Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riżorsi u Affarijiet Rurali — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li nxtrat vettura kummerċjali waħda (Skid Steer Loader) għas-somma ta’ €45,248.75.

Settur Pubbliku — Tobba

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 799, mit-13-il tabib li ggradwaw mill-2003 sal-2005 u li ma baqgħux jaħdmu fis-settur pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom ġeddew il-liċenzja mal-Kunsill Mediku din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li mitt- tlettax (13) il- tabib li ggradwaw mill-2003 sal-2005 u li ma baqgħux jaħdmu fis-settur pubbliku: 9 ġeddew il-liċenzja mall-Kunsill Mediku 3 ma ġeddewx il-licenzja mall-kunsill Mediku 1 ma ngħatax reġistrazzjoni mill-Kunsill Mediku u għalhekk għad m' għandux liċenzja.

Registrar tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 798, jista' l-Ministru jgħid fejn huma, x'inhi l-eta' u għal liema xogħol qegħdin jirreġistraw dawk li waqfu jirreġistraw minħabba mard, għal aktar minn darba, fl-aħħar ħames xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 531, fost is-651 student li fallew l-iskola mingħajr raġuni valida, tista' l-Ministru tagħti aktar informazzjoni dwar: i) l-eta' ii)is-sess iii)kemm minhom ġa rrepetew sena skolastika iv)kemm minnhom huma aħwa v) kemm mill-ġenituri tagħhom ġew avviċinati mis-servizzi tas-social work u kemm fil-fatt attendew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar, tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — Taxxa dovuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid: Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet li saru bejn l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008 għal min kellu ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? U kemm kienet is-somma totali maħfura? Kemm hemm persuni li wkoll kellhom ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lill-istess Dipartiment tal-VAT iżda li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet għall-istess perijodu? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet u x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u 29 ta’ Frar 2008 kien hemm total ta’ 285 persuna li bbenefikaw minn maħfriet fil-perjodu imsemmi fil-mistoqsija. Is-somma totali maħfura kienet ta’ € 530,834. Ghall-istess perjodu fis-sena 2007 u 2006, l-ammont maħfur kien € 613,812 u € 1,567,399 rispettivament. Matul dan il-perjodu kien hemm 7 talbiet li ma ġewx aċċettati. In-numru ta’ talbiet li kien għad fadal jiġu proċessati fl-aħħar ta’ Frar 2008 kien ta’ 127. Skond il-liġi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, meta jkun hemm raġunijiet validi, multi imposti jistgħu jitnaqqsu jew jinħafru kemm mill-Kummissarju kif ukoll b’deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appelli tal-VAT. Il-persuni li jinħafrulhom il-multi ma jintagħżlux mid-Dipartiment imma jkunu huma stess li jiktbu lid-dipartiment biex il-każ tagħhom ikun ikkunsidrat jew inkella jkunu ressqu l-każ tagħhom quddiem il-Bord ta’ l-Appelli. Huma jkunu mitluba jagħtu r-raġunijiet biex jiġġgustifikaw in-nuqqas tagħhom li dwaru jkunu weħlu l-multi. Ir-raġunijiet għaliex xi talbiet ma ġewx aċċettati kienu li r-raġunijiet miġjuba ma kinux raġjonevoli..

Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Reduced Hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra:

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 778.

Pestiċidi fuq ħxejjex importati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 364 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijet Rurali, u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux magħruf x'pestiċidi jintużaw fil-frott u ħxejjex importati? Minn fejn jiġu bħala pajjiż il-frott u l-ħwejjeġ importati? Kemm-il pestiċidi differenti jintuża għal prodott partikolari qabel ma jasal f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 800.

Ħobż tal-Malti — Tneħħija ta' Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobż Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rapport li tħejja huwa mibni fuq analiżi ta' tagħrif u li hu kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapport bħal dan jiġi ppubblikat.
Leg 11 PQ #602 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Case Officers

Question

Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx case offices li għandhom xi forma ta' permess biex jassentu ruħhom mix-xogħol minħabba courses li qed jattendu? Jekk iva, x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet lill-MEPA li qegħdin pendenti għal dawn il-case officers?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa għandha żewġ (2) case officers li għandhom permess biex jassentu ruħhom mix-xogħol minħabba courses li qed jattendu. Dawn, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità, għandhom bejniethom 113-il applikazzjoni pendenti quddiemhom. Ma jfissirx li fiż-żmien meta dawn l-uffiċjali jkunu assenti mix-xogħol ma jsirx xogħol fuq dawn l-applikazzjonijiet.

Teħid ta' proprjeta — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kumpens dovut lill-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, flimkien mad-dettalji tal-każ, għall-art proprjeta' tagħhom li ttieħdet mill-Gvern ta' Malta għal skop pubbliku permezz tal-Gvern? Jista' jgħid meta se jieħdu tali kumpens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ma jistax jingħad kemm hu il-kumpens dovut lill-persuni li d-dettalji tagħhom flimkien mad-dettalji tal-każ intbagħtu separatament għaliex id-Dipartiment qiegħed fl-istadju li jirrevedi l-istimi relevanti skond il-liġi. Il-kumpens ikun jista’ jitħallas malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan.

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 700.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab annessa.
Leg 11 PQ #722 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' tat-Turiżmu — Stabilimenti kummerċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 550 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex stabilimenti kummerċjali bħal ristoranti qed jintalbu jħallsu tant kull metru kwadru tal-ground floor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħlas dovut għal-liċenzji ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel hu bbażat fuq skeda li tinsab ġo Taqsima VIII ta’ l-Avviż Legali 87 ta’ 2005, (Regolamenti ta’ 2005 li jemendaw ir-regolamenti dwar drittijiet għat-turiżmu). Dan il-ħlas mhux marbut mal-kejl tal-groundfloor iżda skond il-klassi ta’ l-istabbiliment. Il-ħlas dovut għall-liċenzji tal-bar ġo stabbilimenti ta’ l-ikel hu bbażat fuq Taqsima IX ta’ l-istess avviż legali u l-ammont ta’dritt tal-liċenzja hu kkalkolat fuq il-valur tal-kera tal-post.
Leg 11 PQ #742 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Skyscrapers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-MEPA għal bini ta' torrijiet (skyscrapers) dawn l-aħħar ħames snin? Fejn huma qegħdin is-siti ta' dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew approvati, kemm rifjutati u kemm hemm pendenti sal-lum quddiem il-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet għal high rise buildings li qegħdin ikunu pproċessati jew ġew ipproċessati mill-Major Projects Unit huma kif deskritt fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #758 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Awissu u Diċembru 2007 ġew impjegati 12-il persuna full time, persuna waħda part-time kif ukoll apprentist għal sentejn fuq skema ta’ l-ETC, fl-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li taħt il-Ministeru tiegħi ma hemmx entitajiet u korporazzjonijiet, allura r-risposta hija li ma ddaħħlu l-ebda mpjegati ġodda.
Leg 11 PQ #760 Sitting 17 2008-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni hekk mitluba mill-Onor. Interpellant hija din li ġejja :