Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Irranġar ta' galleriji ta' l-injam

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinfurmani kemm-il applikazzjoni għall-għajnuna ta' sussidju għall-irranġar ta’ galleriji ta’ l-injam ġew konfermati lis-sidien tad-djar fil-lokalitajiet ta’ tas-Sliema, l-Gżira u San Ġiljan u dan bħala parti mill-iskema tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: F’Tas-Sliema ġew konfermati 223 applikazzjonijiet u F’San Giljan ġew konfermati 8 applikazzjonijiet. Il-Gzira mhix Żona ta’ Konservazzjoni jiġifieri UCA u b’hekk ma setgħux jiġu konfermati applikazzjoniet.

Manifattura ta' dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?

Response (FENECH, TONIO)

L-AL 128 ta’ l-2005 jittrasponi d-Direttiva 94/25 EC. Din id-Direttiva Ewropeja minn dejjem kienet teskludi (madwar l-Ewropa kollha) milli wieħed jissottometti d-dgħajsa tiegħu għall-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni CE jekk din tkun ġiet maħduma speċifikament mill-persuna nnifisha u għall-u¿u tagħha; biss, meta tkun iddikjarata li saret taħt din id-deroga, imbagħad ma tistax tgħaddi għand terzi persuni qabel ma jgħaddu ħames snin: fi kliem ieħor tkun tista’ tinbiegħ biss bħala ”second hand” u mhux aktar bħala ġdida. L-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards, permezz tad-Direttorat għas-Sorveljanza fuq is-Suq, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Sajd u tal-Awtorita’ Marittima Maltija, qegħda ssegwi mill-qrib ir-reġistrazzjoni tad-dgħajjes li jaqgħu taħt l-AL 128 ta’ l-2005, u tara li ma jkunx hemm abbu¿ mill-imsemmija deroga. Ta’ min wieħed jgħid ukoll illi mill-1 ta’ Frar tal-2008, qed jiġu riveduti il-proċeduri interni kollha fl-Awtorita’ sabiex wieħed ikun jista’ jtejjeb l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti. PB237
Leg 11 PQ #100 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Inter-Ministerjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Kumitat Inter-Ministerjali tat-Turiżmu f'Marzu u April 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat Inter-Ministerjali tat-Turiżmu f’din il-leġislatura diġà ltaqa’ darbtejn.
Leg 11 PQ #101 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi mistennija jibdew din is-sena b'fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru dawn il-proġetti u f'kull każ fhiex jikkonsistu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il- proċess ta’ l-għażla għall-proġetti turistiċi ta’ natura infrastrutturali u li għandhom ikunu iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali wasal fl-aħħar u qiegħed fil-proċess ta’ l-appell. Minħabba li dan il-proċess għadu ma spiċċax, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Madanakollu f’April li għadda ġie approvat il-proġett “Developing Leaders For Change & Innovation in tourism” li se jkun iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u li jammonta għal aktar minn €4 miljun. Il-proġett jikkonsisti f’taħriġ u ċertifikazzjoni lil persuni impjegati jew li qed ifittxu xogħol fl-ogħla pożizzjonijiet f’setturi li direttament jew indirettament qegħdin jikkontribwixxu fit-turiżmu. Il-programmi inkorporati fil-proġett huma prattiċi bl-għan ewlieni li jiksbu r-riżultati mistennija u jinkludu ‘mentoring’ kif ukoll il-possibilità ta’ ‘best practice onsite visit’ barra minn Malta. Żewġ studji li janalizzaw il-livell ta’ xogħol u ħtieġa ta’ taħriġ huma wkoll inklużi fil-proġett. B’hekk dan il-proġett qed jaspira li jtejjeb iż-żjara tat-turist billi jgħolli il-kwalità tas-servizzi, iżid il-profittabilità u l-kompetittività, u jintegra l-innovazzjoni fl-industrija turistika. It-taħriġ ser ikun qed isir kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Leg 11 PQ #139 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Time share

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma awtorizzati/liċenzjati li jbiegħu t-time share f'Malta? Jista' jagħti ndikazzjoni dwar jekk dawn il-persuni jkunux awtorizzati biex jaħdmu f'Malta/Għawdex kollu, jew jekk hux għal xi lokalita' partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turizmu awtorizzat tnejn u disgħin persuna li jippromwovu t-timeshare fit-toroq. Il-bejgħ isir effettivament fil-lukanda minn persuni oħra li m’għandhomx bżonn awtorizzazzjoni mill-Awtorità. Il-persuni awtorizzati li jippromwovu t-timeshare jistgħu jaħdmu fi kwalunkwe lokalità.

Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur 2008 kemm kien hemm għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' li ngħataw flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-għaqdiet tal-persuni b’diżabilita’ li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul is-sena 2007 huma 8, filwaqt li dawk li bbenefikaw mill-istess Fond matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 huma 3.
Leg 11 PQ #198 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żona turistika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx l-ħsieb li Wied il-Għajn terġa' tiġi kklassifikata bħala żona turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wied il-Għajn jagħmel parti miż-żona turistika u identifikata mill-Awtorita' tat-Turiżmu bħala "żona kostali" minħabba l-importanza ta' numru u stabbilimenti li jagħtu servizz kemm lil lokal kif ukoll lit-turist madwar ix-xatt tal-post.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartimenti, Kumpaniji u Entitajiet Promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 MFEI 7 Uffiċċju tat-Taxxi Interni 10 Treasury 5 Kuntratti 1 VAT 6 Taqsima tad-Dwana 83 Malta Enterprise 9 Malta Standards Authority 1 Consumer and Competition Division 9 Government Property Division 13 Diviżjoni għall-Kummerċ 5

Proprjeta' ta' l-istat — Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul dovut lill-gvern minn fuq bejgħ tal-proprjeta' ta' l-istat għas-sena 2007? Kemm minn din iċ-ċifra tħallset diġa'?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul dovut lill-gvern minn bejgħ tal-proprjeta' ta' l-istat għas-sena 2007 kien ta’ Eur 12,914,113 (Lm 5,544,029) u minn din iċ-ċifra diga' tħallsu Eur 12,564,707 (Lm 5,394,029).

Ħlasijiet ta' taxxa — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet ta' l-incometax li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li taxpayers lokali qed joġġezjonaw li jħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlas tal-VAT — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet tat-taxxa tal-VAT li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tal-VAT? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li t-tax payers lokali qed joġġezzjonaw li jħallsu?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-finijiet ta’ l-Att XXIII ta’ 1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ‘taxxa’ tfisser it-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas skond l-Att iżda ma tinkludix penali amministrattivi jew imgħax. Oġġezzjonijiet kontra t-taxxa tal-VAT ma jsirux mal-Kummissarju tal-VAT, imma jsiru permezz ta’ Appell kontra stimi lill-Bord ta’ l-Appell hekk kif indikat fid-Disa’ Skeda ta’ l-istess Att. L-oġġezzjonijiet li jirċievi l-Kummissarju tal-VAT jirrigwardjaw penali amministrattivi. In-numru ta’ oġġezzjonijiet irreġistrati fil-mument mal-Kummissarju tal-VAT dwar penali amministrattivi jammontaw għal 146. Il-valur f’ċifra ta’ flus globali li tirriżulta minn dawn l-oġġezzjonijiet ma tistax tingħata għax din tiġi stabbilita’ fil-mument li tkun qed tiġi trattata l-oġġezzjoni.

VAT — Multi u penali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li ħallsu t-tax payers lokali f'multi u penali maħruġa mill-VAT Department kontra irregolaritajiet li twettqu matul is-sena 2007? Jista' jgħarrafni bis-sitwazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li fil-liġi tal-VAT jeżisti l-provvediment ta’ l-approprijazzjoni, kull ammont ta’ ħlas li jsir mit-taxpayers għal xi perjodu jista’ jiġi allokat għall-perjodu jew perjodi ta’ qabel li dwarhom ikun għad hemm xi bilanċ. Dan isir billi l-ewwel jinqatgħu l-interessi, wara l-multi u fl-aħħarnett it-taxxa. Għaldaqstant, m’hux teknikament possibbli li tingħata din l-informazzjoni mitluba.

Taxxi Interni — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li skond ir-records tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni jridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-Gvern f'ċifri ta' flus globali li skond ir-records tad-Dipartiment tat-Taxxa tal-VAT iridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond ir-rekords tad-Dipartiment tal-VAT iċ-ċifra ta’ krediti mitluba fid-denunzji tat-taxxa sal-21 ta’ Mejju 2008 hija ta’ € 51,525,364.52 (Lm22,119,838.99). Dawn il-krediti ta’ taxxa jsiru dovuti mid-Dipartiment tal-VAT lill-persuna reġistrata matul il-ħames xhur li ġejjin skond artikolu 24 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud. Madankollu, dawn il-krediti jistgħu jiġu utilizzati mill-persuna reġistrata sabiex titnaqqas taxxa dovuta minn issa ‘l quddiem skond l-artikolu 23 ta’ l-istess Att. Għaldaqstant, sal-21 ta’ Mejju 2008, id-Dipartiment tal-VAT kien ħallas l-ammont kollu ta’ kreditu eċċessiv li kien dovut sa dak in-nhar lill-persuni reġistrati.
Leg 11 PQ #311 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni għall-ewwel mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant. Is-sistema ta’ teleworking ġiet introdotta f’numru ta’ dipartimenti waqt li hemm ukoll talbiet minn uffiċjali oħra. Dawn it-talbiet jiġu kkunsidrati skond il-parametri taċ-Ċirkulari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru b’numru 6/2008. Fir-rigward tat-tielet mistoqsija, ninforma l-Onorevoli li l-istess Ċirkulari tistabbilixxi l-possibilità li persuna taħdem bit-teleworking. Fost l-oħrajn tinforma l-persuna kif tista’ tapplika biex taħdem b’sistema ta’ teleworking.

Affarijiet Barranin — Reduced Hours

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 16 -il persuna li jaħdmu fuq bażi ta' reduced hours. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, diġa' hemm żewġ persuni jaħdmu fuq bażi ta' teleworking u dan in-numru jista' jiżdied. F'każ li persuna trid tapplika jew iżżid is-siegħat ta' xogħol tagħha permezz tat-teleworking, hemm proċedura li trid tiġi segwita skond Ċirkolaru numru 6, maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fit-8 ta' Frar 2008, taħt it-titolu ta' "Teleworking".
Leg 11 PQ #313 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġustizzja u Intern — Reduced Hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 87-il ħaddiem fid-dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi li qed jaħdmu ġimgħa b'sigħat imnaqqsa. Hija l-politika tal-Gvern preżenti, li sa fejn hu possibbli, l-impjegati tiegħu jkunu jistgħu jaħdmu bit-teleworking. Tant hu hekk li fis-Servizz Pubbliku diġa' hemm impjegati li qed jaħdmu b'din is-sistema. Barra minn hekk, ftit taż-żmien ilu, inħarġet ċirkolari li tispjega l-politika tal-Gvern dwar din is-sistema kif ukoll linji gwida dwar it-tagħlim tagħha. F'każ li persuna tkun interessata żżid in-numru ta' sigħat tax-xogħol tagħha, għandha titkellem dwar dan mal-Kap tad-Dipartiment jew organizzazzjoni fejn taħdem sabiex dan jinfurmha bil-kundizzjoni relattivi mat-tħaddim ta' din is-sistema.

Edukazzjoni u Kultura — Reduced Hours

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li huma fuq reduced hours? Tista' tgħid hux tikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hemm 127 persuna fid-dekasteru li jaħdmu bir-reduced hours. Kull talba għal xogħol bit-Teleworking tkun ikkunsidrata skon il-mertu tagħha. L-għan tat-Teleworking huwa li jikkontribwixxi għall-politika tal-Gvern li jippromwovi ambjent tax-xogħol li jgħin lill-familja ( family friendly ), l-Agenda ta’ Lisbona għal aktar ugwaljanza u impjiegi u użu akbar tal-facilitajiet ta’ l-ICT tal-Gvern. L-għanijiet prinċipali ta’ dawn l-arrangamenti għandhom jibqgħu il-job performance u li jintlaħqu l-ħtiġijiet tax-xogħol. Biex japplika għat-Teleworking, l-impjegat u s-superjur immedjat tiegħu għandhom jimlew Sezzjoni 1 ta’ l-Applikazzjoni għat-Teleworking (li kienet mehmuza maċ-Ċirkolari Numru 6/2008 li ħareg l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fit-8 ta’ Frar 2008). Il-Kap tad-Dipartiment imbagħad jimla’ Sezzjoni 2 u, jekk japprova t-talba, jgħaddiha lill-Human Resources Manager jew lid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi (DCS). Wara li l-HR Manager jew id-DCS jaraw l-applikazzjoni, din tgħaddi għand is-Segretarju Permanenti għall-approvazzjoni finali tiegħu. Wara l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti, isir assessment tal-bżonnijiet ta’ l-impjegat, inkluż it-taħrig tekniku li jkun hemm bżonn.

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Reduced Hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #316 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Politika Soċjali — Reduced Hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, taħt id-dekasteru tiegħi, preżentement hemm 508 ħaddiema li huma fuq reduced hours. Filwaqt li x-xogħol permezz ta’ teleworking la jista’ jiġi mpost mill-prinċipal u lanqas jintalab bi dritt mill-impjegat, dan il-Gvern jinkoraggixxi l-użu ta’ din is-sistema sakemm u fejn hu possibbli. It-tħaddim tas-sistema ta’ teleworking hu regolat skond Policy Document maħruġ fit-8 ta’ Frar 2008 li tiegħu ser ngħaddi kopja lill-Onor. Interpellant.