Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċimiterju ta' l-Addolorata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li se jsiru fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata? Meta huwa maħsub li jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm hu stmat li se jqumu dawn ix-xogħlijiet? Min se jkun qed iwettaq dawn ix-xogħlijiet, impjegati tal-gvern jew kuntratturi privati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li x-xogħlijiet li qed jiġu ppjanati li jsiru fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata huma xogħlijiet ta' konservazzjoni, restawr u tiswijiet ta' strutturi, fosthom il-kappella gotika u prinċipali fiċ-ċimiterju, toroq u passaġġi li s-snin u n-natura ħallew fuqhom il-marka tagħhom bħala deterjorazzjoni fil-ġebla u ħsarat oħra. Dan ix-xogħol jitlob li jiġi mwettaq b'attenzjoni partikolari u reqqa. Għaldaqstant ix-xogħol li ser isir mistenni jieħu mhedda ta' snin. Xogħolijiet bħal tiswijiet ta' toroq u ħażna ta' l-ilma taħt l-art kif ukoll id- distribuzzjoni ta' l-ilma, diġa bdew u mistennija li jimxu l-quddiem b'pass mgħaġġel. Sa fejn huwa possibli x-xogħolijiet ser isiru mill-impjegati tal-Gvern u entitajiet pubbliċi. Huwa diffiċli li wieħed jagħti stimi ta' kemm ser iqumu dawn ix-xogħlijiet li ma humiex ta' natura ta' produzzjoni iżda fihom ħafna xogħol ta' lavur u arti.

Malta Shipyards — Kuntratt mal-Fairmont

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal l-istħarriġ ta' l-awdituri barranin dwar x'mar ħażin fil-kuntratt li għamlet il-Malta Shipyards mal-Fairmount? Meta ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Min qed jagħmlu? B'liema terms of reference? Meta se jkun lest?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq Tabone Mallia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li trid tieħu l-ADT biex Triq Mallia Tabone fid-daħla tagħha min Triq il-Kbira, fil-Mosta tkun tista' tinfetaħ fejn irid jitwaqqa ħajt li diġa' nofsu mġarraf u madwaru qed jinġabar ħafna skart?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li parti mit-triq fejn hemm mibni l-ħajt imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadha tal-privat. Din il-parti tat-triq trid tinxtara minn min żviluppa l-art skond ir-rekwiżiti ta’ Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta. Uffiċċjali ta’ L-ADT fix-xhur li għaddew iltaqgħu mas-sidien konċernati fuq dan il-każ fejn ġie spjegat lilhom x’inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita.

Mosta- Bus Stops

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa permezz ta' l-ADT li jara li fil-bus stops fil-Mosta, kemm fil-pjazza ewlenija kif ukoll fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Triq il-Kostituzzjoni u Vjal l-Indipendenza jkollhom numri tar-rottot rispettivament għal kull bus stop? Jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li qed isibuha diffiċli liema bus stop se jużaw.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #782 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Tiżjin ta' Siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiżjin mas-siġar li hemm max-Xatt ta' Sliema sa San Giljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Terapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema ċirkustanzi jiġu provduti terapisti fid-djar ta' anzjani/persuni b'disabilita' mingħajr ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura’ fil-Komunita’ jipprovdi terapisti fid-djar ta’ l-anzjani fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn taħt: 1. lil dawk il-pazjenti illi wara li joħorgu mill-isptar, jkollhom bżonn l-għajnuna tat-terapista sabiex l-indipendenza fiżika tagħhom tiġi għall-aħjar. Minħabba li l-kundizzjoni tagħhom tkun għadha hekk fraġili, din ma tippermettilhomx li jivvjaġġaw. 2. lil pazjenti li r-restrizzjonijiet strutturali li għandhom ġewwa djarhom jservi ta’ periklu jekk dawn joħorġu. 3. lil carers illi jkollhom bżonn għajnuna, support u direzzjoni sabiex dawn ikunu jistgħu jkomplu jieħdu ħsieb il-pazjent.

Mewt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007? Kemm minnhom kellhom anqas minn 65-il sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Refuġjati mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu refuġjati l-Qorti sena b'sena f'dan l-aħħar 10 snin? X'kienu l-akkużi? Kemm minnhom instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Dħul fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fid-djar ta' l-anzjani, kif ukoll f'San Vinċenz?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-waiting list għad-dħul fid-djar ta' l-Anzjani tal-Gvern sal-31 ta' Mejju 2008 hija ta' 1,090. Informat ukoll li dwar il-waiting list għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tal-Mistoqsija numru 585.

Vista ta' l-Għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l- waiting list u t-total ta’ pazjenti li qed jistennew biex jingħataw is- servizz għal vista ta’ l-għajnejn fic- Ċentri tas- Saħħa hija kif tidher hawn taħt. · Gżira - Frar 2009 - 800 pazjent · Mosta - Mejju 2010 - 2595 pazjent · Qormi - Jannar 2010 - 900 pazjent · Floriana - Gunju 2010 - 2200 pazjent · Paola - Novembru 2009 - 1900 pazjent · B’Kara - Marzu 2009 – 665 pazjent Ma jingħatax servizz għal visti ta’ l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Bormla u r-Rabat. Nixtieq ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proċess attwali biex din il- problema ta’ dewmien tiġi riżolta.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi protocol biex anzjani 'l fuq minn 72 sena b'pensjoni minima ta' madwar €317 fix-xahar jingħataw xi għajnuna addizjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li dawk il-pensjonanti li jagħlqu 72 sena u, flimkien mal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, jirċievu wkoll pensjoni tas-servizz, issirilhom stima mill-ġdid tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, fejn ma jiġix ikkalkulat 50% tal-parti kkomutata tal-pensjoni tas-servizz. Dan jista’ jirriżulta f’żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Ta’ min iżid ukoll li persuna li ddħul tagħha hu limitat għall-pensjoni bir-rata indikata mill-Onor. Interpellant, normalment tkun intitolata wkoll għall- allowance supplimentiari mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.

St Julians — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jivverfika jekk il-Belgravia Auction Gallery, f'Main Street, St Julians għandu xi reserved parking jew loading/unloading bay għalih biss. U jekk fl-affermattiv, b'liema kriterji dan għandu d-dritt u ħwienet oħra le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #816 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Gallariji ta' l-injam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, lokalita' b'lokalita', għal għajnuna mill-MEPA sabiex jiġu rranġati gallariji ta' l-injam fi skema li kienet ħarġet ftit tax-xhur ilu? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u kemm minn dawk ipproċessati ġew aċċettati. Jista' jgħid jekk dawk li ġew aċċettati għandhomx terminu sabiex ilestu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, skond il-kundizzjonijiet li kien hemm fuq il-fuljett ta’ l-applikazzjoni, x-xogħlijiet fuq il-gallariji kellhom jibdew mhux aktar tard minn sitt xhur mit-tħabbir tar-riżultat tal-kompetizzjoni u kellhom jitlestew sa mhux aktar tard minn sena wara l-istess data. Billi kien hemm hafna applikazzjonijiet, ser jiġi estiż iż-żmien u dan minħabba li jidher li l-mastrudaxxi ma jistgħux ilaħħqu ma’ l-ordnijiet kollha tal-gallariji fi żmien sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Toroq mogħtija ż-żebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT sabiex toroq arterjali jkollhom is-sinjali tat-traffiku mogħtija ż-żebgħa sabiex jibqgħu jidhru? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex il-pjazza ta' l-Imsida jkollha sinjali tat-traffiku miżbugħa mill-ġdid ladarba wara x-xogħol li sar dan l-aħħar, is-sinjali ma baqgħux jidhru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #820 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Ħruġ ta' permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ta' żvilupp ħareġ mill-MEPA skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Att Legali Nru. 71 ta' l-2007 fejn skond dan l-Avviż Legali hemm il-ħtieġa ta' żvilupp komprensiv u li jinvolvi diversi sidien ta' l-artijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta ġew approvati l-emendi tal-konfini ta’ l-iżvilupp, ġew approvati total ta’ 124 applikazzjoni fit-termini ta’ l-Avviż Legali 71 ta’ l-2007.
Leg 11 PQ #826 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Eta'/Sess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri sentenzjati fl-2007 skond gruppi ta' etajiet u s-sess tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Intepellant qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #827 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Sentenza skontata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm priġunieri sentenzjati fl-2007 kienu skontaw sentenzi qabel (minn waħda sa tmienja u aktar)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ir-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #828 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu twal is-sentenzi tal-priġunieri li ġew issentenzjati fl-2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #829 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Sentenzi oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-sentenzi l-oħra - apparti dawk karċerarji - li ngħataw il-priġunieri sentenzjati fl-2007? Per eżempju, acquittals, suspended sentences, probation, fine/multa, court orders, declared insane, extradited, deported)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #830 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati tal-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-reati li għalihom ġew misjuba ħatja l-priġunieri li ġew sentenzjati fl-2007 skond is-sess tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.