Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 675 u jgħid kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-jottijiet u mill-ajruplani rispettivament? Kemm hija s-sisa li tħallas l-Enemalta kull sena fuq il-fuel oil?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi:
a. It-taxxa ta’ l-importazzjoni (dazju) u sisa (excise) fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi hija kif ġej:-
Tip ta’ Fuel
Dazju (%)
Sisa (€/Lm)
kull 1000 litru
Unleaded petrol
4.7
404.38/173.66
Leaded Petrol (LRP)
4.7
523.18/224.60
Diesel
3.5
332.40/142.70
Biodiesel/Diesel Mix
3.5
332.40/142.70
b. Il-fuel li l-aktar jintuża mill-industrija huwa d-diesel u l-Light Cycle Oil (LCO). L-LCO għandu dazju ta’ 3.5% u sisa ta’ €96.79/Lm41.55 għal kull elf litru.
Ma hemmx rati speċjali ta’ taxxa ta’ dazju u/jew sisa għall-fuel li jintuża mill-industrija.
c. Il-jottijiet u l-ajruplani jużaw l-aktar diesel u pitrolju (kerosene) rispettivament. Il-pitrolju għall-ajruplani (JetA1) għandu dazju ta’ 4.7% u sisa ta’ €332.40/Lm142.70 għal kull elf litru. Il-fuel li jintuza għal vjaġġi ‘il barra minn Malta huwa eżentat mill-ħlas tas-sisa.
d. Is-sisa li tħallas l-Enemalta fuq il-fuel oil għall-generazzjoni ta’ l-elettriku hija ta’ €15.02/Lm6.45 għal kull tunellata metrika, li jammontaw għal madwar €114270/Lm49056 fis-sena.
· Id-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni li qed tintalab għaliex ħafna mid-distributuri tal-pompi tal-petrol jipprovdu wkoll bejgħ ta’ ‘spare parts’ u aċċessorji tal-karrozzi u fid-denunzja tal-VAT tagħhom il-bejgħ dikjarat jinkludi kollox flimkien.
· Id-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar kemm hi l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija għax l-industrija għall-finijiet ta’ VAT tirraporta l-spejjeż kollha tagħha flimkien.
· Informazzjoni dwar il-fuel li jintuża mill-jottijiet ma tistax tinghata għax kull provditur fl-ammonti rappurtati għall-VAT ma jaqsamx il-provisti tiegħu f’ ammonti separati skond l-użu li jkun qed isir mix-xerrej.
Tista' l-Ministru tinfurmani fejn wasal il-proġett ta' 7-a-side pitch ġo l-iskola tal-Gżira? Hemm il-possibilita' li dan il-pitch, jew ieħor, jkun a dispożizzjoni tal-Gżira Football Club and Nursery li jinstab f'kondizzjoni mill-agħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li m’hemm l-ebda ftehim dwar xi turf pitch f’xi skola ta’ l-Istat tal-Gżira.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-MEPA li jinsabu sospiżi u kemm ilhom sospiżi mix-xogħol? Jista' jgħid dawn jekk hux qed jitħallsu jew le, u kemm qed jitħallsu jekk hux full jew part pay? X'inhi r-raġuni skond kull każ li dawn jinsabu sospiżi u min huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità preżentament għandha impjegat wieħed li jinsab sospiż fuq full pay. Ġie sospiż f’Ottubru 2003 minħabba li ġie akkużat li kkommetta atti kriminali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 74 dwar waiting list f'ċertu operazzjonijiet u l-istess dikjarazzjoni fit-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-passi li l-gvern beħsiebu jieħu fiż-żmien li ġej?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Peress li fil-leġislatura li għaddiet il-Ministru responsabbli mit-toroq kemm-il darba stqarr li t-Triq f'Sur Santa Liena Bormla kienet daqt issir u f'mistoqsija parlamentari 28739 li kienet tgħid:
"B'referenza għal mistoqsija parlamentari 24760 fejn il-Ministru qal li x-xogħlijiet fl-area ta' Sur Santa Liena, Bormla kienu mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin fejn anke ħarġet tender, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li llum 5 xhur wara li saret din il-mistoqsija għadu ma sar xejn? Jista' jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jdum?"
U l-Ministru rrisponda:
"Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT tikkonferma li xogħlijiet f'din it-triq se jinbdew fil-ġranet li ġejjin peress li kien hemm id-diskussjonijiet bejn l-entitajiet li ħadu daqsxejn żmien aktar milli mistenni. Dawn id-diskussjonijiet waslu fil-final u kif ikunu ffinalizzati l-kuntrattur jkun jista' jibda x-xogħol."
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jsir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħal kull triq oħra fil -lista 2006-2008, hemm impenn sħih mill-ADT li dawn jsiru fl-iqsar zmien possibli skond il-meżżi finanzjarji disponibli u skond il-prijoritajiet. Minħabba raġunijiet ta’ natura amministrattiva il-kuntattur kif wkoll l-appalt tax-xogħolijiet kellhom jinbidlu u x-xogħol fuq l-imsemmi triq hu fil-pjani kurrenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir x-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha, u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 1.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq ix-Xatt , Bormla (Bormla Wharf), liema triq tinstab fi stat diżastruż, triq li minnha jgħaddi kulmin irid imur lejn il-proġett tal-Cottonera Waterfront u lejn il-Birgu u l-Kalkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-obbligu legali għall-manutenzjoni ta' din it-triq hija tal-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm 68 ħatra ġdida b’effett mit-8 ta’ Marzu 2008 sal-lum fis-Servizz Pubbliku.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li tinkludi n-numru ta’ ħatriet f’kull nomenklatura kif ukoll is-salarji u l-benefiċċji, kif applikabbli. Dettalji personali tħallew barra għal raġuni ta’ etika.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Triq tas-Sliema, Kappara, San Gwann hux qegħda f'xi programm ta' rranġar tat-toroq bħala triq prinċipali u iżjed issa bit-traffiku li jgħaddi għall-iSptar Mater Dei? In vista ta' l-istat ħażin li t-triq tinsab fiha, jista' jikkonsidra li jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT taf bis-sitwazzjoni ta' din it-triq u sa tagħmel minn kollox sabiex tiddaħħal fil-lista tax-xogħolijiet li għandhom jsiru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u fil-każ meta ser issir mill-ġdid Triq il-Labour f'Haz-Zabbar li tinsab fi stat ħażin ħafna speċjalment dik il-parti ta' Triq tal-Labour, minn Triq Bormla sa Triq il-Madonna Medjatrici?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li xogħlijiet ta ‘temporary remedial works’ bil-‘cold asphalt’ saru f’Diċembru 2007 u f’Jannar 2008. Din il-parti ta’ Triq tal-Labour qiegħda tingħata priorita' fil-programm ta’ xogħolijiet bil-‘hot asphalt’ li għandna ppjanati.
Ix-xogħolijiet jkunu jistgħu jsiru meta tenders għal dawn ix-xogħlijiet jkunu approvati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali, lokal lokal u jgħid x'kienu l-kontravenzjonijiet matul is-sena 2007, xahar b'xahar, u f'Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 486.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 181 u cioe': Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 181.
In vista tal-fatt illi huwa previst li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed jogħla u se jibqa' jogħla fil-futur qarib u kif ukoll minħabba li hemm previżjoni li anke l-prezzijiet ta' ċereali u qmugħ se jkompli jogħla, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri prekawzjonali se jieħu l-gvern biex inaqqas jew ixejjen l-impatt ta' din iż-żieda fuq l-ekonomija Maltija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-dawl taż-żidiet straordinarji fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt kif ukoll ta’ diversi prodotti tal-ikel, fl-aħħar Budget, il-Gvern ta’ żieda antiċipata għall-għoli tal-ħajja ta’ EUR2.33 (Lm1) għas-sena 2008.
Il-Gvern qiegħed isegwi b’mod mill-qrib ħafna l-aħħar żviluppi fil-prezzijiet internazzjonali ta’ dawn il-prodotti. Speċifikament il-Gvern qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni kif qiegħda tevolvi sabiex jara li dawk l-aktar vulnerabbli finanzjarjament fis-soċjeta’ tagħna ma jsofrux b’mod disproporzjonat minn dawn l-iżviluppi li qegħdin iseħħu barra minn xtutna.
Il-Gvern qiegħed jara wkoll li ċ-ċaqliq fil-prezzijiet domestiċi qiegħdin jirrispondu b’mod ġust għal dawn ix-xokkijiet. Fil-fatt l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qiegħed ikun attiv iktar minn qatt qabel sabiex jiżgura li s-swieq lokali qegħdin jaħdmu sewwa sabiex ma jkollniex inflazzjoni żejda.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-triq prinċipali li mix-Xemxija twassal sal-Mellieħa (fuq il-bridge tal-Mistra) jiġi rranġat b'mod sew u permanenti, l-ħajt fuq naħa waħda ta' l-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li quddiem parti minn dan il-ħajt li waqa' ttella' ħajt bil-blokki tal-konkos. Partijiet oħra li jinsabu fi stat li jistgħu jaqgħu ser jiġu rranġati matul is-sajf.
Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Assigurazzjoni Privata
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, minbarra l-Awtorita’ Nazzjonali għax-Xogħol u l-isptar Monte Carmeli, kull Dipartiment u Entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ħallas xi tip ta’ assigurazzjoni inkuż dik li tkopri s-safar ta’ uffiċjali.
Ninsab infurmat ukoll li, minbarra l-assigurazzjoni msemmija għas-safar, li l-ammont tagħha jvarja skond in-numru ta’ safriet, iċ-ċifra globali li qed titħallas għal assigurazzjoni hi ta' €193,305.25 .
Tista' l-Ministru tgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Seduta Nru 14
(09.06.08)
Mistoqsija Parlamentari Numru 422/08
Assigurazzjoni Privata (Private Insurance)
Ħlas globali li qed jitħallas
Assigurazzjoni fuq il-karozza uffiċċjali tal-Ministru
Assigurazzjoni għal kull min isiefer fuq xogħol uffiċċjali tal-Ministeru
€ 1166.93 fis-sena
€ 380.89 fl-aħħar sena
Assigurazzjoni fuq il-bini taċ-Ċentru għall-NGO’s u ta’ dak kollu li hemm fih
Assigurazzjoni li tkopri 3rd party fuq persuni li jweġgħu meta jkunu fiċ-Ċentru għall-NGO’s
€ 121.12 kull sena
€ 58.24 kull sena
Tista' l-Ministru tgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-entitatjiet li għandhom xi forma ta’ Assigurazzjoni Privata huma : Institute of Tourism Studies (ITS), Kunsill Malti għall-Isport (KMS), Malta College of Arts, Science & Technology (MCAST), Universita’ ta’ Malta, Superintendence of Cultural Heritage, Heritage Malta, Malta Council for Culture and the Arts (MCCA), Public Broadcasting Services (PBS), u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS).Il-ħlas globali f’ċifra ta’ flus li qed titħallas għal assigurazzjoni hija ta’ EUR 232,159.00.