Fid-dawl tal-perċentaġġ esagerat tal-boarding out cases li saru f'Għawdex f'mod sproporzjonat mal-kumplament tal-gżejjer Maltin, jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li għandha issir investigazzjoni indipendenti dwar dan, ħalli fost l-affarijiet oħra jiġi stabilit jekk setax kien hemm pressjonijiet politiċi li setgħu waslu għal dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li, permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, b’effet mill-1 ta’ Lulju 2007, daħlet fis-seħħ riforma fl-iskema tal-Pensjoni għal Invalidita’ li l-iskop prinċipali tagħha hu li s-sistema nnifisha tkun waħda aktar regolata u trasparenti.
B’riżultat ta’ din ir-riforma kull Pensjoni għal Invalidita’ trid tiġi riveduta ta’ l-anqas kull tlett snin. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-kapaċita għax-xogħol ta’ l-applikant (
Work Related Incapacity
), li tiddetermina jekk il-persuna tikkwalifikax jew le għal Pensjoni għal Invalidita’, qed issir skond Tabelli ta’ Indeboliment (
Impairment Tables
) li huma parti mill-liġi tas-Sigurta’ Soċjali.
Issa, li din ir-riforma nġiebet fis-seħħ, ma nħossx li l-investigazzjoni suġġerita mill-Onor. Interpellant hi indikata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern Malti għadu qed iżomm lura milli jippublika il-figuri uffiċjali dwar l-overseas development aid tiegħu, f'mod li jkollna breakdown dettaljat u konferma jew caħda jekk il-Gvern huwiex jinkludi wkoll flus minfuqa fuq detention centres u r-ripatriazzjoni tal-immigranti illegali?
Response (BORG, TONIO)
L-uniku obbligu li għandu l-Gvern Malti f'din il-materja hu li jinforma lill Kummissjoni Ewropeja bl-ammont globali ta' ODA, u kif din titqabbel bħala persentaġġ tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI). Dan l-obbligu dejjem ġie onorat mill-Gvern Malti kemm ilha Malta membru fl-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali milli jiddetermina jekk għandhomx jittieħdu passi kontra l-persuni allegatament involuti fl-hekk imsejjaħ Skandlu tal-Mistra Valley?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li għad hemm konsultazzjonijiet għaddejin bejn il-Pulizija u l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa? Kemm inħarġu sena b'sena matul l-aħħar leġislatura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa hu ta' 375. L-informazzjoni li tinżamm dwar ħruġ ta' passaporti diplomatiċi hi sena b'sena u kif ġej:
Sena
2003 83
2004 123
2005 76
2006 69
2007 58
2008 36
TOTAL 445
Id-differenza ta' 70 hija ta' dawk il-passaporti li ġew irtirati matul il-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli jiżgura li l-ex ħaddiema tal-kumpanija Sea Malta jieħdu madwar Lm1 miljun f'benefiċċji tat-terminazzjoni ta' l-impjieg u benefiċċji oħra dovuti lejhom skond il-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex Għawdex jingħata leħen sħiħ fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku peress li bħalissa m'hemm ħadd biex iwassal il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta' l-Għawdxin f'din l-istruttura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab lest għal kull proposta sabiex il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ l-Għawdxin jinstemgħu fil-fora kollha.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub japprezza li l-iżviluppi fil-liġi tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali dejjem saru bi qbil bejn l-Imsieħba Soċjali kollha. Għalhekk il-Gvern jippreferi li kull żvilupp fil-liġi ta’ dan il-forum isir bi qbil ma’ l-imsieħba l-oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex il-Gvern jagħti rikonoxximent legali lill-Gozo Business Chamber bħala korp kostitwit biex tkun intitolata għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea li bħalissa qed titlef għax m'għandhiex status legali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika b’mod speċifiku l-problemi li qed jaffaċċja l-enti msemmi. Ninsab infurmat li fil-fatt, dan l-enti diġà irċieva fondi minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex il-Gozo Channel jibqa' jkollha vapur li tista' tuża regolarment għat-tagħbija tal-merkanzija u ta' skart perikoluż peress li bħalissa għandha vapur wieħed u allura meta jkun bil-ħsara ma jkollhiex mezz biex iġġorr din it-tagħbija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Sakemm jitlesta, jistgħu jitpoġġew servizzi bażiċi bħal toilets, li bħalissa jinsabu bla dawl, peress li dawk li jivvjaġġaw bil-lejl u kmieni fil-għodu qed isibu ruħhom imċaħħdin minn dawn is-servizzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jikkunsidrax li jdaħħal għajnuna ġdida għall-ġarr ta' merkanzija lejn Għawdex peress li ż-żieda fil-prezz tad-diesel qed iżid l-ispejjeż tal-ġarr b'€50 kull vjaġġ, u dan se jgħolli l-ħajja f'Għawdex jekk iż-żieda fil-prezz se tgħaddi għal fuq il-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li l-public convinience ġiet magħluqa f'Bugibba u jidher li llum ma hemm l-ebda public convinience miftuħa għal pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-public convenience li hemm fiċ-ċentru ta’ Buġibba, jidher li din il-public convenience ilha magħluqa mis-sajf ta’ l-2006. Il-Kunsill kienet inġibditlu l-attenzjoni għal dan. Billi l-Kunsill kien baqa’ ma fetaħx din il-public convenience, id-Dipartiment naqqas mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsill il-parti li tirrigwarda din il-public convenience.
Madanakollu nżid ngħid li ser jittieħdu passi biex dan in-nuqqas jiġi rettifikat fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex se tinbidel il-lista ta' kwalitajiet ta' pilloli li jistgħu jieħdu l-pazjenti fuq il-kartuna s-safra ? X'proċess jrid isir sabiex pilloli ġodda fis-suq jiżdiedu mal-lista ta' pilloli li l-pazjenti jkunu jistgħu jibdew jieħdu b'xejn, u x'kriterji jintużaw jekk pillola ġdida fis-suq issirx parti mill-lista ta' pilloli li jingħataw fuq kartuna safra jew le? Kull meta jsir dan il-proċess ta' updatingfuq il-lista ta' pilloli aċċessibli b'xejn lil pazjenti Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (KAP 318) Skeda V jispeċifika l-lista ta’ mard kroniku li għalih jingħataw mediċini b’xejn fuq il-kartuna s-safra.
Il-mediċini li jistgħu jingħataw huma rregolati mill-Formularju tal-Gvern. Ċertu mediċini huma wkoll irregolati minn protokolli speċifiċi. Dan il-formularju jiġi aġġornat fuq bażi regolari skond il-ħtieġa.
Il-proċess biex jidħlu mediċini ġodda fuq il-formularju huwa bbażat fuq id-Direttiva 89/105 EEC kif ġiet tradotta fl-Avviż Legali 165/07. Dan fih il-kriterji li jintużaw biex issir inklużjoni fuq il-formularju. Il-proċess jinbeda wara li ssir applikażżjoni mill-
Market Authorisation Holder
jew minn Konsulent li jaħdem fis-Servizz tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex se tinbidel il-lista ta' kwalitajiet ta' pilloli li jistgħu jieħdu l-pazjenti fuq il-kartuna s-safra ? X'proċess jrid isir sabiex pilloli ġodda fis-suq jiżdiedu mal-lista ta' pilloli li l-pazjenti jkunu jistgħu jibdew jieħdu b'xejn, u x'kriterji jintużaw jekk pillola ġdida fis-suq issirx parti mill-lista ta' pilloli li jingħataw fuq kartuna safra jew le? Kull meta jsir dan il-proċess ta' updatingfuq il-lista ta' pilloli aċċessibli b'xejn lil pazjenti Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (KAP 318) Skeda V jispeċifika l-lista ta’ mard kroniku li għalih jingħataw mediċini b’xejn fuq il-kartuna s-safra.
Il-mediċini li jistgħu jingħataw huma rregolati mill-Formularju tal-Gvern. Ċertu mediċini huma wkoll irregolati minn protokolli speċifiċi. Dan il-formularju jiġi aġġornat fuq bażi regolari skond il-ħtieġa.
Il-proċess biex jidħlu mediċini ġodda fuq il-formularju huwa bbażat fuq id-Direttiva 89/105 EEC kif ġiet tradotta fl-Avviż Legali 165/07. Dan fih il-kriterji li jintużaw biex issir inklużjoni fuq il-formularju. Il-proċess jinbeda wara li ssir applikażżjoni mill-
Market Authorisation Holder
jew minn Konsulent li jaħdem fis-Servizz tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm pazjenti użaw l-bereġ u l-health centres wara l-5.00 p.m? Kemm minnhom intbagħtu l-emerġenza u kemm idewwem fiċ-ċentri tas-saħħa? Kemm minnhom kienu Maltin u Barranin?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispecifika għal-liema perjodu qiegħed jirreferi.