Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34557, 33052 u 32418 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32225, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mis-sena 2008 'l hawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32735, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-ispiża tal-korsijiet fl-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċess dwar l-ispiża għal kull kors mogħti fl-Università ta' Malta għadu għaddej u l-ewwel riżultati ser joħorġu minn hawn u ftit ieħor. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni li dan il-proċess jieħu ħafna ħin u riżorsi. Fil-fatt Universitajiet oħra li għamlu dan il-proċess ħadu, tal-anqas, tliet snin biex ħarġu l-ewwel riżultati u għadhom sa llum jirfinaw dan il-proċess sabiex joħorġu riżultati ħafna aħjar. L-Università ta’ Malta bdiet il-proċess is-sena li għaddiet u qiegħda tiddeka r-riżorsi li tista’ biex dan il-proċess isir malajr kemm jista’ jkun.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa marbuta mal-iskorta li l-pulizija qed jagħmlu skont kif mitlub fil-mistoqsijiet parlamentari 34555 u 33084?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi huwa diffiċli sabiex wieħed jikkwantifika kemm tiswa s-sigurta’ li l-Pulizija tagħmel ma' persuni. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija d-differenza fl-iskala tas-salarju fil-grad ta’ kuntistabbli tal-Pulizija. Però jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni paga medja ta’ kuntistabbli, mingħajr allowances ta’ Ħdud u festi, huwa stmat illi fil-preżent din tiswa madwar € 1,154 kull ġurnata, mingħajr ħlasijiet ta’ overtime li jista’ jkun hemm.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet fit-triq prinċipali sarx xi studju dwar il-kwalità tal-arja u l-impatt li t-trabijiet u dħaħen li qed jiġu ġġenerati fuq is-saħħa tal-bniedem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex m'għamilx studju kif imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, matul is-sena 2010, l-ammonti ta' nies self-employed li ddikjaraw ammont ta' income, taħt kompjutazjoni single fil-kategoriji:
€0 - €8000;
€8001 - €13000;
€13001 - €18000;
€18001 - €23000;
€23001 - €28000;
€28001 - €33000;
€33001 - €38000;
€38001 - €43000;
€43001 - €48000; u
€48001 jew iktar
seperatement f'kull kategorija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni self-employed matul is-sena 2010 li dħul tagħhom kien intaxxat taħt il-kompjutazzjoni single huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, matul is-sena 2010, l-ammonti ta' nies self-employed li ddikjaraw ammont ta' income, taħt kompjutazjoni konġunta fil-kategoriji:
€0 - €8000;
€8001 - €13000;
€13001 - €18000;
€18001 - €23000;
€23001 - €28000;
€28001 - €33000;
€33001 - €38000;
€38001 - €43000;
€43001 - €48000; u
€48001 jew iktar
seperatement f'kull kategorija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni self-employed matul is-sena 2010 li dħul tagħhom kien intaxxat taħt il-kompjutazzjoni konġunta huwa kif fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
kunsilli lokali — progression tal-iskrivani impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura għal progression tal-iskrivani impjegati mal-kunsilli lokali biex jitilgħu minn skala għall-oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali progression hi regolata skont Artiklu 16 (3) tar-Reġolamenti tal-Kunsilli Lokali tar-Riżorsi Umani. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-Artiklu.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Tista' Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċċjali tal-ministeru tagħha? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Każ ta' serq tal-pittura ta' Caravaggio mill-Kon Katidral ta' San Ġwann
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet dwar serq tal-pittura ta' Caravaggio mill-Kon Katidral ta' San Ġwann kenux ġew magħluqa? Jekk iva, meta? Jekk le, jista' jgħid jekk il-persuni suspettati ġewx kollha investigati mill-pulizija? Jekk le, għaliex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar is-serq tal-pittura tal-Caravaggio mill-Kon Katidral ta’ San Ġwann kienet ġiet konkluża nhar is-6 ta’ Awissu 1987 meta 2 persuni kienu tressqu quddiem il-Qorti u ġew akkużati b’dan ir-reat.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — searches għas-sustanzi illegali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34613, fejn jirriżulta li fis-sena 2011 saru 294 tfittixija fil-Faċilità Korrettiv ta' Kordin, għal dan kollu li huwa illegali jew projbit, jista' l-Ministru jgħid kemm saru minn dawn il-tfittxijiet mill-bidu tas-sena 2012 sal-lum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-bidu tal-2012 sal-24 ta' Mejju 2012, saru 366-il tfittxija għal dak kollu illegali/jew projbit.
Persuna li komettew omiċidju volontarju li ma tressqux il-Qorti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34529, fejn jirriżulta li fl-aħħar għaxar snin l-uniċi żewġ każijiet ta' omiċidju li ma tresqux il-qorti kienu dawk ta' żewġ pulizija, jista' l-Ministru jgħid fl-istess perjodu kemm tressqu persuni l-qorti akkużati b'omiċidju volontarju u ġew liberati għax aġixxew in legittima difesa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin, cioè mis-sena 2002 'l hawn kien hemm każ wieħed fejn akkużat kien ġie liberat minn akkuża ta’ omiċidju volontarju għax mill-provi kien irriżulta li l-akkużat kien aġixxa in legittima difesa. Dan il-każ kien seħħ f’Għawdex nhar it-29 ta’ Jannar 2002 u kien ġie deċiż quddiem il-Qorti Kriminali nhar it-2 ta’ Ġunju 2005.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-għalliema tal-MCAST jekk jitolbu trasferiment għal xi skola oħra tal-istat jitilfu s-seniority li jkollhom fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalliema li qed jgħallmu l-MCAST u qegħdin sekondati minn mal-Gvern jittieħdilhom is-snin li għallmu fl-MCAST bħala parti mis-seniority meta jirritornaw mad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi.
Għalliema li huma impjegati direttament mal-MCAST ma jagħmlux parti mill-i
Staff
List tal-Gvern, u għaldaqstant ma teżisti l-ebda kwistjoni ta’
seniority
jekk dawn jiddeċiedu li jirriżenjaw mill-MCAST biex imorru jgħallmu fi skola tal-istat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies involuti fuq ix-xogħol tal-Paying Agency? Kemm hija l-ispiża biex titmexxa l-Paying Agency? Mnejn jiġu l-fondi biex jitħallsu dawn l-ispejjeż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
i. Il-Paying Agency tħaddan fiha 70 impjegat.
ii. L-ispiża annwali biex titmexxa l-Paying Agency tammonta għal madwar €1,500,000 li minnhom madwar €563,000 huma ko-finanzjati mill-assistenza teknika taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali (2007-2013).
Transport Malta — policy ta' resident parking scheme
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet Transport Malta biex tistabbilixxi policy nazzjonali dwar resident parking scheme fid-diversi lokalitajiet li għandna f'Malta u Għawdex? Billi l-fatt li ma teżistix din il-policynazzjonali qed twassal għal bosta kritika mil-lokalitajiet fejn mhemmx din l-iskema, u ukoll akkużi minn inħawi oħra, jista' jara li din il-policy titfassal kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha qafas regolatorju għal Residents Parking Schemes u qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-esperti legali nominati mill-Qrati tal-Maġistrat matul is-sena 2011 u 2012 u x'kien il-ħlas għal kull espert individwalment?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
Kawżi tal-Maġistrati Ċivili f’Malta u Għawdex:
Fil-kawżi Ċivili peress li l-esperti Leġali jiħallsu mill-partijiet ma tinżamm l-ebda statistika rigwar ta’ dan il-ħlas.
Kawżi tal-Maġistrati (Kriminal Malta)
L-informazzjoni mitluba dwar l-esperti legali nominati mill-Qrati tal-Maġistrati matul is-sena 2011 u 2012 hija mehmuża ma din ir-risposta. L-esperti Legali mhux bilfors ikunu nominati fis-snin indikati.
Names of Advocates
Amount paid up to May 2012 €
Amount Paid in 2011 €
Dr. Abela Godwin LL.D
671.42
599.23
Dr. Arrigo Joseph LL.D
867.30
2,889.82
Dr. Bartolo Noel LL.D
410.64
-
Dr. Borg Costanzi Elena LL.D
7,248.76
1,637.98
Dr. Borg Reno LL.D
-
584.10
Dr. Buttigieg Joseph LL.D
3,121.10
17,052.33
Dr. Camilleri Adrian LL.D
-
752.84
Dr. Cardona Maria LL.D
1,102.63
2,380.01
Dr. Cutajar Anthony LL.D
17,253.23
17,370.24
Dr. Farrugia Sacco Steven LL.D
12,954.08
18,966.89
Dr. Filletti Stefano LL.D
329.22
3,647.62
Dr. Galea Vincent LL.D
7,466.30
9,343.61
Dr. Mangion Daniela LL.D
1,802.05
1,167.76
Dr. Mifsud Joe LL.D
22,248.83
47,363.71
Dr. Mizzi Alexandra LL.D
-
6,588.02
Dr. Scerri Ferrante Juliana
1,079.70
2,781.87
Dr. Sladden Richard LL.D
7,071.62
14,175.55
Dr. Valentino Patrick LL.D
1,304.08
7,880.26
Dr. Zammit Gabrielle LL.D
2,214.50
1,711.82
Kawżi tal-Maġistrati (Kriminal Għawdex)
L-informazzjoni li għandna f’dan ir-rigward tikkonċerna biss ħlasijiet li saru lill-esperti legali (biss) f’inkjesti u kawżi kriminali matul is-snin 2011 u 2012:-
2011
Isem l-espert
Ammont €
Dr Angele Agius
45.00
Dr Angele Francoise Formosa
35.00
Dr Joanne Vella Cuschieri
10.00
Dr Joseph Grech
224.35
Dr Justyne Caruana
2456.41
Dr.Stephen Farrugia Sacco
526.45
Dr Stephen Farrugia Sacco
1475.00
Dr Kevin Mompalao
426.36
2012
Isem l-espert
Ammont €
Dr Kevin Mompalao
962.25
Dr Angele Aguis
20.00
Dr.Angele Formosa
10.00
Dr.Justyne Caruana
10.00
Dr.Monica Vella
10.00
Dr Jean Paul Grech
751.73
Dr Joseph Grech
25.00
Dr Joshua Grech
50.00
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' sussidju li se jibdew jingħataw lill-Arriva skont ir-rotot kif miżjuda u li se jidħlu fis-seħħ ftit tal-ġranet oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta' sussidju li se jitħallas lill-kumpanija Arriva Malta Ltd skont ir-rotot maqbula mis-27 ta' Mejju 2012.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra jekk hijiex edotta minn petizzjoni li ffirmaw 80 student tal-Kors tad-Diploma in Nursing (Intake 2010) wara li ħadd ma informahom fil-bidu nett li l-credit NUR 1212 An introduction to Health Promotion and Public Health Care kien jirrikjedi rata ta' attendenza eċċezzjonali ta' mija fil-mija (kontra attendenza ta' 80 fil-mija li korsijiet bħal dan normalment jirrikjedu) biex wieħed ikun jista' mbagħad joqgħod għall-eżami ta' dan il-credit? X'sistema kienet tintuża biex wieħed jaċċerta ruħu mill-attendenza tal-istudenti de quo? Waqt li huwa naturalment mixtieq li l-istudenti jattendu għal-lezzjonijiet u li jkun hemm rata ta' attendenza li tiġi prestabbilità u li tiġi inforzata, huwa sew li studenti jkunu mċaħħda milli joqogħdu għall-eżami minħabba rekwiżit straordinarju ta' attendenza fil-livell ta' mija fl-mija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-regolamenti tal-Universita’ ta’ Malta ma jistipulawx li l-istudent irid jattendi 80% ta’ l-istudy unit iżda li l-attendenza hija obbligatorja. L-istudenti huma skużati milli jattendu f’kaz ta’ mard jew għal ragunijiet li huma kkunsidrati ġustifikabbli, bil-permess tal-lecturer ikkonċernat.
Dawn ir-regolamenti huma ppublikati fuq il-website tal-Università ta’ Malta u l-istudenti għandhom ir-responsabbilità li jinfurmaw ruħhom dwarhom biex ikunu jistgħu jimxu magħhom. L-istudenti l-ġodda kollha jiġu infurmati b’din ir-regola fl-ewwel ġimgħa li jidħlu fl-Università.
L-attendenza għal dan l-istudy unit partikolari ġiet meħuda billi l-istudenti ffirmaw isimhom u l-karti ġew miġbura mill-lecturer fl-aħħar tal-lecture.
Ir-rekwiżit tal-attendenza ma kenitx ta’ mija fil-mija; l-istudenti ma setgħux ifallu tliet lectures jew iktar mis-sitt lectures li kienu ntizi biex ikunu ppreparati għal dawn l-assessments, sakemm mhux għal xi raġuni valida.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34687 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34914.