Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #831 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri newly admitted

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema distretti tal-pulizija ġew il-priġunieri Maltin newly admitted fl-2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Bank Ċentrali — Depożiti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008? Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu? Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern? Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsaxlokk — Xatt tas-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq ix-xatt tas-sajjieda ta' Marsaxlokk biex dan ikun embellished?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġà għidt pubblikament, ix-xogħol ta' tisbiħ f'Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk hu pjanat li jibda f'Ottubru li ġej.
Leg 11 PQ #838 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-audited accountsu l-financial reports tal-kumitati konġunti ta' l-LES minn meta bdiet titħaddem is-sistema ta' l-infurzar lokali sal-31 ta' Marzu, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #178 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet f'bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jġib fis-seħħ il-wegħda elettorali tiegħu nru 258 tal-manifest tal-PN li għal aktar trasparenza ħatriet f'bordijiet tal-Gvern isiru wara sejħa pubblika għal applikazzjoni? Dan ser jgħodd għall-bordijiet kollha inklużi dawk tal-kumpaniji parastatali jew le? U jekk le, għal liema bordijiet ser jgħodd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Program Elettorali, kif jixhed it-titlu tiegħu (Iva, Flimkien Kollox Possibbli, Program Elettorali, 2008-2013), huwa program għal ħames snin. Il-wegħda elettorali 258 hija ċara li “ħatriet f’bordijiet tal-Gvern isiru wara sejħa pubblika għal applikazzjoni.” Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant jiftakar li huwa serva bħala ministru fi Gvern li waħda mill-ewwel liġijiet li ressaq kienet Abbozz ta’ Liġi li jħassar l-Att ta’ l-1996 dwar in-Nomini ta’ l-Oppożizzjoni. B’hekk il-Gvern Laburista neħħa d-dritt ta’ l-Oppożizzjoni li tinnomina persuna fuq il-bordijiet ta’ enti pubbliċi. Tajjeb infakkar ukoll li f’Mejju 2000, l-Oppożizzjoni kienet reġgħet irrifjutat offerta tal-Gvern sabiex jerġa’ jiddaħħal dan id-dritt.
Leg 11 PQ #222 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajn Tuffieħa Bay

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi biex il-bajja ta' Għajn Tuffieħa kuljum tkun provduta bis-servizz ta' life- savers kemm-il darba dawn il-bajjiet huma fost l-iżjed perikolużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jipprovdi tali servizz fi tmiem il-ġimgħa. Qed jiġi kkunsidrat li dan is-servizz jiġi estiż għal ġranet oħra tul il-ġimgħa.

Każijiet ta' HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' HIV rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena ma jirriżultax li kien hemm irreġistrati persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ HIV (ICD-10 codes: R75 u Z21). Mhux eskluż il-fatt li jista’ jkun hemm xi persuni li huma HIV+ u li ddaħħlu l-isptar għal xi kundizzjoni oħra u għalhekk fid-discharge diagnosis ma jkunx imniżżel li huma HIV+. Il-fatt li wieħed jkun HIV+ mhux neċessarjament jkollu bżonn jiddaħħal l-isptar.

Każijiet ta' lebbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' lebbra rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li, minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena ma kien hemm ebda każ li ddaħħal fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ lebbra (ICD-10 code: A30).

Mard Rari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' mard rari rappurtati li daħlu fl-isptarijiet lokali matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li m’hemmx reġistru nazzjonali ta’ mard rari imma jekk l-Onorevoli Interpellant jista’ jkun aktar speċifiku għal-liema mard rari qiegħed jirreferi, inkunu nistgħu nanalizzaw il-discharge diagnoses mill-Isptar Mater Dei għall-perjodu specifikat.
Leg 11 PQ #362 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali ta' l-art li fuqha eventwalment ġiet mibnija l-lukanda Jerma Palace f'Marsaskala? Stante li sar l-għeluq ta' din il-lukanda, jista' jgħid inkisritx xi kundizzjoni oriġinali meta saret il-konċessjoni mill-gvern? Jista' jindika jekk hijiex se titressaq mozzjoni fil-Parlament biex tiġi ratifikata l-pożizzjoni legali tat-trasferiment imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-parti l-kbira ta’ l-art li fuqha nbniet il-lukanda Jerma Palace Hotel hija art privata. Parti żgħira nbniet fuq art li ġiet esproprijata mill-Gvern sabiex ssir triq. L-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda qatt ma nbiegħet lill-investituri tal-lukanda u għalhekk għadha tal-Gvern. Qed isiru diskussjonijiet mas-sidien ta’ din l-art sabiex tingħata lura lilhom.
Leg 11 PQ #410 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Riżorsi u Affarijiet Rurali — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

Affarijiet Barranin — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont globali ta' assigurazzjoni privata fuq karozzi, bini u oġġetti ta' valur fil-Ministeru u Ambaxxati li jaqgħu taħti, jammonta għal €110,505.85. Tajjeb ngħid ukoll illi l-Ministeru jħallas assigurazzjoni ta' l-ivjaġġar għall-uffiċċjali tiegħu. L-ammont ivarja skond is-safar kull xahar; dak imħallas għal Jannar u Frar 2008 kien ta' € 167.76 u € 643.08 rispettivament.

Spiża totali f'Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa Mater-Dei minn mindu fetaħ xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u April ta’ l-2008 l-ispiza totali ta’ l-Isptar Mater Dei on a Cash Basis maħruġa mid- Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €50,515,898. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f’Kolonna (1), fit-tabella t’hawn taħt. L-ammonti f’kollonna (1) ma jinkludux il-materjal mediku u farmaċewtiku li jidher f’Kolonna (2) – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital izda jinsab taħt Programmi u Inizjattivi, Item 5400 Cost Centre G07 Government Pharmaceutical Services (GPS). Jekk ngħoddu dawn l-ammonti murija f’kolonna (2) ma’ dawk li jidhru f’kolonna (1) in-nefqa totali għal dal-perjodu titla’ għal 67,611,523 Ewro, kif qed jiġi spjegat f’kolonna (3). Kolonna (1) Kolonna (2) Kolonna (3) Xahar € € € Novembru 2007 4,070,172 1,694,275 5,764,447 Diċembru 2007 12,277,999 2,547,581 14,825,580 Jannar 2008 9,785,920 2,963,427 12,749,347 Frar 2008 7,249,596 3,322,299 10,571,895 Marzu 2008 7,318,045 2,999,816 10,317,861 April 2008 9,814,166 3,568,227 13,382,393 ____________ ____________ ____________ 50,515,898 17,095,625 67,611,523 ____________ ____________ ____________
Leg 11 PQ #508 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawża ta' libell

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-liġijiet dwar il-kawżi ta' libell jinbidlu radikalment? Billi s-sistema tal-lum tippermetti li kawżi bħal dawn(u l-kawżi kollha l-oħra) jitkaxkru kemm tkun trid il-parti li tkun qed tiġi akkużata b'malafama (tant li f'każ minnhom - li fih involut jien- l-avukat tal-parti l-oħra sa wasal biex qal li ġab il- file tal-kawża żbaljata), jista' darba għal dejjem jiġi stabilit terminu li fihom dawn il-kawżi għandhom jinqagħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kontenut tad-domanda Parlamentari ser jiġi kkunsidrat
Leg 11 PQ #510 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Settur turistiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar, skond l-MTA kemm huma: i) n-numru ta' sodod f'lukandi ii) n-numru ta' furnished flats iii) catering establishments iv) bars v) diving service providers fl-inħawi tal-Mellieħa u l-limiti tagħha, inkluża l-Għadira, Ċirkewwa u l-Armier?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-inħawi tal-Mellieħa u l-limiti tagħha, inkluża l-Għadira, Ċirkewwa u l-Armier hemm dawn l-istabillimenti liċenzjati mill-MTA: 1) in-numru ta’ sodod f’lukandi 4,381 2) in-numru ta’ furnished flats 92 3) catering establishments 53 4) bars 31 5) diving service providors 13
Leg 11 PQ #511 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imgarr — Settur turistiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar, skond l-MTA kemm huma: i) n-numru ta' sodod f'lukandi ii) n-numru ta' furnished flats iii) catering establishments iv) bars v) diving service providers fl-inħawi ta' l-Imġarr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-inħawi ta’ l-Mġarr f’Malta u l-Mġarr f’Għawdex hemm dawn l-istabillimenti liċenzjati mill-MTA: Mġarr Malta Mġarr Għawdex 1) in-numru ta’ sodod f’lukandi xejn 114 2) in-numru ta’ furnished flats xejn xejn 3) catering establishments 10 9 4) bars 2 5 5) diving service providors 1 xejn
Leg 11 PQ #512 Sitting 13 2008-06-04 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp propost

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-iżvilupp propost mill-Ministeru tat-Turiżmu matul il-ħames snin li għaddew jitkompla kemm jista' jkun malajr, u dan biex il-benefiċċju li jista' joħroġ minn dan tali żvilupp għall-inħawi tal-Qawra, Salina, Buġibba u San Pawl l-Baħar, ikun jista' jsir realta' fl-iqsar żmien possibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġetti turistiċi li hemm maħsuba mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għall-inħawi tal-Qawra, Salina, Buġibba u San Pawl il-Baħar huma dawn: · Tisbiħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Bahar Dan il-proġett, li huwa ppjanat li jeħtieġ madwar sena biex jitlesta, jinvolvi it-titjib tal-bankini u l- promenade u jibda minn ħdejn il-kappella ta’ San Pawl, ikompli minn maġenb il-Menqa, is- Sirens u t-Torri ta’ Wignacourt u jispiċċa qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl. · Faċilità edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra Dan il-proġett, li ser jieħu madwar sentejn, ser ikun jinkludi ġnien b’ landscaping u b’ seating li ser joħloq spazju miftuħ ta’ ċertu kobor minn fejn il-pubbliku jista’ igawdi veduti tal-baħar. Ser jipprovdi ukoll żewġ attrazzjonijiet li ser ikunu akkwarju u mużew ta’ l-arkeoloġija marittima. Il-binja ser tkun taħt il-livell tat-triq. Faċilitajiet oħra li ser ikunu pprovduti huma teatru Grieg u ċentru għall-Iskejjel tad- Diving . · L-iżvilupp u titjib tal-bajja fil-Qawra Dan il-proġett ser jinvolvi tkabbir tal-bajja bir-ramel u interventi oħra mal-kosta. Dan ser jieħu madwar tlett snin biex jitlesta. Dawn it-tlett proġetti huma maħsuba li jsiru minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea u l-Awtorità qiegħda tistenna l-konferma min-naħa tal- PPCD biex tkun tista’ tibda dawn il-proġetti. Sadanittant ix-xogħol ta’ tħejjija min-naħa ta’ l- MTA jibqa’ għaddej.

Remissi taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liġi li tirregola l-ftuħ ta' remissi għaż-żwiemel, cioe' jekk dawn jistgħux jinfetħu fl-abitat u fl-ibliet tal-Kottonera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.