B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet bejn il-Gvern u t-tliet kunsilli lokali li ma jipprovdux is-servizz ta' bring-in-sites sabiex dawn jibdew jipprovduh? Jista' jgħid jekk dan is-servizz hux prerogattiva assoluta tal-kunsill lokali konċernat jew jekk il-gvern ċentrali jistax jintervjeni sabiex joffri s-servizz hu jekk il-kunsill lokali jibqa' ma jipprovdihx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-materja qed tiġi evalwata fid-dawl tal-kuntratti l-ġodda li għandhom jinħarġu għas-servizz tal-ġbir ta’ skart kemm domestiku u dak separat. Il-Kunsilli msemmija ser ikunu involuti direttament fl-iskema globali dwar is-separazzjoni ta’ skart.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tas-social workers ta' l-Aġenzija Appoġġ fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Qed isir assessment komprensiv minn dawn il-professjonisti fl-ewwel ġranet meta persuna tidħol f'dan il-post bħala priġunier? Qed isir pjan ta' azzjoni ma' kull priġunier li fih ikun hemm indikat kif dan jista' jirċievi għajnuna prattika waqt li hu jkun qed jiskonta s-sentenza tiegħu? Qed isir after care service ma' l-ex-priġunieri kollha? Qed ikunu megħjuna fil-prattika l-familja ta' kull priġunier?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ewwel assessment soċjali ta’ persuna meta tidħol fil- Faċilita Korrettiva ta’ Kordin isir minn ħaddiem soċjali u żewg psikologi mpjegati ma’ din il-Faċilita’. Dan it-team jidentifika dawk il-każijiet li jkunu ser jiġu riferuti lill-ħaddiema soċjali ta’ l-Aġenzija Appoġġ.
Ix-xogħol tal-ħaddiema soċjali ta’ l-Aġenzija Appoġġ jikkonsisti f’sapport lill-priġunieri li jiġu riferuti lilha waqt li dawn ikunu qegħdin jiskontaw is-sentenza, kif ukoll preparazzjoni għall-integrazzjoni tagħhom lura fil-komunita. Dan jinkludi għajnuna fuq problemi dwar relazzjonijiet ma’ membri tal-familja jew nies oħra, problemi ta’ saħħa, u abbuż ta’ droga jew alkoħol. L-Aġenzija Sedqa ukoll tipprovdi servizz speċjaliżżat lill-priġunieri, fosthom billi tagħmel programmi ta’ riabilitazzjoni fil-Kommunita’ Sta. Marija.
Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol mal-familji tal-priġunieri, fejn meħtieġ, normalment isir minn ħaddiema soċjali f’servizzi oħra ta’ l-Aġenzija Appoġġ u mhux minn dik li xogħol prinċipali tagħha hu mal-priġunieri.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu ppubblikati r-riżultati ta' l-intervisti li saru lil persuni li applikaw għall-Uffiċjal Edukattiv? Kemm applikaw u għal liema suġġett jew livell u kemm se jiġu magħżula għal kull suġġett u livell? Min kienu l-persuni li għamlu l-intervisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proċess għadu mhux finallizzat. Intefgħu 70 applikazzjoni, fejn kien hemm min applika għal aktar minn suġġett wieħed filwaqt li kien hemm 6 applikazzjonijiet li ġew irtirati. Żewġ applikanti li applikaw għall-Franċiż ġew avżati li l-post ma kienx vakanti. Dawk magħżula jistgħu jkunu assenjati fis-settur primarju u/jew f’dak sekondarju. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-suġġetti , kemm applikaw għalliema għalihom u l-lista tal-Bord li għamel l-intervisti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux permess li skejjel jiddettaw mingħand min jixtru affarijiet li jkunu meħtieġa għall-iskola fosthom uniformijiet, żraben, kotba u ħwejjeġ oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li mhix il-politika tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-iskejjel jiddettaw mingħand min jixtru l-affarijiet li jkunu meħtiega għall-iskola.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Rapporti fuq għalliema/membri ta' l-istaff
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura addottata tal-Ministeru u tad-Direttorati ta' l-Edukazzjoni meta jirċievu telefonati jew ittri anonimi biex jagħmlu xi rapport jew ieħor, inkluż rapporti fuq għalliema jew membri ta' l-istaff oħra? Dawn jiġu nvestigati jew injorati? Il-policy addottata hija konformi ma' dik li qed tiġi addottata mill-bqija tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li meta jidħlu allegazzjonijiet anonimi lid-Direttorati Edukattivi dawn jiġu investigati u jittieħdu l-passi neċessarji. Ma jistax jingħata feedback lil min ikun għamel l-allegazzjoni peress li dan jibqa’ anonimu u xi drabi l-investigazzjoni tkun limitata peress li ma jkunx hemm identita’ ta’ min qed jagħmel l-allegazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Prinċipali tal-Kulleġġi għandhomx jieħdu ordnijiet mingħand impjegati fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru jew inkella mingħand id-Diretturi Ġenerali u/jew uffiċjali għolja oħra ta' l-istess direttorati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nifhem li bejn is-sezzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura. Żgħażagħ u Sport għandu jkun hemm sinerġija sħiħa għal ġid ta’ l-istess Ministeru u d-diversi benefiċċjarji tiegħu.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li n-numru tat-telefon li jidher fuq il-letterhead tal-Water Services Corporation 21249851-7 ma' tista' taqbad qatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numri tat-telefon (21249851-7) li semma L-Onor. Carmelo Abela, ilhom li inbidlu minn Mejju 2007. In-numru l-ġdid hu 22445566.
Lis-stationery kollu tal-Korporazzjoni inbidel ukoll ma l-introduzzjoni tan-numru ġdid.
Barra minn hekk il-Korporazzjoni kienet infurmat lill-pubbliku bil-bidla ta' dan in-numru permezz ta' avviżi fil-gażżetti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkwilini li kellhom il-ħwienet tagħhom fl-Mġarr Harbour u li kellhom il-kirja tagħhom terminata minħabba l-proġett tat-terminal tal-Mġarr, dawn sejjer jingħataw garage mill-ħamsa li hemm vojta wara li nbnew ġodda biex jużawh għal skopijiet tal-kummerċ, bħalma dawn l-individwi kienu jeżerċitawh qabel? Dan anke, in vista, tal-policy tal-Gvern maħruġa fl-1/8/2001 dwar id-disposal of non-residential government property through letting. reletting amd emphytheutical concessions.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, peress li l-iżvilupp li sar fil-port tal-Imġarr Għawdex sar kollu mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta, u peress li l-imsemmija Awtorita’ għada m’ghaddiet l-ebda parti mill-proprjeta’ in kwistjoni lit-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern, din it-Taqsima mhix f’posizzjoni li tikkunsidra talbiet sabiex il-garaxxijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jingħataw bħala alternattiva lil xi terza parti.”
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarx il-programm tat-toroq li se jiġi ffinanzjat mill-UE? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq magħżula u meta hu ippjanat li se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Proġetti li s'issa jiffurmaw parti mill-programm li qed jittressaq għall-finanzjament mill-EU li ġew approvati s’issa huma l-applikazzjoni għall-bini mill-ġdid ta’ żewg toroq distributorji, il-‘by-pass’ ta’ Wied l-Għajn u Haż-Żabbar u ta’ Triq il-Belt Valletta, Żurrieq ġiet milqugħa.
Ix-xogħol għal-bini mill-gdid tal-‘by-pass’ ta’ Wied il-Għajn huwa maħsub li jibda lejn il-bidu tal-2009, filwaqt li dak fuq Triq il-Belt Valletta, Żurrieq huwa maħsub li jibda lejn nofs tal-2009. Il-bqija tal-programm ta' xogħolijiet jitressaq skond l-iskadenza normali ta' programmazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 281 u jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq it-Torri, Sliema li ġie mwaqqaf biex issir trinka ta' Enemalta għal ħanut partikolari? Jista' jinfurmani meta dan se jitkompla għaliex dan suppost diġa' sar u m'hemm l-ebda risposta bil-miktub minn uffiċjali tal-ADT għal mistoqsijiet tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema u għar-residenti? Kienet ippjanata wkoll li ssir bankina ġdida ġo Triq it-Torri, Sliema li tagħti lejn ix-xatt, jista' jinfurmani meta dawn ix-xogħlijiet se jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li bħalissa x-xogħol huwa wieqaf peress li qed jiġu riveduti xi talbiet għal varjazzjonijiet li saru fuq parti mix-xogħolijiet.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li l-bankina l-ġdida ppjanata fi Triq it-Torri hija parti minn proġett akbar li ser isir minn Ministeru ieħor.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-MEPA għal bini ta' torrijiet (skyscrapers) dawn l-aħħar ħames snin? Fejn huma qegħdin is-siti ta' dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew approvati, kemm rifjutati u kemm hemm pendenti sal-lum quddiem il-MEPA?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-gvern bla job description allavolja ilhom hemm bosta snin? Hemm xi żmien stipulat fejn dawn in-nies se jirċievu dan il-job description?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 45 uffiċjali pubbliċi li baqgħu fil-grad sustantiv ta’ Officer in Grade/Scale għal raġunijiet diversi li jinkludu uffiċjali pubbliċi li:
(i) temmew il-kuntratt tagħhom f’Top Structure Positions jew f’Segretarjati Privati ta’ Ministri/Segretarji Parlamentari;
(ii) ġew assimilati wara li waqfu jagħmlu xogħol skond il-grad tagħhom;
(iii) għamlu snin sekondati mas-Servizz Pubbliku minn ma’ kumpaniji parastatali u ingħataw grad fis-Servizz Pubbliku komparabbli mal-livell ta’ responsabbiltà skond id-dmirijiet li kienu jwettqu.
Dawn l-impjegati pubbliċi xorta jagħmlu xogħol fil-livell ta’ l-iskala ta’ salarju li jirċievu, u jistgħu japplikaw għal sejħiet t’applikazzjonijiet skond ir-rekwiżiti ta’ l-eliġibilità.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-gvern se jipproċessa l-iskemi ta' l-Għawdxin dwar art agrikola tal-gvern sabiex dawn jiġu rikonoxxuti bħala inkwilini mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li r-rikonoxximent ta' l-inkwilini ta' l-art agrikola mhux il-kompitu tal- Ministeru ghal Ghawdex nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 541 u cioe' b'riferanza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 370, jista' jara li l-ADT tivverifika t-traffic humps li hemm fejn l-iskola sekondarja ta' l-Imrieħel, kif ukoll fi Triq it-Tabib Zammit, Ħal Balzan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali ta’ l-Awtorita’ Dwar It-Trasport ta’ Malta irrizulta li gej:
·
Flat Topped Road Humps
fi Triq B. Bontadini Birkirkara: iz-zewg
humps,
approvati mit-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku, ma gewx mibnija skond l-istruzzjonijiet u l-approvazzjoni mahruga mill-istess taqsima.
·
Flat Topped Road Humps
fi Triq Tabib Zammit, Balzan: iz-zewg
humps,
approvati mit-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku, ma gewx mibnija skond l-istruzzjonijiet u l-approvazzjoni mahruga mill-istess taqsima.
Ghaldaqstant l-Awtorita’ Dwar It-Trasport ta’ Malta ser tiehu l-passi necessarji f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 591 u jgħid meta se jsir ix-xogħol fit-toroq hawn taħt indikati kif intqal fil-fuljett li tqassam mill-ADT għall-bini ta' toroq residenzjali bejn l-2006 u l-2008 fl-Imsida?
Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg
Parti min Triq il-Ġostra
Sqaq Santa Venera
Triq Ġdida fi Triq il-Kunzar
Sqaq Casolani
Triq Ġdida fi Triq il-Knisja.
Response (GATT, AUSTIN)
Għada ma ġietx iffissata data meta għandu jinbeda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala x-xogħol ta' pavimentar fil-pjazza ta' Paceville li tlesta ftit snin ilu issa qiegħed jinqala' u jerġa' isir? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta' pavimentar fil-pjazza, qiegħed jinqala għax f'partijet minnu l-iktar fejn jintuża minn vetturi tqal, kien hemm "settlement" tal-pavimentar u dan straħ. Jidher li l-axial loading ta’ dawn il-vetturi u l-immanuvrar tagħhom ma kienx ittieħed in-konsiderazzjoni fil-kalkoli li kienu saru.
Ix-xogħol ser jiswa' €74,547.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-MTA tagħżel numru ta' ħwienet fi bliet u rħula ta' interess turistiku u jkunu jistgħu jservu ta' sub-information office fejn it-turisti jkunu jistgħu jistaqsu l-informazzjoni li jkollhom bżonn u ta' dan b'xi mod dawn il-ħwienet ikunu mogħtija pagament għas-servizz li joffru?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 540 u jgħid meta se jitlesta x-xogħol mill-WSC fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, fejn għalkemm il-katusi ta' l-ilma tqiegħdu ġimgħat ilu,sal-lum il-patching permanenti għadu ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru testijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fuq il-backfilling/leanmix tat-trinek biex il-Korporazzjoni tassigura ruħha li x-xogħol huwa tajjeb. Malli jkun hemm riżultat pożittiv, il-wiċċ permanenti jingħata fuq it-trinek. Dan mistenni jsir fil-ġranet li ġejjin, dejjem jekk it-testijiet ikunu pożittivi.
B'riferenza għar-risposta supplimentari għall-mistoqsija parlamentari 198, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi l-area ta' Wied il-Għajn li hi meqjusa zona kostali mill-Awtorita' tat-Turiżmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, għal fini ta’ “Moniteraġġ taż-Żoni Turistiċi” (Tourism Zone Monitoring), għandha sitt żoni turistiċi. Waħda minnhom hija ż-żona kostali kollha tal-Gżejjer Maltin. Għaldaqstant, Wied il-Għajn jagħmel parti minn din iż-żona.
L-aktar areas importanti għal fini ta’ moniteraġġ huma ż-żoni ċentrali tal-lokalità fosthom Triq iż-Żonqor, Pjazza Dun Tarċis Agius, Misraħ Mifsud Bonnici, Triq ix-Xatt, Triq is-Salini, Torri San Tumas u Bajja San Tumas.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 352 u jgħid kemm kien id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur Ottubru, Novembru, Diċembru 2007 u Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 352.