Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #871 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 504, jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' traffic impact statement li ġew mitluba globalment mill-MEPA matul is-sena 2007 u din s-sena sa Mejju? Kemm minn dawn ġew sottomessi, u kemm minnhom ġew meqjusa mhux aċċettabbli? Kien hemm każi fejn l-istudji ġew aċċettati wara l-bdil tal-konsulent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 2007 u Mejju 2008, id-Direttorat ta' l-Ippjanar ħareġ "Terms of Reference" għal tlieta u sebgħin (73) "Traffic Impact Statement". Minn dawn, ġew sottomessi sitta u ħamsin (56) studju liema minnhom, sitta (6) ma kienux meqjusa bħala aċċettabli. Fuq dawn is-sitt studji ntalab li jsir titjib. Erbgħa minn dawn għadhom fil-proċess li jiġu mtejba, wieħed ġie sottomess b'titjib aċċettabbli u wieħed ġie sottomess iżda xorta mhux aċċettabbli u għalhekk ser issir rakkomandazzjoni li l-applikazzjoni tiġi rrifjutata.

Fawran tad-drenaġġ

Question

Billi fil-bidu tas-sajf ta' kull sena jibda fawran tad-drenaġġ f'diversi partijiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jirrepetix ruħu din is-sena? Jista' b'mod partikolari jinvestiga dwar x'wassal biex illum, 4 ta' Ġunju, 2008 hemm fawran fit-triq prinċipali (Triq il-Pijunieri) li qed jispiċċa fil-qalba ta' l-area turistika ta' dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħal kull sena qabel jibda s-sajf, il-Korporazzjoni tnaddaf il-mejnijiet li għandha madwar ix-xtut ħalli tnaqqas il-possibilita’ ta’ żbroff ta’ drenaġġ fil-baħar. Madanakollu, fl-4 ta’ Ġunju 2008, kien hemm sadd fil-mejn prinċipali fi Triq il-Pijunieri li tneħħa minn ħaddiema tal-Korporazzjoni malli ġie rrapurtat l-fawran.
Leg 11 PQ #879 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Festival tan-nar

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 493 li saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Prim Ministru jara li l-MTA - li skond dik ir-risposta hi l-organizzatur tal-festival tan-nar - flimkien mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-kumitat tal-festa ta' l-istess lokalita', jorganizzaw l-festival tan-nar tas-sena d-dieħla fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Xemxija possibilment fuq il-baħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta lesta tikkunsidra li torganizza l-Festival tan-Nar f’lokalitajiet oħra minbarra l-Port il-Kbir fejn kien tradizzjonalment isir. Naturalment iridu jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet kollha qabel tittieħed deċiżjoni finali.

San Pawl il-Baħar — Leakage ta' ilma

Question

Billi fl-inħawi ta' madwar San Pawl il-Baħar, b'mod regolari jkun hemm leakages ta' ilma f'diversi toroq, kważi kuljum, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' unaccounted for water meta wieħed iqis l-ammont ta' ilma li jintuża u dak li jiġi reġistrat bħala użat, fl-inħawi msemmija? Billi bosta mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar u l-madwar mhux mibnija fuq il-blat, x'qed tippjana li tagħmel il-Water Services Corporation biex tnaqqas dan il-ħela ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-bidu ta' din is-sena, l-medja tal-ilma li twassal fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, li jinkludi wkoll l-inħawi tal-Magħtab, Salini, Qawra, Buġibba, Burmarrad, Għajn Tuffieħa u l-Manikata, kien ta’ madwar 154m3 fis-siegħa. Mill-banda l-oħra, fl-istess perjodu, il-leakage tal-ilma kien ta’ madwar 42m3 fis-siegħa. It-tir tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hawnhekk hu li tniżżel dil-figura sa madwar 18m3 fis-siegħa.

Transport għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 620 u jindika liema huma dawk id-diparimenti jew entitajiet governattivi li joffru l-faċilita' ta' vann tax-xogħol għall-impjegati tagħhom? Jaħseb il-Ministru li l-Gvern, bħala l-ikbar employer fil-pajjiż għandu jagħti eżempju u jinċentiva l-organiżżazzjoni u l-użu ta' vannijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu f'attentat biex jitnaqqas l-ammont ta' karozzi u konsegwentement it-tniġġis fit-toroq tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-mistoqsija. Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qed jikkunsidra politika dwar trasport fi gruppi u effiċjenza fit-trasport fl-operat tas-settur pubbliku. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Timber Carriers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tax Compliance Unit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 348, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #903 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-Gvern — Full time/Part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April 2008? Kemm minnhom kienu full timeu kemm part-time? Kif kienu mqassma dipartiment, dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #904 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji parastatali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #905 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Spiża totali tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern, ministeru, ministeru fl-1 ta' Jannar sal-1 ta' April, 2007? Kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern, ministeru, ministeru fl-1 ta' Jannar sal-1 ta' April, 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji eżatt kif qed jitlobhom, kemm għall-perjodu ta’ l-2007 kif ukoll għall-perjodu ta’ l-2008, ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgha, 25 ta’ April 2008.
Leg 11 PQ #907 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Tfal

Question

Tista` l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti tfal mill-iSptar Ġenerali ta' Għawdex għall-iSptar St Lukes/Mater Dei f'dawn l-aħħar sena u nofs? Tista' tindika l-etajiet, ir-raġuni għalfejn sar it-trasferiment u b'liema mezz sar dan it-trsferiment (helicopter/ambulanza)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella annessa. Mistoqsija Parlamentari Nru. 907 Age Date of Transfer Reason for Transfer Transfer to Transfer By 1yr 19/02/07 severe anaemia/jaundice SCBU/SLH helicopter 12yrs 10/05/07 trauma abdomen Fairyland/SLH helicopter 1yr 6mths 17/01/08 respiratory distress NPICU/MDH helicopter 10yrs 23/03/08 status epilepticus ITU/MDH helicopter 14yrs 11/06/07 bronchial asthma (maltese pt) Disneyland/SLH ambulance 12yrs 11/06/07 severe asthma (maltese pt) Disneyland/SLH ambulance 10yrs 29/08/07 removal of central line Fairyland/SLH ambulance 10yrs 05/09/07 removal of central line UK ambulance 1yr 6mths 13/09/07 head injury/CT Fairyland/SLH ambulance Newborn 26/06/07 severe jaundice SCBU helicopter Newborn 12/10/07 severe jaundice SCBU helicopter Newborn 15/2/08 whining cry (RDS) SCBU helicopter Newborn 10/2/08 severe jaundice SCBU helicopter Seduta Nru. 17 (16/06/08)

Kmamar tan-nar — Vittmi ta' spluzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vittmi ta' spluzjonijiet ta' kmamar tan-nar, sena b'sena, mill-1990 'l hawn? Liema kienu dawn il-kmamar u f'liema lokalitajiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 1990 sa llum kien hemm 31 persuna li tilfu ħajjithom f'inċidenti fi kmamar tan-nar jew postijiet li kienu qed jintużaw għal dan il-għan. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-lokalitajiet fejn seħħew l-inċidenti u liema kmamar kienu nvoluti.
Leg 11 PQ #909 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sena u nofs min kull kirurgu separatament u telenka t-tipi ta' operazzjonijiet li saru separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif tidher fil-lista annessa.
Leg 11 PQ #910 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Spiża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża kull xahar biex jitmexxa l-iSptar Ġenerali t'Għawdex u tagħti breakdown ta' l-ispejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa ta' kull xahar ghall-periodu minn Jannar sa Mejju 2008 hija kif imnizzla fit-tabella annessa.

Logħob tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti mixlija b'manifatturar ta' logħob tan-nar b'mod illegali u/jew biż-żamma ta' kmamar tan-nar illegali sena b'sena mill-1990 'l hawn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika bit-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #912 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Spiżerija tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru telenka l-mediċini li huma disponibbli għall-pubbliku mill-ispiżerija tal-Gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.

Abbuż sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti f'dawn l-aħħar 10 snin, sena b'sena, mixlija b'abbużi sesswali fuq minorenni? F'kemm minn dawn il-każi kienu nvoluti qraba ta' l-istess vittmi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni mressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' abbuż sesswali fuq minorenni tul dawn l-aħħar għaxar snin kien :- Sena 1999 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008* Persuni 33 14 11 17 26 22 34 32 49 12 * sal-31.05.08 Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika bit-tagħrif hekk kif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Leg 11 PQ #914 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tobba, speċjalisti, nurses u staff complement ieħor fil-preżent fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex u tgħid kemm kien hemm pazjenti rikoverati f'kull ward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #915 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Testijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'testijiet isiru fil-laboratorju fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Lista ta' testijiet li jsiru fit-Taqdima tal-Laboratarju Mediku fl-Isptar Generali ta' Ghawdex qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.