Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żurrieq — Football grounds

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed jieħu ħsieb iż-żewġ grounds li saru riċentement ftit qabel l-elezzjoni fiż-Żurrieq u x'inhi r-raġuni li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq minkejja li talab biex ikun jista' jamministrahom jew inkella jiġu devoluti lilu qatt ma ngħata tweġiba dwar dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jistenna li jingħata uffiċjalment l-amministrazzjoni tal-faċilitajiet sportivi msemmija. Sad-data li saret il-Mistoqsija mill-Onor. Interpellant, il-KMS kien għadu ma rċieva l-ebda talba uffiċjali mingħand il-Kunsill Lokali Żurrieq.

Ħal Qormi — Skola Sekondarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu lesti biex jintużaw il-lockers fl-iskola sekondarja ġdida ġewwa Ħal Qormi fejn jirriżulta li mhux it-tfal kollha għandhom locker minkejja li kien intqal li kull student se jkollu l-locker tiegħu? Tapprezza li dan il-fatt qed joħloq problemi għal ċertu studenti aktar minn oħrajn minħabba t-toqol tal-basket ta' l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-installazzjoni tal-lockers li ġew ipprovduti lill-Kulleġġ Sant’Injazju Skola Sekondarja Subien tal-Ħandaq baqgħet sejra sa Jannar 2008. L-użu ta’ dawn il-lockers jitlob organiżazzjoni tajba bbażata fuq regoli li jiżguraw: * it-tqassim personaliżżat tagħhom lill-istudenti; * ħinijiet stipulati għall-użu tagħhom mill-istudenti * superviżjoni ġenerali regolari min-naħa ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskola biex tiżgura li dawn jintużaw b’ responsabbilta’ u dixxiplina; * superviżjoni attenta ta’ x’jitqiegħed fihom mill-istudenti * sistema ta’ tqassim ta’ ċwievet, żamma tal-kopji tagħhom, ħlas ta’ kapparra biex tkopri t-telf taċ-ċwievet u tal-ħsarat. Jekk ma jkunx hemm sistema tajba f’postha li tieħu ħsieb timmanniġġja sewwa l-użu tal- lockers, din ir-riżorsa taf toħloq ħafna diżordni u abbużi fl-iskola. Din is-sena l-amministrazzjoni l-ġdida, qassmet il- lockers lill-istudenti l-ġodda ta’ l-ewwel sena. Dan l-arranġament mexa tajjeb ħafna. Din l-esperjenza issa tagħmilha possibli għall-amministrazzjoni ta’ l-iskola li, fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss, l-istudenti kollha jkunu jistgħu jagħmlu użu, b’mod dixxiplinat u responsabbli, minn locker allokat lilhom.

Knisja Parrokkjali taż-Żejtun — Restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk saritx xi talba mill-parroċċa taż-Żejtun lil min hu konċernat biex il-Knisja Parrokkjali tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta saret din it-talba u x'kienet it-tweġiba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s'issa Heritage Malta għadha ma' rċeviet ebda talba mill-Parroċċa taż-Żejtun dwar ir-restawr tal-knisja. Madankollu ninfurmak li bħalissa d-Diviżjoni tal- Konservazzjoni fi ħdan l-istess aġenzija qed tagħmel xogħol ta' restawr fuq l-Oratorju ta' l-istess knisja, proġett li ingħata lilha mill-parroċċa wara li kien hemm sejħa għall-offerti. Aktar tard matul is-sena ser ikun qed isir ukoll xogħol ta' konservazzjoni fuq il-qanpiena tal-bronż li kien hemm fil-kampnar ta' l-Oratorju.

Ħal Far — Adult Training Centre

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm nurse fl-Adult Training Centre ta' Ħal Far minħabba li qed ikun hemm numru ta' problemi marbuta ma' tqassim ta' pilloli minħabba li l-carers ma jistgħux jagħmlu x-xogħol ta' nurse anke minħabba l-fatt li mhumiex kwalifikati għal dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #768 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tal-vapur t'Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 349 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett tal-vapur t'Għawdex fil-Marfa, Malta u l-Imġarr Għawdex? Kemm kienet l-istima ġenerali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-progetti msemmija saru mill-Malta Maritime Authority, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

Registration tax

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 354 u jgħid kemm daħħal il-Gvern mir-registration taxtal-karozzi ġodda u second hand f'kull każ fis-sena 2007 u kull xahar minn Jannar sa April 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 527 u 528 għas-sena 2007. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għas-sena 2008.

European City Guide

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex jaġixxi kontra l-abbuż sfaċċat li qed isir mill-kumpannija bl-isem ta' European City Guide, liema kumpannija tgħid li hi bbażata f'Valenzia, Spanja u li qed tqarraq sfaċċatament bin-negozjanti Maltin u wara li tqarraq bihom titlobhom il-ħlas? X'assistenza qed jingħataw il-vittmi milquta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Community Service Order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet is-sena l-oħra fejn il-Qorti tat "Community Service Order" lil persuni ħatja għal xi reat? X'kien ix-xogħol li dawn in-nies kellhom iwettqu u kemm -il siegħa ingħataw kull wieħed? Min kien responsabbli li jara li dawn in-nies qed jagħmlu x-xogħol fil-komunita'?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fl-2007 inħarġu tlett Ordnijiet ta' Xogħol fil-Komunita' li kienu jinvolvu pwieni ta' 100, 100 u 240 siegħa rispettivament. Ix-xogħol kien jikkonsisti f'manutenzjoni f'dar residenzjali għal persuni b'diżabilita' (bħal tqegħid ta' madum, restawr ta' siġġijiet u xogħol fi ġnien) u xogħol fi ħdan kunsilli lokali (bħal żebgħa ta' sinjali ta' toroq, tqattigħ ta' ħaxix u tisbiħ ta' postijiet pubbliċi). F'kull każ ġie appuntat Uffiċċjal tal-Probation sabiex jieħu ħsieb is-superviżjoni ta' dawn il-persuni u jżomm kuntatt mal-placement provider fejn ikunu qed jitwettqu x-xogħlijiet.

Fare Speċjali mill-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 487 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Transport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Spiża totali f'Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 483 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa Mater-Dei minn mindu fetaħ xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u April ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-Isptar Mater Dei on a Cash Basis maħruġa mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €50,515,898. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f’Kolonna (1), fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li l-ammonti f’kollonna (1) ma jinkludux il-materjal mediku u farmaċewtiku li jidher f’Kolonna (2) – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital iżda jinsab taħt Programmi u Inizjattivi, Item 5400 Cost Centre G07 Government Pharmaceutical Services (GPS). Jekk ngħoddu dawn l-ammonti murija f’kolonna (2) ma’ dawk li jidhru f’kolonna (1) in-nefqa totali għal dal-perjodu titla’ għal 67,611,523 Ewro, kif qed jiġi spjegat f’kolonna (3).

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 356 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 409 u jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #783 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jerma Palace Hotel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx studju dwar l-impatt li kellha l-għeluq tal-Lukanda Jerma Palace fuq l-attivita' turistika f'Marsaskala? Sar xi sforz biex jiġi attirat investiment għal twaqqif ta' lukanda ġdida f'Marsaskala? X'qed isir biex it-turiżmu f'Marsaskala ma jmutx mewta naturali? Kuntent il-Gvern bil-livell ta' attivita' turistika f'Marsaskala?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

CVA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li għandhom targa (number plate) ta' pajjiż Membru ta' l-Unjoni Ewropea li m'huwiex Malta jħallsux ukoll taħt l-iskema tas-CVA meta jidħlu fil-Belt Valletta? Minn mindu ġiet introdotta din l-iskema, kemm hu l-ammont ta' flus li nġabar mis-CVA mingħand sidien ta' karozzi li m'għandhomx targa (number plate) ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tas-CVA tirrikonoxxi l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' Malta biss u ma tirrikonoxxix pjanċi ta' pajjiżi oħra inkluż dawk ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja. B'hekk ma nġabrux flus mis-CVA fuq dawn il-vetturi. Dan japplika għal dawk il-vetturi ta' turisti jew ta' sidien mhux residenti ġo Malta li għandhom permess temporanju biex ikomplu jużaw il-pjanċi barranin. Sidien ta' karozzi li huma residenti ġo Malta għandhom jirreġistraw il-vettura bi pjanċa Maltija

Abbużi minn Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rriżultaw każijiet ta' abbuż minn persuni li applikaw għal għajnuna soċjali wara li sseparaw mill-konjuġi tagħhom iżda nstabu joqgħodu fl-istess dar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onor. Interpellant. L-istatistika li tinżamm hi dwar kemm twaqqfu każijiet ta’ benefiċċji minħabba ksur ta’ provvedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Ninsab infurmat li n-numru ta’ dawn il-każijiet li twaqqfu bejn Jannar u l-aħħar ta’ Mejju 2008, kien ta’ 362.

Reġistrar għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rriżultaw każijiet ta' persuni li ma rreġistrawx għax-xogħol għal raġuni ta' mard, xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena? Kemm minnhom għamlu dan għal aktar minn darba,darbtejn, tliet darbiet, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tobba — Settur Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tobba li gradwaw mill-Universita' ta' Malta fl-aħħar ħames snin għadhom impjegati mas-settur pubbliku? Kemm minnhom ġeddew il-liċenzja tal-Kunsill Mediku din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ tobba li gradwaw mill-Universita’ ta’ Malta fl-aħħar snin u għadhom fis-Servizz Pubbliku huwa kif ġej : Sena Tobba Gradwati Għadhom fis-Servizz 2003 34 29 2004 65 58 2005 61 60 2006 44 44 2007 52 52 Informat ukoll li din is-sena kull tabib impjegat mas-settur pubbliku ġedded il-liċenzja mal-Kunsill Mediku skond l-Avviż Legali 330/2006.

Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqa' u reġa' ttella' bini tal-gvern fl-ibliet madwar il-Port il-Kbir f'dawn l-aħħar 20 sena lokalita' b'lokalita'? Kemm ittellgħu appartamenti, maisonettes lokalita' b'lokalita'? X'inhu ppjanat li jsir f'dawn il-lokalitajiet fis-snin li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma ‘l-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar 20 sena, ittellgħu b’kollox 673 appartament/maisonette ġdid u ġew rijabilitati 51 unit fil-Belt, il-Furjana u l-Kottonera. Proġetti ta’ rikostruzzjoni għall-futur (bil-permessi tal-MEPA) f’dawn l-istess ibliet, s’issa jkopru 104 unit oħra. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi d-dettalji lokalita’ b’lokalita’.

Myalgic Encephalomyelitis

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kondizzjoni ME (Myalgic Encephalomyelitis) tiżdied ma' dawk id-diżabilitajiet li għalihom jibbenefikaw mill-home help u mill-installazzjoni ta' lift?

Response (DALLI, JOHN)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mediċini li għadhom jiġu manifatturati li kienu jiġu mpurtati f'pajjiżna fl-2006 u li ma baqgħux fl-2007? Kemm minn dawn kienu jiswew anqas minn €7 (Lm3) kull pakkett? Kemm minn dawn qed jiġu provduti mill-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.