunzjona?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fis-seduta tas-27 ta' Mejju 2008 il-Qorti ddikjarat li kienet irċeviet kopja ta' ittra miċ-Chairmantal-Laboratorju Nazzjonali li l-makna SEM/DEX qiegħda tinfunzjona.

Triq il-Kostituzzjoni- Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir mill-kunsill lokali f'Triq il-Konstituzzjoni. Mosta kienx imwaqqaf mill-ADT wara l-istruzzjoni tal-Ministeru li xogħol bla permess f'toroq jitwaqqaf? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla bla telf ta' żmien għaliex fil-preżent hemm periklu għal dawk li jkunu qed jużaw il-bankina ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Persuni Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 83 u cioe' peress li prodott li jintuża minn pazjenti li jeħtieġu l-insulina bl-isem Lanctus cartridges ġie approvat iżda mhux provdut lil pazjenti minkejja li għaddew diversi xhur, jista' l-Ministru jara li jiġi provdut dan il-prodott lil dawn il-persuni dijabetiċi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-Servizzi ta' 'Procurement tal-Gvern' (Taqsima tas-Saħħa) ilu jixtru din il-mediċina f'forma ta' fjali mis-sena 2004 bl-aħħar konsenja tasal fid-9 ta' April li għadda. Id-Dipartiment fetaħ call for tenders ġdida sabiex din il-mediċina tibda tinxtara f'forma ta' cartridges. Dan it-tender, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratt, għadu qiegħed jiġi pproċessat.