Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-kuntratt tal-Marina tal-Kottonera hemmx klawsola li tippermetti li boat owners ta' Bormla, il-Birgu u l-Isla (b'mod separat) jagħmlu użu mill-pontoons għal ħlas nominali? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 755.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 574 u jiddikjara jekk il-Gvern ikkonsidrax l-idea li bl-istess mod li prattikament kull household għandha meter tad-dawl, kull household ikollha sistema ta' produzzjoni ta' enerġija alternattiva, partikolarment sistemi fotovoltaiċi?Wettaq xi studju l-Gvern tal-vijabbilita' ta' l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi f'kull dar komparati mal-flus extra li jkollu joħroġ l-istess Gvern biex jagħmel tajjeb għan-nofs iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u li se jkomplu jħallsu ċ-ċittadini fi ħlas ta' soprataxxa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 573 u jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-ikel li qed jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Fejn qed jiġi ppreparat dan l-ikel? Il-Gvern jivverifika kull tant żmien il-livell ta' ikel li jkun servut?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduat oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 571 u jgħid kemm huma l-households f'Malta li , minħabba li qalbu għal sistema fotovoltaiċi ta' enerġija alternativa, jbiegħu l-kurrent lill-Enemalta? Kemm inxtara kurrent f'termini ta' kejl ta' kurrent u f'termini ta' flus mill-budget li għadda sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li applikat għal post tal-Gvern tingħata akkomodazzjoni soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 570 u jindika liema kategorija ta' pestiċidi jiġu mpurtati f'pajjiżna? Għal kull kategorija ta' pestiċidi liema kimiċi jiġu l-iktar importati? Minn fejn jiġu mportati? Kemm kienet l-importazzjoni ta' pestiċidi sena b'sena fl-aħħar 10 snin skond il-kategorija u l-kimika tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tabelli b’informazzjoni miġbura mill-NSO rigward importazzjoni tal-kategoriji kollha ta’ Pestiċidi li jaqgħu taħt l-HS division 3808 sena b’sena għas-snin 1998 sas-sena 2007, qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Rigward kategoriji ta’ kimiċi li jintużaw fil-pestiċidi, l-NSO ma għandux l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 569 u jgħid jekk hux magħruf x'pestiċidi jintużaw fil-frott u ħxejjex importati? Minn fejn jiġu bħala pajjiż il-frott u l-ħwejjeġ importati? Kemm-il pestiċidi differenti jintuża għal prodott partikolari qabel ma jasal f'pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Taqsima Għajnuna Medika fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tistax tilqa' talbiet għal għajnuna minn koppji li mhux jirċievu għajnuna soċjali meta l-omm twelled tewmin (jew multiple pregnancies akbar) u ma tkunx taħdem u żewġha jkun fuq il-paga minima? Aktar u aktar meta l-omm ma tkunx tista' tagħti breast feeding lit-trabi għal raġunijiet ta' saħħa.
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma l-Onor. Membru li skond l-Artiklu 24 ta’ l-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318) huwa ndikat speċifikamement li biex tingħata l-Għotja tal-Ħalib, il-kap tal-familja irid ikun qed jirċievi l-Għajnuna Soċjali.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dwal taż-żewġ pelican lights fix-Xemxija jiġu mixgħula kemm jista' jkun malajr? Jista' fl-istess ħin jara wkoll li jiġu nstallati pelican lights fin-naħa t'isfel ta' l-istess telgħa, fejn kienu maħsuba li jsiru skond ix-xogħol li sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li applikaw ħaddiema/persuni in ġenerali u persuni self-employed għall-benefiċċju tal-mard xahar b'xahar din is-sena? Kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali u self-employed li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali bħalissa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar talbiet għal benefiċċju għal mard maqsuma bejn impjegati u
self-employed.
In-numru ta’ talbiet, mill-kategoriji kollha, għal benefiċċju għal-mard fil-perijodu ndikat hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru għall-Finanzi, Ekonomija u Nvestiment.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-proċess għal għażla ta' Assistant Planing Officers li l-MEPA ħarġet dawn il-postijiet vakanti fi Frar ta' l-2008, u għalkemm kull min applika rċieva ittra ta' acknowledgment kif ukoll ġie intervistat, il-proċess jidher li waqaf eżatt wara l-elezzjoni ġenerali? Dawn l-applikazzjonijiet se jkomplu jiġu proċessati u l-ewwel intervista se tibqa' tgħodd għal kull eventwalment tat-tieni intervista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proċess issa huwa konkluż u l-applikanti kellhom jirċievu komunikazzjoni mingħand l-Awtorità kkonċernata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal social housing? Jista' jagħti breakdown fil-lokalitajiet tal-Belt, Furjana, Hamrun, Marsa, tal-Pieta' u Santa Venera skond l-eta' ta' l-applikanti, l-istat ta' l-applikanti, il-kondizzjoni ta' l-akkomodazzjoni preżenti (substandard) u meta m'hemmx homeless, kif ukoll hemmx overcrowding, jew persuni b'diżabilita' jew mard li jillimita l-mobilita'?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali hu 3,485.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-prodott Colifoam Enemas ma tinstabx fis-suq privat u bħalissa tinsab out of stock , jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri biex dan il-prodott jerġa' jsir disponibbli għall-pazjenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Colifoam Enemas jinstabu out of stock għaliex hemm nuqqas ta’ dan il-prodott fis-suq Ingliż minn fejn il-GHPS tixtri din il-mediċina minħabba li dan il-prodott mhuwiex irreġistrat Malta. Il-GHPS qed tieħu miżuri biex tixtri dan il-prodott minn swieqi oħra iżda qed tistenna tweġiba mid-dipartiment tal-kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew operazzjoni għal:
i)
knee replacement
ii) hip replacement?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjonijiet imsemmija huwa kif jidher hawn taħt:
i. Knee replacement
- 2127
ii. Hip replacement
- 1035.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jimmoniterjax każijiet ta' abort? Kemm kien hemm każijiet ta' abort f'Malta? Jinvestiga jekk isiru każijiet ta' abort barra minn Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Membru li peress l-abort huwa att kriminali, jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies talbu għajnuna mingħand il-customer care ta' l-isptar pubbliku matul is-sena 2007? Liema kienu l-iktar problemi li ġew jitolbu għajnuna fuqhom? Kemm minn dawn il-problemi ġew solvuti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ammont totali ta’ rikjesti irreġistrati għas-sena 2007 huwa ta’ 1,719 u kienu mqassma kif ġej:
· 60% għamlu xi forma ta’ ilment
· 20% talbu pariri dwar aċċess għas-servizzi
· 10% talbu nformazzjoni dwar servizzi
· 9% taw suġġerimenti
· 1% talbu gwida jew direzzjoni
L-iktar ilmenti li jaslu għand il-customer care huma kif ġej: -
· Ħin ta’ stennija għal appuntament ma konsulent fl-outpatients
· Files mediċi spustati
· Posponimenti ta’ appuntamenti
· Nuqqas ta’ mediċini
· Ħin twil ta’ stennija għal operazzjonijiet
· X-Rays spustati
· Ħin twil ta’ stennija fil-ġurnata ta’ l-appuntament fl-outptients
Persentaggi ta’ każijiet solvuti/mhux solvuti
20% jiġu solvuti fil-ħin li jiġu rrapurtati
30% jiġu solvuti f’inqas minn 48 siegħa
15% jiġu solvuti fi żmien ġimgħa jew aktar
30% tinstab xi forma ta’ soluzzjoni
5% ma jiġux solvuti.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta se ssirilha l-manutenzjoni meħtieġa, speċjalment fuq in-naħa tal-culverts biex ma tibqax perikoluża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja mill-periklu msemmi u qed tagħmel l-almu tagħha li x-xogħlijiet neċessarji jsiru appena joħorġu u jingħataw kuntratti apposta ta’ manutenazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża u s-somma li jonfoq il-Gvern sabiex jirrestawra postijiet storiċi hijiex biżżejjed? Jekk le, kemm hija s-somma ideali fis-sena? Kemm jiġu fondi minn istituzzjonijiet barra l-pajjiż għal dan il-għan? Kif inhuma l-prijoritajiet tal-proġetti li jsiru?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.