Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-Sinjorina, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax ilha tistenna biex tieħu l-flus tar-relief mill-10 ta' Frar 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk s-suldati ta' l-AFM f'dawn l-aħħar ġimgħat ħadux l-arretrati? Jekk iva, kemm ibbenefikaw? Hemm aktar ħaddiema li se jieħdu dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-arretrati li jikkonċernaw il-promozzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Awissu 2007 tħallsu kollha fil-paga ta’ Jannar 2008. Ma’ l-istess paga s-suldati kollha ħadu ż-żiedet, b’riżultat ta’ l-istrutturar ta’ l-iskali, li kienu mħabbra fid-diskors tal-budget u li daħlu fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu u beħsiebu jieħu l-Gvern biex itaffi l-impatt qawwi li qed iħallu l-prezzijiet ta' l-ikel u ż-żejt fuq l-għoli tal-ħajja u l-effett li din qed tħalli fuq id-dħul tal-familji u l-pensjonanti li qed isibuha diffiċli jlaħħqu mal-prezzijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 383.
L-istħarriġ ġie kummissjonat f' Diċembru 2007 u t-termini estiżi f'April 2008 u qiegħed isir minn Price WaterHouse Coopers u ninsab infurmat li jkun lest sa l-aħħar ta' Awwissu jew Settembru 2008. L-istħarriġ jaħseb biex jeżamina kull aspett tal-proġett mill-mod kif ġie kkuntrattjat sal-mod kif inħadem u tlesta.
Jista' issa l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 437 u 704 u jgħid b'liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt lill-kumpannija privata biex tmexxi l-attivitajiet 1, 2, 3, 4 f'Mejju 2008 f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt kienx jinkludi li ikel u xorb jiġi provdut mill-kumpannija li ngħatat il-kuntratt u mhux mill-ħwienet Għawdxin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għażla tal-konsorzju saret wara sejħa pubblika għal proposti u dawk l-istess proposti (tnejn) ġew evalwati fuq l-esperjenza ta’ dawk li wrew interess li jorganizzaw din l-attività, kif ukoll fuq l-offerta finanzjarja. L-offerta li għamel il-konsorzju Burning Spear kienet turi firxa estensiva ta’ attivitajiet u kienet orħos mill-offerta l-oħra sottomessa. Il-konsorzju kellu ukoll l-esperjenza meħtiega fl-organizzazjoni ta’ attivitajiet tal-massa.
Din l-attività ġġenerat kummerċ kbir għal ħwienet tax-xorb u ristoranti Għawdxin. Dan jixhduh ċifri tal-Gozo Channel li wrew li għal din l-attività qasmu għal Għawdex mat-tmenin elf ruħ. Il-Gozo Tourism Association ukoll ħarġet stqarrija biex tfaħħar din l-attività u l-kummerċ li ġġenerat.
Kif isir f’attivitajiet ta’ din ix-xorta, l-organizzaturi jfittxu sponsors sabiex ikopru parti mill-ispejjeż. Dawn l-isponsors jinkludu kumpaniji privati li jbiegħu xorb u ikel. Dawn jitħallew jarmaw kiosks b’mod li ma jtellfux l-operat normali ta’ ristoranti u ħwienet tax-xorb tal-madwar. L-esperjenza wriet li f’attivitajiet tal-massa ta’ din ix-xorta, ikun hemm il-bżonn ta’ dawn il-kiosks sabiex ilaħħqu mad-domanda.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 722 u jgħid għaliex stabilimenti kummerċjali bħal ristoranti qed jintalbu jħallsu tant kull metru kwadru tal-ground floor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 722.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 439 u 692 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-Bajja ta' San Ġorġ tingħata l-għarfien ta' Blue Flag u ma tibqax biss pilot project? X'jonqos isir biex tikseb l-istatus ta' Blue Flag?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-irwol tad-Diviżjoni tas-Saħħa f’dan il-qasam huwa wieħed regolatorju biss u għalhekk mhix involuta fil-proġett ta’ l-għoti ta’ għarfien tal-Blue Flag.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitkompla l-proċess ta' ingaġġ ta' enforcement officers fil-MEPA wara li kienet ħarġet sejħa pubblika fil-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni generali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament l-Awtorità qed tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jitkompla l-proċess ta' mili ta' vakanzi fil-pożizzjoni ta' Enforcement Officer. Huwa ppjanat li fi ftit ġimgħat oħra jibdew l-intervisti għal dawk l-impjegati kif ukoll kandidati minn barra li wrew interess li jiġu kkunsidrati biex jimlew dawn il-vakanzi ta' din il-pożizzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 496 u jgħid xi żviluppi saru fuq il-bini tat-triq ġdida fi Triq Valletta, li hemm ippjanata u tinsab faċċata ta' Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi, minħabba li hemm diversi residenti ma jistgħux jidħlu jgħixu fid-dar tagħhom minħabba dan l-inkonvenjent?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aċċess permezz ta’ pont li kien oriġinarjament propost bejn Triq il-Hammieri u t-triq imsemmija ma reġax ġie nkluż fil-Pjan Lokali maħruġ mill-MEPA. Għalhekk, l-uniku aċċess propost issa ġie permezz tat-triq proposta li tgħaqqad ma’ Triq il-Belt Valletta.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ADT ser tagħmel talba lill-MEPA sabiex issir reviżjoni tal-provediment tal-Pjan Lokali ħalli jkun jista' jsir il-pont meta dawn ir-reviżjonijiet ikunu jistgħu isiru jiġifieri f’Awissu ta’ din is-sena. B'hekk, jekk din it-talba tkun aċċettata, ir-residenti ikollhom aċċess aħjar għar-residenzi tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal Luqa peress li f'mistoqsija parlamentari fil-leġislatura li għaddiet intqal li din it-triq kienet tifforma parti mill-programm ta' toroq għal matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' bankina ġdida fi Triq il-Wied, f'Ħal Qormi( biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Gorg) wara li fil-legislatura li għaddiet ingħata l-informazzjoni li dan ix-xogħol kellu jkun inkluż fil-programm ta' xogħolijiet li kellhom isiru fl-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 590,filwaqt li napprezza u nħeġġeġ biex talba bħal din tkun aċċettata u jekk possibli miżjuda, jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti ta' l-istess domanda, dwar flus mogħtija s-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-għajnuna li ngħatat is-sena l-oħra kienet ta’ LM16,357 jew Euro38,101.56. Naturalment talbiet għall-għajnuna tiġi kkunsidrata fl-isfond tal-budget kurrenti ta’ l-Awtorità.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 588, jista' l-Ministru jara li n-numru ta' toroq żgħar li jinsabu f'partijiet importanti fix-Xemxija, Qawra, San Pawl il-Baħar u Bugibba jingħataw wiċċ tat-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 224 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li bħalissa huma residenti fid-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa? Kemm hemm spazju available f'din id-dar? Minn liema lokalita' huma dawk il-persuni li qed joqogħdu fid-dar, u fejn kienu rikoverati qabel marru fid-dar ta' l-anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Wara ħidma li saret fl-aħħar ġimgħat biex jinsab aktar staff għad-dar ta’ l-anzjani tal-Mellieħa, in-numru ta’ residenti issa tela’ għal 96. Fadal 34 spazju, li dawn jistgħu jimtlew biss wara li jinstab l-istaff li hemm bżonn.
L-informazzjoni dwar il-lokalitajiet ta’ dawn il-persuni u fejn kienu rikoverati qabel qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' karozzi/vetturi godda li nxtraw mill-Ministeru ghal Ghawdex u mid-dipartimenti li jaqghu tahtu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena kien ta erbgha. Dawn il-karozzi/vetturi swew b'kollox €47,133.67.
Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Vetturi ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar, tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?