Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarzna — Vapuri għat-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri/jottijiet fis-sena 2007 fit-Tarzna għat-tiswija? Jista' jgħid l-ismijiet tagħhom, minn liema pajjiż kienu ġejjin u kemm damu fit-Tarzna għat-tiswija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vapuri/ proġetti li kellha t-Tarzna matul l-2007 kien ta 99. Fir-rigward tal-jottijiet/proġetti, n-numru ta' dawn matul l-istess sena kien ta 37. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ listi bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #514 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Operazzjoni tal-kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew sabiex jagħmlu operazzjoni tal-kataretti u hip replacement? Jista' jgħid jekk għandux xi pjan sabiex il-waiting lists jitnaqqsu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' persuni li kienu fuq il-waiting list sa l-ewwel ġimgħa t'April 2008 sabiex jagħmlu operazzjoni tal-kataretti u hip replacement huwa kif jidher hawn taħt i. Kataretti 5351 ii. Hip Replacement 1035 Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex tiġi mistħarrġa l-aħjar soluzzjoni. għal din il-problema
Leg 11 PQ #515 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Remissi taż-żwiemel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi liġi li tirregola l-ftuħ ta' remissi għaż-żwiemel, cioe' jekk dawn jistgħux jinfetħu fl-abitat u fl-ibliet tal-Kottonera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jeħtieġ permess tal-MEPA għal remissa ġdida fejn ser jinżammu esklussivament żwiemel. Inżid ukoll li ż-żamma ta' żwiemel, bħal kull annimal ieħor, hi regolata permezz ta' l-Att dwar it-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (Kap 439).

Għawdex — Skemi ta' housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet minn persuni f'Għawdex għall-iskemi ta' housing f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti l-informazzjoni għal kull skema separatament u kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra..

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 346 u jgħid kemm-il każ kien hemm quddiem it-tax compliance unitli ġie konkluż fix-xhur ta' bejn Jannar 2008 u Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 346.

Reġistru ta' Alternative Medicine Practitioners

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għandux reġistru ta' Alternative Medicine Practitioners? Jista' jgħid jekk min jeżerċita tali professjoni għandux bżonn liċenzja?

Response (DALLI, JOHN)

Hemm diversi oqsma ta’ prattika ta’ mediċina alternattiva u xi oqsma minnhom huma regolati mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina taħt l-Att dwar il-Professjonijiet għas-Saħħa (Kap464). Il-lista tinsab fit-tielet skeda ta’ L-Att u tinkludi Agupuntura, Kiroprattika u Ostjopatija. Jekk il-Kunsill iħoss li hemm il-ħtieġa li xi professjoni oħra għandha tiġi regolata din tiżdied mal-iskeda.

Liċenzji ta' Beauty Therapists

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk beauty therapists għandhomx bżonn liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu cosmetic treatments? Għal liema cosmetic treatments għandhom bżonn liċenzja? Jekk ċerti cosmetic treatments għandhom bżonn liċenzja, jidhirlu l-Ministru li tali liċenzja għandha tkun esebita fejn tidher sewwa jew jekk min għandu tali liċenzja ikollu jilbes badgejew identifikazzjoni li turi li huwa/hija liċenzjata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat illi it-Trade Licensing Unit titlob lid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu meta tali taqsima tirċievi xi applikazzjonijiet għat-trattament tas-sbuħija. Waqt l-ispezzjoni li ssir minn uffiċċjali ta’ dan id-Dipartiment, l-applikant jiġi mitlub informazzjoni dwar x’tip ta' trattamenti jkunu qed jiġi proposti li jsiru. Jekk tali trattamenti jkunu jinvolvu affarijiet li huma aktar relatati ma' professjonijiet oħra regolati taħt l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa, d-Dipartiment jinvestiga iktar tali trattamenti billi jiġi evalwat ir-riskju li possibilment ikun involut. Peress li kull każ jiġi ttrattat b’mod speċifiku, ma teżisti l-ebda lista ta' trattamenti li beauty therapists jistgħu jew ma jistgħux jagħmlu ħlief għal dawk li hemm liġijiet ċari fuqhom bħal per eżempju tpinġija, agupuntura, podologija u trattamenti jew servizzi mediċi.

Grades fi Kliniċi u Sptarijiet Privati

Question

Biex il-pubbliku jkun infurmat u salvagwardjat, jidhirlu l-Ministru li l-kliniċi u sptarijiet privati għandhom ikunu graded bħal lukandi skond kriterji apposta? Jidhirlu li b'hekk il-pazjent ikun jaf aħjar ta' x'hiex qed iħallas u tali grading iservi biex il-kliniċi privati jżommu standard għoli?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li il-klinici u l-isptarijiet privati huma kollha liċenzjati u allura l-pubbliku huwa assikurat li l-istandard ta’ kura huwa wieħed tajjeb.

Każijiet ta' Tuberkolożi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' Tuberkolożi mis-snin 2000 sa 2007 sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu pazjenti Maltin u barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ każijiet rraportati ta‘ Tuberkulożi f’dawn l-aħħar sebgħa snin jidhru fit-tabella hawn taħt: Sena Tuberkulożi pulmonari Tuberkulożi mhux pulmonari Residenti Mhux ResidentiResidentiMhux Residenti 2000 15 -21 2001 14 11- 2002 11 85- 2003 3 112 2004 6 1133 2005 6 1007 2006 11 1324 2007 12 1428

Flus li jrid jagħti l-Gvern

Question

Jista' l-Ministru għid kemm għandu jagħti l-Gvern lill-aġenti a) ta' xiri ta' mediċini b)ta' xiri ta' consumables c)ta' xiri ta' suturi d)ta' xiri ta' stents?

Response (DALLI, JOHN)

Sa l-aħħar ta’ April 2008, skond il-fatturi li daħlu fit-taqsima tal- Accounts fid-Dipartiment tal- Procurement [Taqsima tas-Saħħa], il-Gvern għandu jagħti lill-aġenti għall-xiri ta’ mediċini, ‘medical devices and disposables’ kif ukoll ‘orthotics and prosthetics’ kif indikat hawn taħt: Aġenti lokali: Euros 23,474,439 Aġenti barranin: Euros 2,797,405 TOTALI Euros 26,271,844.

Ċaqliq tal-prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi l-Gvern jipprova jagħmel forecast taċ-ċaqliq tal-prezz taż-żejt internazzjonali minn qabel ma' dan iseħħ? Kemm fil-fatt il-forecast li kellu l-Gvern ikkombaċjaw ma' dak li seħħ realment fl-aħħar xhur? Jista' jgħidilna wkoll jekk ikkonsidrax il-Gvern li jidħol f'xi tip ta' arranġament (partikolarment hedging ) fejn jorbot bil-quddiem il-prezz taż-żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħtif ta' Malti fin-Niġerja

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'għamel il-Gvern hekk kif waslitlu l-aħbar tal-ħtif ta' ħaddiem Malti fin-Niġerja, partikolarment fid-dawl ta' l-istqarrijiet tal-qraba ta' dan l-ħaddiem skond kif ġew irrappurtati f'xi ġurnali lokali?

Response (BORG, TONIO)

F'dan il-kuntest saru kuntatti mal-Gvern Taljan u Ingliż li għandhom Ambaxxati fil-kapitali Niġerjana. Il-Gvern, fil-jiem li ġejjin, ser jibgħat delegazzjoni Maltija sabiex issegwi s-sitwazzjoni mill-viċin.
Leg 11 PQ #583 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Parking area

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #584 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'policy qed tadotta l-MEPA biex jinħarġu l-permessi tal-bini li jidher fi pjanta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hija mmarkata bl-iswed? Jidher li fl-inħawi ta' l-istess talba hemm numru ta' applikanti oħra li wkoll qed ikollhom diffikulta' biex jinħarġulhom il-permessi. Jista' għalhekk jagħti spjegazzjoni dwar il-policy li l-MEPA qed tadotta fil-preżent għall-ħruġ tal-permessi tal-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sit muri fil-pjanta jinsab fuq art li kkwalifikat biex tidħol fiż-żona ta' l-iżvilupp permezz tar-riżoluzzjoni parlamentari tas-sitta u għoxrin ta' Lulju ta' l-2006. Qabel ma jinħarġu permessi fuq artijiet bħal dawn iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Att Legali numru 71 ta' l-2007. Fost dawn wieħed jista' jsemmi l-ħtieġa ta' żvilupp komprensiv u li jinvolvi d-diversi sidien ta' l-artijiet.
Leg 11 PQ #604 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex kuntent bis-sistema tal-gwardjani lokali f'pajjiżna? X'bidliet qed jipprospetta li jdaħħal il-Gvern f'din il-leġislatura f'dan is-settur ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li hu wieħed mill-Membri Parlamentari b’esperjenza fil-gvern lokali li, kif semmejt fl-ewwel diskors tiegħi lill-Kunsillieri Lokali eletti fl-Elezzjoni Lokali tat-8 ta’ Marzu 2008, issa li għaddew ħmistax-il sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, inbeda l-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li għandha twassal għal riforma sħiħa f’dan il-qasam. Din ir-riforma għandha l-għan li ssaħħaħ fejn hu sejjer tajjeb u tbiddel fejn l-affarijiet mhux sejrin daqstant tajjeb. F’dan l-istadju, għalhekk, m’inix f’pożizzjoni ngħid minn issa x’bidliet ser ikun hemm fis-settur ta’ l-infurzar lokali. Intenni li hemm l-impenn sħiħ tal-Gvern li jisma’ mingħand kulħadd, inkluż l-Onorevoli Interpellant, kull suġġeriment u proposta għal titjib fil-qasam kollu tal-gvern lokali.
Leg 11 PQ #605 Sitting 12 2008-06-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Work Permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu work permits għal persuni li m'humiex ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Mejju 2007 u l-1 ta' Mejju 2008 xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn il-persuni? Fuq liema tip ta' xogħol ħarġu dawn il-work permits?

Response (DALLI, JOHN)

Se nghaddi l-informazzjoni lill-onorevoli interpellant.

Benefiċċju ta' l-Istudenti

Question

Tista l-Ministru tipprovdi lista sena b'sena ta' a)suġġetti li studjaw/qed jistudjaw l-istudenti li bbenifikaw/qed jibbenifikaw mill-iskema tal-YSSS b) l-universitajiet barranin li offrew/qed joffru s-suġġetti rispettivi u ċ)l-ammont ta' studenti skond is-suġġetti u l-universitajiet rispettivi għaż-żmien kollu minn mindu l-YSSS daħlet fis-seħħ sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.