Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasferiment mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jagħti r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet trasferita mix-xogħol tagħha li ilha tagħmel għal dawn l-aħħar snin? Jidhirlu li din il-manuvra saret a skapitu tiegħu u sabiex jiġu aġevolati xi nies oħra? Jidhirlu li n-nies li ntgħażlu biex jagħmlu x-xogħol indikat huma anqas kwalifikati mill-persuna in kwestjoni, anzi hemm fosthom li kienu ġew invalidati u li jistgħu jagħmlu biss light duties?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pensions Ordinance

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Trobbija tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn irziezet għat-trobbija tal-majjal f'Malta u f'Għawdex separatament xahar b'xahar minn Jannar 2007 sa Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ rziezet illiċenzjati għat-trobbija tal-majjal, mhux normali li jinbidel b’mod sostanzjali u regolari minn xaħar għall-ieħor. Skond ir-rekords in-numru tagħhom f’Diċembru ta’ l-2007 kien ta’ 157 f’Malta u 15 f’Għawdex.. Minn Jannar 2008 s’issa, f’Malta dawn baqgħu l-istess waqt li f’Għawdex, wieħed mill-irziezet inqasam fi tnejn u allura issa hemm 16 illiċenzjati.

Basktijiet ta' l-Iskola

Question

Peress li għadni nara tfal ta' eta' żgħira ġejjin u sejrin l-iskola b'basktijiet ta' piż u daqs esaġerat fuq daharhom, tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi konkreti ttieħdu matul din is-sena skolastika biex ma ssirx ħsara lis-saħħa tat-tfal bil-piż esaġerat li jġorru fuq daharhom minn u lejn l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ħarġet ċirkulari fil-bidu tas-sena fejn ngħata parir lill-ġenituri u lill-iskejjel kif għandhom ikunu t-tip u l-piż ta’ basktijiet li għandu jkollhom l-istudenti skond Rakkomandazzjonijiet Internazzjonali. Kien hemm ukoll policy li kienet ħarġet minn kumitat li kien twaqqaf għal dan ir-rigward u li kien hemm survey fl-iskejjel. Hemm xi skejjel li ippublikawhom dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-fuljett li joħorġu biex jagħmlu lill-ġenituri konxji tagħhom. Il- Health & Safety Unit qiegħed jimmoniterja l-piż tal-basktijiet. Id-Direttur Ġenerali waqqfet kumitat dwar il-piż tal-basktijiet ta’ l-iskola biex ikun jista’ jimmoniterja l-piż u kif jista’ jittejjeb dan l-aspett edukattiv.

Sports fl-Iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm għandhom ħin allokat l-istudenti għall-isports u attivita' fiżika kull ġimgħa ? Minħabba l-importanza ta' l-isports għas-saħħa mentali u fiżika ta' l-istudenti, x'passi se jittieħdu biex jiżdied il-ħin għall-isports fil-ħajja ta' l-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fit-timetable ta’ l-iskejjel primarji hemm dawn in-numru ta’ lezzjonijiet allokati għall-edukazzjoni fiżika: Yr 1 u 2: 4 lezzjonijiet ta’ nofs siegħa l-waħda fil-ġimgħa, b’total ta’ 120 minuta fil-ġimgħa. Yr 3 sa 6: 4 lezzjonijiet fil-ġimgħa ta’ nofs siegħa l-waħda b’total ta’ 120 minuta fil-ġimgħa. Forms 1 sa 2: 2 lezzjonijiet fil-ġimgħa, ta’ 45 minuta l-waħda għall-istudenti kollha. Forms 3 sa 5: lezzjoni waħda ta’ 45 minuta. Dawk l-istudenti li jieħdu l-edukazzjoni fiżika bħala suġġett addizzjonali (option) ikollhom 5 lezzjonijiet fil-ġimgħa. Bħalissa beda xogħol fuq ir-Review tal-Kurrikulu. Id-deċiżjoni jekk ser jiżdied il-ħin għall-isports fl-iskejjel trid tittieħed fi ħdan dan il-proċess ta’ Review.
Leg 11 PQ #938 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Skyscrapers

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 742 u jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-MEPA għal bini ta' torrijiet (skyscrapers) dawn l-aħħar ħames snin? Fejn huma qegħdin is-siti ta' dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew approvati, kemm rifjutati u kemm hemm pendenti sal-lum quddiem il-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 742.

Mosta- Triq l-Oratorju

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jinvestiga u jgħid għaliex illum, fi Triq l-Oratorju l-Mosta tneħħew żewġ round topped roads humpsli fis-6 ta' Frar u 24 ta' Ottubru 2006 l-istess ADT approvat biex jitpoġġew f'din it-triq, u li issa tneħħew? Jista' jgħid jekk kienx hemm bżonn permess mill-ADT biex dawn iż-żewġ round topped road humps jitneħħew mit-triq imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku jirriżulta li l-Awtorità Dwar it-Trasport ta’ Malta ma ġietx infurmata mill-Kunsill Lokali Mosta rigward it-tneħħija ta’ road humps fi Triq l-Oratorju. F’ dan ir-rigward, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-liġi li Kunsill Lokali ghandu l-obbligu li jitlob permess biex jitneħħew road humps fi triq tal-Kunsill. Iżda bħala regolatur ta' dan is-settur l-ADT ser tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każ li qed isemmi l-Onor. Interpellant u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #942 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett f'Pembroke

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jsir il-proġett f'Pembroke minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea li kien miftiehem li jsir ma' Pembroke Athlete? Meta se jibda x-xogħol fuqu u fiex se jikkonsisti l-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Inġenji tat-Tarznari

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 720 u jagħti lista ta' l-inġenji li t-Tarzna tagħmel leasing jew tikri minn sorsi barra l-azjenda? Bl-liema rata huma mikrija kuljum jew leased dawn l-inġenji? Jista' jagħti lista tar-rati mikrija kuljum għal kull tip ta' inġenji? Jista' jpoġġi l-kondizjonijiet ta' leasing ta' dawn l-inġenji? Qatt sar xi analiżi jekk it-Tarzna jaqbilhiex tuża dawn il-metodi għall-inġenji li jkollha bżonn regolari jew inkella jinxtraw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratti fuq dawn l-inġenji huma għall-ħames snin imma jista’ jiġu terminati qabel b’avviż ta’ 15 il-ġurnata mingħajr ħlas ta’ penali. Spejjeż ta’ manutenzjoni u wear and tear tal-inġenji li jinkludi ħlas ta’ insurance u liċenzji huma responsabilta’ ta' l-aġent. Kien hemm okkażżjonijiet fejn it-Tarzna għamlet analiżi jekk jaqbilhiex tikri jew tixtri dawn l-inġenji. Madankollu, il-kriterji li fuqhom tkun ibbażata d-deżiċjoni ma jiddependux biss fuq l-ammont tal-ħlas li jrid isir izda ukoll fuq il-qagħda tal-‘cash flow’ tal-kumpanija fiż-żmien partikulari meta tkun trid titieħed id-deċiżjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bank Ċentrali — Depożiti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsij parlamentari 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008? Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu? Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern? Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Vettura pparkjata għal tul ta' żmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien tista' vettura liċenzjata titħalla pparkjata f'post wieħed mingħajr ma tiċċaqlaq qabel ma' tiġi meqjusa ta' inkonvenjent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m’hemm ebda dispożizzjoni fil-liġi li tistabbilixxi xi perijodu ta’ żmien meta vettura, li jkollha mwaħħla mal- windscreen liċenzja valida tat-triq, tiġi meqjusa bħala inkonvenjent għax tkun tħalliet ipparkjata fl-istess post għal xi tul ta’ żmien.

Income tax — Tnaqqis fir-rata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi Ġodda — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Karozzi second hand — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #965 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Saqaf ta' Garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament , dwar is-saqaf tal-garaxx tagħha tal-Gvern nru.9 li qed iċedi, fit-triq ta' wara r-residenza tagħha, li kien ġie spezzjonat mill-awtoritajiet ikkonċernati s-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-garaxx indikat mhux proprjeta’ ta’ xi Dipartiment jew entita’ taħt id-dekasteru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Refund Payment Programm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.