Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #517 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Remissi taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liġi li tirregola l-ftuħ ta' remissi għaż-żwiemel, cioe' jekk dawn jistgħux jinfetħu fl-abitat u fl-ibliet tal-Kottonera?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ai termini tal-artikolu 126(1) tal-Kodiċi tal-Pulizija jipprovdi li ħadd ma jista’, mingħajr liċenza ta’ l-awtorita’ sanitarja illi tiswa mhux aktar minn sena, iżomm f’ebda fond ġewwa l-limiti msemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-aħħar artikolu ta’ qabel, ebda bhima tal-fart…żiemel, bagħal jew ħmar. Il-“limiti msemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-aħħar artikolu…” hi riferenza għall-limiti imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 125 u cioe’ “l-limiti tal-Belt Valletta, tal-Belt Notabile jew Imdina, tal-Birgu, ta’ l-Isla, ta’ Bormla, tal-Furjana, jew ta’ tas-Sliema”. Hemm pero' l-kumlikazzjoni li l-artikolu 125 tal Kodiċi tal-Pulizija ġie mhassar bl-artikolu 50 ta’ L-Att XXV ta’ l-2001 dwar it-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali. Għalhekk is-sitwazzjoni titlob emenda sabiex tkun iċċarata.

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tentattivi għat-tħaffir għaż-żejt matul dawn l-aħħar 50 sena? Fejn sar it-tħaffir, minn liema kumpannija sar u kemm dam it-tħaffir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor Membru biex jirreferi għall-website tal-gvern: http://www.mri.gov.mt/oed.htm fejn isib l-informazzjoni kollha dwar l-għoti ta’ blokok għall-esplorazzjoni taż-żejt.

KBIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull wieħed mill-oqsma industrijali li għandna? Minn liema settur ġejjin? U kemm hemm impjegati settur b'settur, għal kull qasam industrijali? Jista' jgħid ukoll kemm hemm fil-KBIC, kemm jimpjegaw nies kull wieħed minnhom u kemm ilhom joperaw minn Kordin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Rikażli — Qasam Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji għadhom joperaw mill-qasam industrijali ta' Rikażli meta intlaħaq il-ftehim dwar Smart City? Kemm kellhom impjegati kull waħda minnhom? Fejn ġew trasferiti u xi tħallas mill-ME/MIP lil kull waħda minnhom bħala spiża ta' dan iċ-ċaqliq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #521 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji matul is-sena 2007, xahar b'xahar u skond is-settur li kienu ġejjin minnu? Jista' jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi ġodda matul is-sena 2007, xahar b'xahar, settur b'settur?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' persuni li ngħataw is-sensja matul is-sena 2007 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar u skond is-settur li kienu ġejjin minnu. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ iżżomm informazzjoni li tagħti kemm inħolqu mpjiegi ġodda. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ tista' tgħid pero', li kien hemm żieda ta' 5,233 persuni bejn Diċembru 2006 u Diċembru 2007. Sena Dawk li kellhom xogħol Full Time Dawk li kellhom xogħol part time biss Total Diċembru 2006 139,653 24,020 163,673 Diċembru 2007 142,836 26,070 168,906 Żieda 3,183 2,050 5,233

Ħlas ta' Security Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas kull sena l-Gvern tas-security fl-isptar Mater Dei? Jekk dawn humiex kollha ta' kumpanija privata? Kemm kellu security guards fl-isptar San Luqa u x'sar minnhom illum? Kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern iħallas għal dawn is-security guards?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Gvern qed iħallas Euro 2.25 miljun fis-sena (VAT eskluża) għal security fl-Isptar Mater Dei. Dawn huma kollha lill-kumpanija privata skond kuntratti ffirmati fl-1 ta' Jannar 2008 u l-1 t' Awissu 2007. Il-Gvern kellu 50 security guards fl-Isptar San Luqa li 4 minnhom ġew assenjati xogħol ieħor fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Il-Gvern iħallas Euro 0.79 ta' miljun fis-sena bħala pagi lil dawn is-security guards. Sommarji tal-kuntratti relevanti qegħdin jitqegħdu fuq il-mejda tal-kamra.

Sptar Mater Dei — Xiri ta' l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-Isptar Mater Dei bix-xiri ta' l-art b'kollox sa meta ġie inawgurat? Kemm tħallas minn dan l-ammont u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

L-Isptar Mater Dei sewa bix-xiri ta l-art b’kollox sa meta ġie inawgurat LM216,506,623 eskluż il-Vat. Minn dan l-ammont għad iridu jitħallsu Lm2,965,179 (€6,902,010) eskluż il-Vat.

Talba ta' Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Flats Tursin il-Bir, Santa Luċija fejn saret talba għall-lift, għar-raġuni li hemm persuna b'diżabilita' u t-tweġiba kienet li ma setax isir, meta f'neighbourhood 1, fl-istess tip ta' flat sar ix-xogħol tal-lift ? Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga x’possibilita’ hemm li jiġi stallat lift fl-appartamenti ndikati.

Talba ta' Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Flats Tursin il-Bir, Santa Luċija fejn saret talba għall-lift, għar-raġuni li hemm persuna b'diżabilita' u t-tweġiba kienet li ma setax isir, meta f'neighbourhood 1, fl-istess tip ta' flat sar ix-xogħol tal-lift ? Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga x’possibilita’ hemm li jiġi stallat lift fl-appartamenti ndikati.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna ( li d-dettali tagħha qed jintbagħtu separatament ) u li kull ma jagħtiha r-raġel huwa Lm40 manteniment u kull ma tieħu mill-Gvern huwa sempliċiment Lm 20 kull tliet xhur, jista' d-dipartiment jieħu passi neċessarji biex din il-persuna tibda' tieħu d-differenza bejn Lm40 u l-paga minima?

Response (DALLI, JOHN)

: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Vittmi tan-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna se jagħti lill-vittmi ta' l-isplużjoni tan-Naxxar? X'budget għamel il-Gvern fuq dan il-każ? Meta se jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, minbarra għajnuna provduta mill-Aġenziji Appoġġ u Sapport fejn kien hemm bżonn, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet numru ta’ talbiet għall-għajnuna wara l-isplużjoni fin-Naxxar. Tlett familji li d-dar tagħhom iġġarfet qegħdin jingħataw għajnuna fuq il-kera li qegħdin iħallsu għall-appartamenti li krew mingħand il-privat. Ninsab infurmat ukoll li ġew spezzjonati d-djar kollha tal-familji li għamlu talba u tlestew rapporti mill-periti. Hekk kif jitlestew ir-riċerki meħtieġa, l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tiddeċiedi fuq l-għajnuna li ghandha tinghata f'kull każ riservata mill-Awtorita’ għal dan l-iskop.

Refund tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjan b'mara marida li applika biex jieħu refund tal-VAT jitmexxa l-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

“Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni dwar din il-persuna lill-Kummissarju tal-VAT sabiex jitħaffef l-proċess.”

Toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija li diġa' ġew allokati lill-kuntratturi biex fihom jagħmlu x-xogħol ta' kisi bit-tarmac? Meta hu mistenni li dan ix-xogħol isir? Jista' jiggarantixxi li tali toroq jitlestew fl-iqsar żmien possibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-lokalitajiet imsemmijin fl-aħħar ġimgħat tlestew Triq it-Tonn, Triq Piscopo Macedonia u Triq Katerina Vitale. Bħalissa m’hemmx xogħlijiet oħra allokati f’dawn il-lokalitajiet.
Leg 11 PQ #589 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Allegazzjonijiet dwar voti mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet ta' voti mixtrija? Billi fi stqarrijiet pubbliċi ingħad li kien hemm politiċi nvoluti f'dan, jista' jagħti tagħrif dwar min kienu dawn il-politiċi biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji dwar dawn l-allegazzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.

Rugby Nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tiddikjara jekk, in vista tad-dikjarazjonijiet tal-coach nazzjonali tar-Rugby Damien Neill, il-Gvern huwiex se jieħu bis-serjeta' l-ħtieġa li jinbena stadium tar-rugby f'Malta? Se jiżdiedu l-fondi għal dan l-isport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isports (KMS) ilu mit-twaqqif tar-Rugby Football Union jagħti s-sehem tiegħu għall-iżvilupp tal-logħba tar-Rugby f’pajjizna.Tul dawn l-aħħar ħames snin saret ħidma konġunta għal żieda fil-parteċipazzjoni tat-tfal f’dan l-isport. Dan qed isir bl-introduzzjoni tat-Tug Rugby kif ukoll tar-Rugby stess f’diversi programmi tal-KMS. Fl-istess waqt il-gvern qed jissusidja l-ħlas tal-faċilita’fejn isir it-taħriġ tar-rugby u l-kompetizzjonijiet tar-rugby fil-livelli differenti. Il- Gvern diġa’ kellu diskussjonijiet preliminari mar-Rugby Football Union dwar trasferiment ta’ art u l-iżvilupp ta’ l-art mill-Malta Rugby Football Unionpermezz tal-assistenza finanzjarja mill-International Rugby Football Union. Dan kien dikjarat ukoll fil-programm elettorali li fuqu ġie elett dan il-Gvern.

Enerġija Alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'time scales u targets għandu f'moħħu l-Gvern Malti biex jiżgura li pajjiżna jilħaq il-miri tal-EU fejn jidħol użu ta' enerġija alternattiva fil-gżejjer Maltin u Għawdxin? Jista' jelabora dwar l-istrateġija tiegħu fid-dettall?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern preżentement qiegħed jirrevedi l-iStrateġija għal Enerġija Nadifa (Renewable Energy Policy) għal pajjiżna, ġaladarba nbidlu t-targets indikati lilna.

Artijiet fil-Gudja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jersaq għall-pubblikazzjoni tal-kuntratti finali ta' l-artijiet fil-Gudja, fil-parti magħrufa bħala Ta' Xlejli, li kien daħal f'konvenju fuqhom fil-bidu tas-snin tmenin ma' diversi terzi, illum residenti fil-proprjeta' mibnija fuq l-istess artijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koċernat.
Leg 11 PQ #618 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

White Paper

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jipprezenta White Paper għal emendi f'diversi liġijiet li jolqtu l-istitut tal-kera partikolarment b'referenza għal a)Ordinanza dwar il-Kontroll tad-Djar (Kap.69) b) Ordinanza li trazzan il-Kera fuq id-Djar (Kap. 116)? Jekk iva, meta? Fuq liema linji gwidi qed jaħdem il-ministeru f'dan kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Nikkonferma li, dalwaqt, il-Gvern ser jippubblika White Paper għall-konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-liġijiet tal-kera. Din il- White Paper hi bażata, fost oħrajn, fuq analiżi: · tal-liġijiet relevanti eżistenti; tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Ligijiet tal-Kera, mwaqqfa fl-1997; · tad-dokumentazzjoni tal- Working Group dwar ir-Riforma fil-Liġijiet tal-Kera, imwaqqaf fl-2005; · tar-riformi li saru f’numru ta’ pajjiżi Membri ta’ l-Unjoni Ewropea; · ta’ statistika miġbura miċ-Ċensiment tal-2005.
Leg 11 PQ #619 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Speċjalisti Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' speċjalisti mediċi kollha li huma reġistrati f'pajjiżna taħt ir-Reġistru tal-Ispeċjalista skond l-ispeċjalita' tagħhom? Kemm kienu t-tobba li ġew rrifjutati milli jidħlu fir-Reġistru ta' l-Ispeċjalisti minn kemm ilu mwaqqaf? Kemm kien hemm tobba li kienu fir-Reġistru ta' l-Ispeċjalisti li mbagħad tneħħew? Għal liema raġuni tneħħew?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta’tobba li huma reġistrati bħala speċjalisti skond Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa Att XII 2003 Art. 29. (Cap.464) huwa 825. Dak ta’ dentisti huwa ta’ 14. In-numru maġenb il-lista ta’ speċjalizzazzjoni rispettiva jindika n-numru f’kull speċjalita skond il-Ħames Skeda ma’ l-imsemmi Att. SPE Ċ JALITA’ 1. Accident and Emergency Medicine 7 2. Anaesthetics and Intensive Care Medicine 59 3. Audiology/ Phoniatry 2 4. Chemcial Pathology 1 5. Cardiology 9 6. Cardio-thoracic Surgery 5 7. Clinical Neurophysiology 3 8. Clinical Pharmacology & Therapeutics 0 9. Dermato – Venereology 8 10. Radiology 10 11. Endocrinology and Diabetes 7 12. Family Medicine 318 13. Immunology 2 14. Forensic Medicine 4 15. Gastroenterology 6 16. General/ Internal Medicine 57 17. Dermatology 4 18. General Surgery 27 19. Genetics 6 20. Geneto-Urinary Medicine 1 21. Geriatrics 7 22. Haemotology 5 23. Histopathology including Cytopathology 8 24. Infectious Disease 2 25. Maxillo - facial Surgery 0 26. Microbiology/ Bacteriology 5 27. Neonatology 2 28. Nephrology 5 29. Neurology 5 30. Neurosurgery 3 31. Nuclear Medicine 2 32. Obstetrics and Gynaecology 38 33. Occupational Medicine 18 34. Ophthalmology 18 35. Orthopaedic Surgery 20 36. Otorhinolaryngology 9 37. Paediatric Surgery 2 38. Paediatrics 45 39. Palliative Medicine 4 40. Plastic Surgery 4 41. Psychiatry 17 42. Public Health Medicine 43 43. Oncology 3 44. Rehabilitation Medicine 1 45. Respiratory Medicine 5 46. Rheumatology 6 47. Urology 6 48. Vascular Surgery 4 49. Virology 1 50. Baromedicine 1 Orthdontics 7 Oral Surgery 7 Kien hemm 848 applikazzjonijiet li ġew rrifjutati milli jidħlu fir-Reġistru ta’ l-Ispeċjalisti minn kemm ilu mwaqqaf. Ma kien hemm l-ebda każ fejn speċjalista tneħħa minn fuq ir-Reġistru ta’ l-Ispeċjalisti. L-ismijiet ta’ dawk fuq ir-Reġistru ta’ l-Ispecjalisti tinstab fuq il- web site tal-Kunsill Mediku u tiġi aġġornata kull l-aħħar ta’ kull xahar.

Transport għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk id-diparimenti jew entitajiet governattivi li joffru l-faċilita' ta' vann tax-xogħol għall-impjegati tagħhom? Jaħseb il-Ministru li l-Gvern, bħala l-ikbar employer fil-pajjiż għandu jagħti eżempju u jinċentiva l-organiżżazzjoni u l-użu ta' vannijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu f'attentat biex jitnaqqas l-ammont ta' karozzi u konsegwentement it-tniġġis fit-toroq tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.