Persuni li ddaħħlu l-Emeġenza kawża ta' inċident ta' traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċidenti tat-traffiku matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta’ każijiet li ddaħħlu fl-isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Marżu 2012 fejn korriment ta’inċident tat-traffiku (Land Transport Accidents ICD-10 Code V01-V89) kien irreġistrat bħala discharge diagnosis, ammontaw għal 78.
Importanti li wieħed jgħid li dan in-numru ma jinkludix dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta’ l-isptar.
Persuni li ddaħħlu l-emerġenza kawża ta' inċidenti fuq il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċidenti fuq il-baħar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-emerġenża kawża ta’ inċident fuq il-baħar matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-baħar.
Skejjel statali — btieħi u grounds li għadhom bis-cement jew art iebsa tar-ramel
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull skola statali f'Malta li l-bitħa/ground tagħhom għadu bis-cement jew b'art iebsa tar-ramel? Meta hemm il-ħsieb li l-art tinkesa b'mod li ma tkunx iżjed perikoluża għat-tfal meta jilagħbu fuqha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti rreġistraw għall-foundation course tal-MCAST u kemm minnhom temmew b’suċċess il-foundation course għal kull sena li ilu jsir dan il-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-istudenti li rreġistraw għall-foundation course temmew xi kors full-time jew għadhom isegwu kors full-time fl-MCAST, sena b’sena kemm ilu jsir il-foundation course
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li dan ix-xogħol irid isir manwalment u jieħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti rreġistraw għal korsijiet full-time fl-MCAST u kemm minnhom temmew b’suċċess il-kors li bdew, kors’ b’kors, minn kemm ilu jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jinvestiga l-possibilità li l-linja kontinwa bajda li hemm fuq il-bridge tal-Mistra, tinbidel f'waħda li tkun tippermetti li jkun hemm overtaking (almenu f'partijiet minnha), għaliex huma bosta s-sewwieqa li qed jinqabdu wara trakkijiet kbar, u/jew jiksru l-liġi, jew jibqgħu għal ħin twil wara dawn l-istess trakkijiet, bi frustrazzjoni kbira għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linja tan-nofs tal-karreġġjata ta' fuq il-pont tal-Mistra hi kontinwa għal raġunijiet ta' sigurtà minħabba li l-linji ta' viżibilita' u l-wisa` tat-triq ma jippermettux li vettura taqla’ vettura oħra b'mod sikur.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet minn kunsilli lokali, bejn April 2011 u April 2012, biex jiġu stabiliti parking areas bi ħlas fil-lokalitajiet tagħhom? Liema kienu dawn il-kunsilli u kemm mit-talbiet ġew milqugħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm talba waħda mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Din għadha pendenti wara li tressqet lit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma r-reġjuni (skont l-att dwar il-kunsilli lokali) li għandhom vaganzi għal xi impjegati li suppost hemm magħhom? F'kull każ kemm ilhom vakanti dawn il-postijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li hemm vakanza waħda fil-Kumitati Reġjonali Ċentrali għal skrivan fi Skala 15. Saret sejħa nterna biex timtela’ din il-vakanza skont ir-Regolamenti tar-Riżorsi Umani tal-Kunsilli Lokali. Il-Kumitat Reġjonali konċernat għamel is-sejħa wara li ħass il-ħtieġa li jkollu skrivan hekk kif elenkat f’Memo 7/2012 tal-25 ta’ Jannar, liema Memo qed inqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema inizjattivi qed jitħaddmu miċ-Ċivil, biex persuni li huma mpjegati mal-gvern ikunu jistgħu jaħdmu, kemm mid-dar, kif ukoll on reduced hours, biex filwaqt li jlaħħqu mal-bżonnijiet tal-familji tagħhom, ikunu jistgħu, fl-istess ħin, ikomplu jaħdmu u jaqilgħu l-flus għall-ħteġijiet differenti li jista' jkollhom? Kemm minn dawn il-persuni huma rġiel u kemm huma nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fost il-miżuri favur il-familja li ħa dan il-Gvern li qed jitħaddmu fis-Servizz Pubbliku, t-telework u skedi b’sigħat imnaqqsa jippermettu lill-uffiċjali pubbliċi li jkomplu jsibu bilanċ aħjar bejn id-dmirijiet u l-bżonnijiet tax-xogħol u tal-familji tagħhom. Ninsab infurmat li bħalissa hemm 555 impjegat fis-Servizz Pubbliku li qed jaħdmu bit-telework, li minnhom 497 huma nisa u 58 huma rġiel. In-numru ta’ impjegati li jaħdmu fuq skeda b’sigħat imnaqqsa jlaħħaq id-918, li minnhom 859 huma nisa u 59 huma rġiel.
Awtorità tad-Djar — Użu ta' bini residenzjali - skemi marbutin ma' restawr
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi marbutin mar-restawr, għal skop ta' użu mill-ġdid ta' bini residenzjali qed jiġu mħaddma bħalissa mill-Awtorità tad-Djar? Kemm kien hemm talbiet għal dawn l-iskemi, f'liema lokalitajiet, bin-numru ta' kull lokalità, u kemm ibbenefikaw s'issa?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-limsemmija skema ma titħaddimx mill-Awtorità tad-Djar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33364 dwar konsulent tal-Air Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn tħallsux mill-gvern u allura minn fondi pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpleant illi l-inofrmazzjoni mutlba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal il-benefiċċju tal-enerġija sa din is-sena, kemm kienu l-persuni jew familji li bbenefikaw minn dan il-benefiċċju? jista' jgħid ukoll kemm kienu allokati flus sena b'sena u kemm minn dawn il-benefiċċji ġew imsarrfa? Jista' jgħid kemm kien l-akbtar benefiċċju u l-anqas ammont li kien hemm voucher minnhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
SENA
NUMRU TA’ TALBIET MINN FAMILJI LI BBENEFIKAW
AMMONT TA’ FLUS ALLOKATI
€
AMMONT TA’ FLUS IMSARRFA
€
L-GĦOLA VAWĊER
€
L-INQAS VAWĊER
€
2007
28304
2,004,248.37
2,004,248.37
871.8
0.56
2008
29639
2,651,334.17
2,651,334.17
1,220.52
0.20
2009
29308
4,384,301.23
4,383,188.04
2,215.71
0.55
2010
28622
4,528,116.02
4,482,164.21
2,539.25
0.51
2011
27899
4,575,506.29
4,058,062.53
2,332.20
0.53
2012
26096
2,854,141.55
208,865.05
5,424.73
0.51
Din l-istatistika qed tinkludi dawk il-vawċers li joħorġu lil każi umanitarji fejn l-ammont tal-vawċer mhux limitat. Għalhekk fil-kolonna l-ogħla vawċer dawn il-pagament zgur huma ta’ każi umanitarji (fejn hemm persuni b’diżabilità li minħabba d-diżabilità jkollhom jagħmlu użu eċċessiv tad-dawl).
Barra minn hekk irid jingħad li lanqas ammont ta’ vawċer ivarja peress li d-dritt għal benefiċċju jvarja skont jekk il-kont hux estimu jew le. Għalhekk matul is-sena fuq kull talba issir evalwazzjoni u jista’ jkun li fl-aħħar kont tas-sena partikolari ssir rikonċiljazzjoni u l-ammont li jkun dovut fl-aħħar jkun ammont żgħir bħal dawk li jidhru fit-tabella.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34535, 33962 u 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34476 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34475 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu kif ukoll l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadhom qed jiġbru l-informazzjoni u din tingħata f’xi seduta oħra.