Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet tal-Gvern — Waiting LIst

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 812, jista' l-Ministru jara li jitneħħa mill-waiting list kull kategorija msemmija fit-tweġiba u tingħata informazzjoni dwarhom? Fl-ispeċjalitajiet tal-oftalmoloġija u tal-ortopedija, minbarra l-urġenza tal-każ kif evelwat mill-konsulent, jista' jingħata priorita' ukoll għal raġunijiet soċjali bħal fil-każ ta' min għandu dħul finanzjarju baxx, min m'għandux assigurazzjoni, min jgħix waħdu, eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li qed isir process gradwali fejn bil-koperazzjoni tad-Dipartimenti kliniċi, il-listi ta’ stennija jiġu kontinwament aġġornati sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni attwali. L-Onorevoli Interpellant japprezza illi kull min hu kopert bil-liġi tas-Sigurtà Soċjali għandu dritt għall-kura medika li jipprovdi l-Istat. Għaldaqstant kull parametru ieħor li mhux l-urġenza u l-ħtieġa klinika jmorru kontra dan il-principju fondamentali.

Kampanja dwar l-Introduzzjoni ta' l-Ewro

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-kampanja ta' tagħrif dwar l-introduzzjoni ta' ewro u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 710.

Fondazzjoni Arka — Ħlas tal-VAT

Question

Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet oħra jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-artikolu 56 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud jipprojbixxi li tingħata informazzjoni dwar persuni jew entitajiet partikolari. Kull entita’ li m’għandhiex attivita’ ekonomika taxxabbli skond il-liġi fuq imsemmija u li tipprovdi biss provvisti li huma elenkati fit-tieni parti tal-Ħames Skeda ma’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud, hija meqjusa bħala eżenti mingħajr kreditu. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni Arka, bħal numru ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra, ingħataw kontribuzzjonijiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti wara li resqu t-talba tagħhom għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat, u wara li dawn ġew aċċettati mill-istess Kumitat.

Ħlasijiet ta' taxxa — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet ta' l-incometax li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li taxpayers lokali qed joġġezjonaw li jħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella annessa:

Ħaddiema part time

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 210 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 685.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba li qed issir lid-Dipartiment ta' l-Artijiet mill-familja, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, tiġi kkunsidrata u l-kumpens involut jingħata jew jibda jsir djalogu kif dan il-kumpens se jingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi il-kumpens għal art esproprijata li qed jintalab mill-familja li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, ikun jista’ jitħallas malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan.

Opri tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' operaturi ta' l-opri tal-baħar li huma awtoriżżati mill-MMA biex jaħdmu mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar,Mellieħa u Mġarr rispettivament? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar x'tip ta' opri tal-baħar huma awtoriżżati li jħaddmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 240 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali minn fuq il-bejgħ ta’ proprjeta’ lill-ċittadini Maltin reġistrat għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2008 f’Malta u Għawdex separatament qed jidher fl-annessa tabella markata Dok “A”. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ flus globali tinkludi fiha dħul ta’ Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kif ukoll Taxxa fuq Qliegħ Kapitali. (Bejgh ta’ Proprjeta’ Lill-Cittadini Maltin) 2004 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 55,756,395 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 45,017,427 € 100,773,822 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,270,325 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 4,614,177 € 9,884,502 2005 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 54,480,588 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 49,823,407 € 104,303,995 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 4,556,177 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 4,412,334 € 8,968,511 2006 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 56,688,622 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 62,442,366 € 119,130,988 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,137,027 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 5,928,205 € 11,065,232 (Bejgħ ta’ Proprjeta’ Lill-Ċittadini Maltin) 2007 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 60,647,084 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 82,317,196 € 142,964,280 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,066,367 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 7,617,768 € 12,684,135 2008 (Jannar – April) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 15,655,663 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 22,689,145 € 38,344,808 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,081,195 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 1,490,026 € 2,571,221

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 239 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dhul tal-Gvern f’cifra ta’ flus globali minn fuq il-bejgh ta’ proprjeta’ lill-barranin registrat ghas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2008 f’Malta u Ghawdex separatament qed jidher fl-annessa tabella markata Dok “A”. Nigbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li c-cifra ta’ flus globali tinkludi fiha dhul ta’ Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kif ukoll Taxxa fuq Qliegh Kapitali. Dok “A” 2004 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 590,277 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 152,066 € 742,343 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 19,800 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 1,691 € 21,491 2005 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 790,038 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 552,383 € 1,342,421 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 39,133 Taxxa fuq Qliegh Kapitali NIL____ € 39,133 2006 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,294,311 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 115,606 € 1,409,917 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 211,707 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 87,827 € 299,534 2007 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 7,006,580 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 1,059,908 € 8,066,488 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,038,371 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 653,410 € 1,691,781 2008 (Jannar – April) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 2,234,871 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 611,940 € 2,846,811 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 230,053 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 180,523 € 410,576

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #723 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilita' — Reġistru tal-qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni reġistrati bħala b'diżabilita' li qegħdin fuq l-ewwel parti tar-reġistru tal-qgħad? Jista' jaqsamhom skond l-eta' u jgħid x'inhu jsir sabiex dawn jinstabilhom impjieg xieraq?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta’ persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilita’ li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru sa l-aħħar ta’ April 2008 kien ta’ 318 u 21 rispettivament. Huma maqsumin kif gej hawn taht; Eta’ L-Ewwel Parti It-Tieni Parti Total Taħt il-25 sena 72 5 77 Minn 25 sa 39 sena 113 10 123 Minn 40 sena ‘l fuq 133 6 139 Total 318 21 339 Wara li persuni isirilha ezami mediku sabiex jigi ccertifikat li l-persuni ghandha tigi meqjusa bhala persuna b’dizabilita, din tigi assessjata minn Occupational Therapist sabiex jigu identifikati l-hiliet tal-persuna. Din il-persuna, imbaghad tghaddi ghand Employment Advisor apposta fi hdan is- Supported Employment Section , fejn isir il-‘ personal profiling ’ fejn il-persuna tghid x’inklinazzjonijiet ta’xoghol ghandha u bl-ghajnuna tal-Advisor jigu identifikati xoghlijiet li l-persuna tista’ tkun kompetenti fihom. Hawnhekk jibda l-process propju tal-‘ matching ’ mal-‘ vacancies ’ li jkunu ghand l-ETC. F’dan l-istadju l-persuna tigi mhajjra wkoll taghmel xi korsijiet ta’tahrig immirati sabiex izzid il-hiliet taghha u b’hekk jitkattru c-cansijiet li persuna ma ddumx ma tidhol fis-suq tax-xoghol. Fejn il-kaz ikun tali, l-persuna tidhol ghal dawn il-korsijiet ta’tahrig mal-kumplament tar-registranti. Fejn jigi identifikat li l-persuna jkolha bzonn tahrig specjalizzat, il-persuna tigi riferuta lil xi NGO li maghhom l-ETC ghandha ftehim ta’koperazzjoni. Ftehim tali jezistu mal- Eden Foundation u mar- Ricmond Foundation , fejn jigu riferuti persuni b’dizabilitajiet intellettwali u persuni b’mard mentali rispettivament. Sabiex aktar Employers jigu mhajjra jaghtu cans ta’ prova fuq il-post tax-xoghol propju lill persuni b’dizabilita’, l-ETC thaddem skema maghrufa bhala ‘ Bridging the Gap’ . Fejn waqt dan il-perjodu ta’prova l-persuna tinghata ‘ allowance ’ ekwivalenti ghall 80% tal-paga minima nazzjonali minghand l-ETC, minghajr htiega minn naha tal- Employer li jidhol fl-obligazzjoni li normalment ikun marbut bihom meta jimpjega lil xi hadd.
Leg 11 PQ #724 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Proġetti ta' slum clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' slum clearance hemm ġewwa Bormla? Meta hu pprogrammat li jibda u eventwalment jitlesta x-xogħol u fiex jikkonsisti l-proġett?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li f’Bormla, l-Awtorita’ tad-Djar għandha ppjanat proġett ta’ slum clearance ta’ żewġ blokki mdawra minn Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark. Dan il-proġett jikkonsisti fit-twaqqigħ ta’ bini eżistenti u l-l-bini ta’ 56 appartament u 56 garaxx ġdid. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-Awtorita’ qiegħda fil-fażi li talloka postijiet alternattivi lid-39 familja li jokkupaw il-postijiet li ser jitwaqqgħu. Qed jiġu ppreparati wkoll id-dokumenti meħtieġa, nkluż pjanti u sejħiet għall-offerti, biex isir dan il-proġett.

Manutenzjoni ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u l-Fgura se jsirilhom xi xogħol (u jispeċifika x'inhu fejn hu l-każ) matul is-sena 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #751 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżejjer ta' San Pawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-gżejjer ta' San Pawl (kif inhuma komunament magħrufa) igħaddu minn taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għal dak ta' San Pawl il-Baħar, għaliex dawn huma magħrufa bħala li jiffurmaw parti minn San Pawl il-Baħar iżda uffiċjalment mhumiex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gżejjer ta’ San Pawl jagħmlu parti mil-lokalità tal-Mellieħa imma ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa għaliex dawn il-Gżejjer huma elenkati fir-Raba’ Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363) bħala esklużi mir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #752 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — Proċeduri Legali

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 398, nitlob lill-Ministru jara x'wassal għad-dewmien li semmejt f'dik il-mistoqsija? Il-każ li qed nagħmel riferenza għalih jikkonċerna l-każ 402/2005 fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-kawża ġiet istitwita fis-27 t'April 2005 u l-ewwel data ta' smiegħ tagħha kienet it-12 ta' Diċembru 2005. Dakinhar kienet ġiet appuntata Assistenta Ġudizzjarja sabiex tisma' l-provi. Minn dakinhar, l-Assitenta Ġudizzjarja żammet 17-il seduta sabiex jiġu prodotti l-provi ta' l-attur. Fl-aħħar seduta tas-7 ta' Mejju 2008, l-attur iddikjara illi m' hemmx aktar provi da parti tiegħu. Hemm seduta ffissata quddiem l-Assistenta Ġudizzjarja għall-4 ta' Lulju 2008 sabiex il-konvenuti jibdew jipproduċu l-provi tagħhom. Il-modalita' dwar kif titmexxa kawża u s-seduti tagħha huma prerogattiva ta' l- Imħallef sedenti li miegħu tikkonsulta l-Assistenta Ġudizzjarja tiegħu. Il-kawża issa tinsab differita għas-seduta tad-29 t'Ottubru 2008.
Leg 11 PQ #753 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern għaddiex xi allokazzjoni partikolari wara l-maltempata kbira li saret xi snin ilu, lill-kunsilli lokali? Kemm kien hemm kunsilli lokali li talbu li jingħataw fondi wara dan il-maltemp? Billi kien hemm kunsilli lokali li ħallsu għat-tiswija tal-ħsarat minn fondi oħra, jista' l-gvern jieħu l-passi biex isiru l-ħlasijiet lura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Skola primarja

Question

Tista' l-Ministru tara x'inhi l-possibbilta' li timtela' u tingħata t-tarmac ir-rokna li tkissret fil-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla li qed isservi ta' miżbla? X'kienet ir-raġuni għaliex ittieħdet din il-parti minn dan il-ground?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ground li qed issir referenza għalih mhux proprjeta’ ta’ l-iskola. L-iskola għandha biss aċċess għalih waqt il-breaks. Il-Kunsill Lokali jkun f’pożizzjoni li jagħti informazzjoni aktar preċiża. Il-Kulleġġ ikun minn ta’ l-ewwel li japprezza jekk il-kantuniera msemmija titnaddaf.

Marina tal-Kottonera — Pontoons

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt tal-Marina tal-Kottonera hemmx klawsola li tippermetti li boat owners ta' Bormla, il-Birgu u l-Isla (b'mod separat) jagħmlu użu mill-pontoons għal ħlas nominali? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru għal kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-kuntratt li qed jirreferi għalih hu dokument pubbliku u għalhekk l-informazzjoni li qed jitlob tista' tinkiseb liberalment minn hemm.