Legislature:
Category:
Reset
Active:

Self Drive Garages

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' self drive garages li hemm liċenzjati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mġarr, Rabat u Mosta rispettivament? X'inhu n-numru totali ta' karozzi li għandhom liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista tad-dawl, f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Palkijiet

Question

Tista' l-Ministru tara li l-ministeru jkollu għad-dispożizzjoni diversi għaqdiet reliġjużi/kulturali li għandna madwar Malta u Għawdex numru ta' palkijiet li jistgħu jintramew mill-istess dipartiment tal-kultura f'diversi nħawi, skond il-bżonn mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm min jidher qisu qed jagħmel xi pjaċiri liberi? Tista' tara li jitfasslu u jiġu pubblikati kriterji ċari kif dawn jistgħu jsiru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, li erba’ snin ilu kien id-Dipartiment tal-Kultura, sellef bosta palkijiet mingħajr introjtu lil diversi organiżazzjonijiet u għaqdiet reliġjużi u kulturali. Dawn jingħataw fuq bażi ta’ first come first served fil-limiti li jippermettu l-mezzi u l-ħaddiema li għandu l-Kunsill. B’danakollu il-policy tal-Kunsill hi li l-prijorita’ tingħata l-ewwel għal attivitajiet li jiġu organizzati minnu.

Provvista ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista ta' l-ilma f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista ta' l-ilma f'Malta u Għawdex, b'kollox kien ta’ 434 – 406 f’Malta u 28 f’Għawdex. Ta’ min isemmi li aktar minn 30% ta’ dawn l-inċidenti damu anqas minn sagħtejn filwaqt li kienu biss madwar 1% li damu aktar minn 12-il siegħa. Għal fini tas-sospenzjonijiet ta’ l-ilma, il-Korporazjoni tkun taf biss in-numru bejn wieħed u ieħor ta’ residenzi affettwati fiż-żoni milquta, u għaldaqstant m’għandhiex informazzjoni fuq kemm minn dawn huma stabbilimenti kummerċjali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi fejn kienu dawn is-sospensjonijiet.
Leg 11 PQ #651 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Requisition Order

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu llum in-numru ta' propretajiet li għad għandhom requisition order fuqhom f'kull belt u raħal? Kemm minn dawn il-propjetajiet huma tal-Gvern u tal-privat? Kemm kien in-numru totali ta' rekwiżizzjonijiet li kellu d-Dipartiment tad-Djar fl-1992,meta inbeda l-proċess tal-komputeriżazzjonijiet f'Malta u Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-ewwel rekord tan-numru globali ta’ postijiet rekwiżizzjonati jmur lura għas-sena 1995 u juri li kien hemm 25,217 post rekwiżizzjonat. Illum, dan in-numru hu 1,759. Infurmat li r-rekords ma jindikawx kemm minn dawn il-postijiet huma tal-privat jew tal-Gvern. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Burdnara

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' burdnara awtoriżżati li jaħdmu fil-portijiet tagħna? Jista' jgħid jekk dawn hux inqas min-numru ta' liċenzji/permessi li kien awtoriżżat fi żmien it-taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea? Xi ħsieb hemm biex in-numru stabilit jibqa' dejjem konstanti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil present in-numru ta' burdnara awtoriżżati li jaħdmu fil-portijiet tagħna hu ta’111. In-numru ta' liċenzji/permessi li kien awtoriżżat fi żmien it-taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea kien ta’ 113 pero żewġ liċenzji/permessi ġew revokati wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Rigward l-aħħar mistoqsija, s’issa dejjem kienet il-proċedura li liċenzji/permessi ta’ burdnara jinħarġu mill-ministeru responsabbli għad-Dwana.
Leg 11 PQ #653 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Golf Courses

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA biex isiru golf courses f'Malta u f'Għawdex? Meta saru dawn l-applikazzjonijiet u f'liema lokalitajiet jinsabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha żewġ (2) applikazzjonijiet għal golf courses madwar Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta l-kelma “golf”.

Promozzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 279, jista' l-Ministru jinfurmani min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla ta' dawn il-promozzjonijiet kif ukoll il-kariga u kwalifiki tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Membru li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Bordijiet ta’ l-Għażla u l-membri li kienu appuntati fuqhom.

Karti riċiklati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li juża l-karta riċiklata bħala karta uffiċjali tal-Gvern? Meta beħsiebu jibda jagħmel dan? Għaliex għadu ma bediex jagħmel użu mill-karta riċiklata bħala l-karta uffiċjali tiegħu fejn dokumenti u ittri uffiċjali jiġu pprintjati fuq karta riċiklata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Diġà hemm entitajiet governattivi li qed jagħmlu użu minn karta riċiklata u ilhom jagħmlu hekk għal żmien twil. Din hi prattika li l-Gvern irid ikompli jinkoraġġixxi biex tinfirex mas-settur pubbliku.
Leg 11 PQ #679 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 67 u jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 67.

Imtarfa — Triq l-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 102 u jispjega l-fatt li Triq l-Imtarfa, Imtarfa, li għadha kemm ġiet mibnija qed iżżomm l-ilma f'diversi postijiet kif jidher fir-ritratti li qed jidhru separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti tat-triq imsemmija mil-Onorevoli Interpellant, ma setgħatx tinbena b'pendil sabiex jigu rispettati l-livelli tal-bibien tad-djar tul din il-parti tat-triq u minhabba f'hekk, qed joqgħod l-ilma kif murija fir-ritratti li ta l-Onor Interpellant. Soluzjoni permezz ta' introduzzjoni ta' spralli li jaqblu ma culverts fil-viċin qiegħda tigi kunsidrata.

Dipartiment tal-VAT — Taxxa dovuta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 194 u jgħid: Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet li saru bejn l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008 għal min kellu ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? U kemm kienet is-somma totali maħfura? Kemm hemm persuni li wkoll kellhom ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lill-istess Dipartiment tal-VAT iżda li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet għall-istess perijodu? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet u x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 194.

Bozoz użati mill-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 471 u jispjega jekk il-bozoz li jintużaw mill-Enemalta fit-toroq humiex enery savers? Jekk le, meta beħsiebu jbiddilhom u kemm jikkalkula li jiffranka dawl jekk jagħmel hekk?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bozoz li jintuzaw fit-toroq huma tat-tip SON u minnhom infushom diġa jifrankaw meta mqabbla mat-tip l-iehor (HPMV) li kienu jintuzaw sa ftit ilu. Fil-fatt il-konsum għal kull bozza ta 125 watt niżel għal 70 watt. Nuqqas ta 44%.It-tip “energy saver” li qieghed jaghmel referenza għalihom l-Onor Interpellant huma dawk li jintuzaw primarjament fid-djar u mhux adegwati għal street lighting. L-Enemalta kontinwament tevalwa teknoloġiji ġodda biex jonqsu l-ispejjeż u jitjieb l-ambjent.

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 362, li saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu, u jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali ta' l-art li fuqha eventwalment ġiet mibnija l-lukanda Jerma Palace f'Marsaskala? Stante li sar l-għeluq ta' din il-lukanda, jista' jgħid inkisritx xi kundizzjoni oriġinali meta saret il-konċessjoni mill-gvern? Jista' jindika jekk hijiex se titressaq mozzjoni fil-Parlament biex tiġi ratifikata l-pożizzjoni legali tat-trasferiment imsemmi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi il-Gvern ma kien ta l-ebda konċessjoni fuq l-art tal-lukanda Jerma Palace. Dan għaliex fil-parti l-kbira tagħha l-lukanda nbniet fuq art privata, ħlief għal pill-box zgħira tas-Servizzi Ingliżi u li kienet nbiegħet lill-investituri.

Investiment lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 461 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli sabiex iġġib l-investiment lejn Malta? Kemm għandha riżorsi/budget u ħaddiema sabiex din tagħmel dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #703 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studju ta' Pestiċidi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 465 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe'jgħid jekk qattx sar studju mid-Dipartiment tas-Saħħa jew mill-Universita' ta' Malta biex jitkejjel a) l-ammont ta' pestiċidi fl-ambjent intern ta' l-iskejjel b) l-ammont ta' pestiċidi fl-ambjent tad-djar taċ-ċittadini? U jekk iva, x'inhuma r-riżultati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li qatt ma’ saru studji tan-natura msemmija mill-Onor Interpellant. Għar rigward ta’ studji li setgħu saru mill-Universita’ ta’ Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Visa

Question

Billi t-tourist brochure tal-Emirati Għarab Magħquda jistqarr li ċittadini ta' għadd ta' pajjiżi Ewropej m'għandhomx bżonn visa biex jidħlu fl-UAE għall-mawra ta' massimu ta' 30 jum, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk wara tant żmien li Malta ma kenitx inkluża f'din il-lista, illum ġietx inkluża jew le? Dan iżjed u iżjed meta fost l-istati l-oħra hemm micro states bħal Andorra, Liechtensein, Monaco, San Marino u l-belt tal-Vatikan ukoll? Saru xi negozjati mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin dwar dawn biex jitneħħew il-visa conditions, u jekk iva, meta nbdew u fiex waslu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li Malta diġa għandha eżenzjoni tal-visa għall-passaporti diplomatiċi, l-Emirati Għarab Magħquda huma lesti li jeżentaw il-bżonn tal-visa liċ-ċittadini Maltin kemm il-darba ikun hemm ftehim reċiproku. Issa kif jaf sew l-Onorevoli Interpellant, Malta bħala Stat Membru tax-Schengen Agreement, ma jistax unilateralment mingħajr pożizzjoni komuni ta' l-Unjoni Ewropeja, teżenta liċ-ċittadini ta' l-Emirati Għarab Magħquda mill-bżonn ta' visa biex jidħlu Malta. Minkejja dan, qed ikomplu sforzi diplomatici biex, fid-dawl ta' żviluppi riċenti ta' investiment qawwi minn dan il-pajjiż u fid-dawl tal-benefiċċji ekonomiċi li jħallu l-Maltin meta jmorru l-Emirati sew fuq vakanza kif ukoll fuq xogħol, nippruvaw nikkonvinċu lil sħabna ta' l-Emirati Għarab Magħquda li huwa għal ġid tagħhom ukoll jekk l-bżonn ta' visa għall-Maltin jitneħħa.

Reviżjoni tal-politka nazzjonali Dwar ix-Xandir

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir reviżjoni tal-Politika Nazzjonali Dwar ix-Xandir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif diġa ħabbart fid-diskors li għamilt fl-20 ta’ Mejju 2008 bi tweġiba għad-diskors tal-President, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inħarsu lejn il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir biex naġġornawha.
Leg 11 PQ #727 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Traffic noise pollution

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'pajjiżna sarux xi studji dwar traffic noise pollution kif normalment isiru f'bosta pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea, u jekk iva, jista' jiġi ppubblikat l-aktar studju aġġornat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA qiegħda tagħmel preparamenti sabiex isiru studji fuq ħsejjes ambjentali. Dawn l-istudji ser jinkludu ġbir ta’ dati supplimentari, metodoloġija tal-kalkoli u kreazzjoni ta’ mapep ta’ ħsejjes ambjentali, kif ukoll pjani ta’ miżuri ta’ tnaqqis ta’ ħsejjes ambjentali. Huwa mistenni li l-kuntratt jingħata, wara sejħa pubblika, sa l-aħħar ta’ Lulju ta’ l-2008, filwaqt li l-informazzjoni tkun lesta fl-aħħar ta’ l-2009.