Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-impjegati (a) full time u (b) part time mas-Servizz Pubbliku:
(i) Dietician
(ii) Occupational Therapist
(iii) Physiotherapist
(iv) Optometrist
(v) Speech and Language Therapist
(vi) Chiropodist
(vii) Psychologist?
F'liema dipartimenti jaħdmu f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-isforzi tal-gvern biex jasal fi ftehim mat-Tuneżija li jsir tħaffir taż-żejt fi proġetti komuni fl-ibħra taż-żewġ pajjiżi?
B'referenza għall-Education Council ta' l-MFSA: Uħud mill-organizzazzjonijiet imsemmija li jifformaw parti minn dan l-Education Council huma relattivament ġodda fit-taħriġ meta paragunati ma' entitajiet li ilhom snin twal jagħtu korsijiet f'dan il-qasam. Jista' l-Ministru jgħid x'analiżi saret biex jiġi determinat li l-membri huma dawk li matul is-snin offrew programmi ta' natura vokazzjonali, teknika u professjoni speċjalizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-organizzazzjonijiet li llum jagħmlu parti mill- Education Consultative Council ta’ l-MFSA kienu konsistentament jorganizzaw korsijiet relevanti għas-settur tas–servizzi finanzjarji b’kollaborazzjoni ma’ l-MFSA nfisha minn qabel ma twaqqaf il-kunsill. Ghaldaqstant, aktar ma għadda ż-żmien, l-MFSA ħasset li jkun aktar f’waqtu li, minflok ma tittratta ma’ kull organizzazzjoni fuq bażi individwali, dan tagħmlu kollettivament u b’mod formali biex ikunu evitati d-duplikazzjoni ta’ xogħol u ħela ta’ riżorsi oħra. Illum li twaqqaf il-Consultative Council il-membri għadhom individwalment jorganizzaw l-istess tipi ta’ korsijiet ko-ordinati ma’ l-MFSA. Dawn il-korsijiet huma direttament relatati ma’ setturi li huma regolati mill-MFSA jiġifieri banking, insurance, securities, trusts u company law.
Jista' l-Ministru jispjega jekk jikkunsidrax etika l-għażla ta' institute ta' proprjeta' privata li hu mmexxi mill-istess entita biex jifforma parti minn dan il-kumitat? Jekk entita' privata tifforma parti minn dan il-kumitat, allura mhux qed jiġi kreat vantaġġ kompetittiv inġust versus entitajiet oħra? Dan anke, in vista, tal-fatt li l-MFSA ħarġet dokumentazzjoni promozzjonali li tinkludi dawn l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan il-kunsill. Huwa minnu li wieħed mill-istituzzjonijiet li jifforma parti minn dan il-kunsill huwa proprjeta' ta' u mmexxi minn entita' waħda privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tindika għal liema ‘Institute’ u ‘Kumitat’ qed tirreferi u nitlobha tiċċara l-Mistoqsija.
Apparti l-koordinament tat-taħriġ professjonali u vokazzjonali, l-MFSA għandha r-remit li tintervjeni direttament fis-settur tat-taħriġ? X'kienet ir-raġuni li l-ishma tal-Malta International Training Centre ġew trasferiti kollha lill-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA għandha l-obbligu li tiżgura li l-mezzi neċessarji għall-akkwist tal-kompetenzi li jiżguraw l-ordni fis-settur tas-servizzi finanzjarji jkunu aċċessibbli għall-industrija nfisha. Naturalment dan ifisser li, b’mod ko-ordinat u konsistenti, ikun ipprovdut taħriġ li jissodisfa il-kriterji regolatorji li jkunu applikabbli għas-settur minn żmien għal żmien.
Fis-sena 2001, L-MFSA kienet mistiedna biex ikollha ishma fil-
Malta International Training Centre
. L-iskop kien li jkun ċert li, b’kollaborazzjoni ma’ l-industrija nfisha, ikunu żviluppati programmi adegwati ta’ taħriġ fis-settur ta’ l-assikurazzjoni. Mill-bidu nett, l-intenzjoni ta’ l-azzjonisti l-oħrajn kienet li, eventwalment, l-ishma tagħhom ikunu trasferiti kollha lill-MFSA.
Jista' l-Ministru jgħid fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2002 u f'dik ta' l-2008 separatament, kemm kien in-numru ta' votanti li talbu għal assistenza tal-kummissarju elettorali għax ma kenux jafu jiktbu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex il-kunsilli lokali m'għadhomx jiġu mitluba jinnominaw persuna għall-ħatra ta' President tal-Kunsilli Skolastiċi fl-iskejjel tal-Gvern?
Jidhrilha li għandha terġa' tibda tikkonsulta mal-gvernijiet lokali bħala rappreżentanti eletti mir-residenti fil-lokalitajiet tagħhom? Għal kemm-il sena President ta' Kunsill Skolastiku jista' jibqa' jżomm il-kariga tiegħu ma' l-istess kunsill?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prassi kurrenti hi li l-Ministeru qed jikkonferma lil Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi wara li jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġijiet partikolari ta’ l-iskejjel u l-fehma tal-kapijiet ta’ l-iskejjel fejn tinħass il-ħtieġa.
Hi l-funzjoni ta’ kull Kunsill Lokali li jipproponi persuni biex jinħatru l President tal-Kunsilli ta’ l-iskejjel primarji. Fejn il-Kunsill Lokali jagħmel xi proposti dwar il-ħatra tal-Presidenti din qed tkun ikkunsidrata.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li s-servizz tal-Farmaċija ta' l-Għażla Tiegħek ikun kemm jista' jkun malajr estiż ukoll għal Tas-Sliema?
Response (DALLI, JOHN)
Il-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern fil-lokalita’ ta’ Ta’ Sliema bdew jirreġistraw għall-iskema fit-23 ta’ Jannar 2008. L-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek se tibda titħaddem f’din il-lokalita’ fl-4 ta’ Awissu 2008.
Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Jista' l-Prim Ministru jara li ż-zebra crossing li hemm fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan, tinżeba' kemm jista' jkun malajr mill-kunsill lokali, liema talba biex dan ix-xogħol isir u xogħol ieħor fuq Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan, ilu li ntalab żmien?
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex m'ghandux entitajiet jew korporazzjonijiet li jaqghu tahtu u ghalhekk ir-risposta hija fin-negattiv.
Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Impjegati ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Infrastrattura, Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn Awissu 2007 sa Diċembru 2007 ma’ l-entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, daħlu jaħdmu mpjegati ġodda skond kif ġej:
Awissu
1
Executive Science & Technology Officer
1
Commuciations Officer
1
Research Analyst
1
Gas Engineer
2
Inspectors
Settembru
1
Head of Shift
Ottubru
1
Computer Hardware Technician
1
Laboratory Technician
1
Laboratory Technologist
1
Analyst I (Resource Efficiency
1
Project Officer (Economics)
Diċembru
2
IT Apprentice
TOTAL
14
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuni ta' nazzjonalita' Ukrena jżuru Malta? Jista' jgħid ukoll jekk tingħatax attenzjoni partikolari jekk l-applikant/a jkollha xi membru tal-familja miżżewweġ/a Malti/ja?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċedura li kienet tintuża sa Marzu ta' din is-sena biex persuni ta' nazzjonalita Ukrena jżuru Malta kienet li dawn japplikaw għall-viża għal Malta fil-Konsolat ta' l-Awstrija ġo Kiev, il-belt kapitali Ukrena.
Din il-proċedura m'għadhiex tintuża u flokha daħħalna proċedura li hi wkoll permessa mill-Ftehim Schenghen u li hi aktar effiċenti u ta' konvenjenza għall-viżitaturi Ukreni. Minn April ta' din is-sena, l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin permezz ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Moska daħal bi ftehim ma' diversi aġenti ta' l-ivvjaġġar Ukreni sabiex dawn ikunu jistgħu jwasslu l-applikazzjonijiet ta' persuni ta' nazzjonalita Ukrena bil-passaporti b'kollox dirett fl-Ambaxxata Maltija ġo Moska. L-Ambaxxata Maltija, wara li jkun sar il-proċess meħtieġ, jibagħtu lura l-passaporti bil-viża mwaħħla fuqhom jew le, lura lill-aġenti ta' l-ivjaġġar.
Bħalma jiġri fi kwalunkwe applikazzjoni għal-viża, attenzjoni partikolari dejjem tingħata lil dawk l-applikanti li għandhom xi membru tal-familja f'Malta, wara li jsiru ċerti verifikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal xogħlijiet taħt skema tal-HA bin-numru CR37/2007?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-perit, it-tekniċi u l-Occupational Therapist għamlu l-ispezzjoni u r-rapporti tagħhom u fil-jiem li ġejjin ser tintbgħat lista tax-xogħlijiet li hemm bżonn jsiru lill-persuna li qed tieħu ħsieb l-anzjana konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn każijiet ta' AIDS rappurtata f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-każijiet ilhom irrapurtati l-aktar? Jista' jgħid jekk kienx hemm minn dawn il-każijiet li ħadu dan il-virus wara blood transfusion jew bdil ta' xi organu? Apparti dan, hemm xi każijiet oħra kif persuna setgħet tieħdu dan il-virus?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni kif speċifikament mitluba ma tinżammx.
Informat ukoll li n-numru ta’ każijiet ta’ AIDS rappurtati f’residenti Maltin mill-1986, tidher fit-tabella numru wieħed li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta’ każijiet rappurtati skond il-metodu ta’ trasmissjoni jidhru f’tabella numru tnejn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-esperti fil-Health Promotion Unit iħossux li qed issir biżżejjed promozzjoni għall-prevenzjoni tal-virus ta' l-HIV? Jekk le, għaliex u x'qed jitolbu iktar?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn, il-Health Promotion Unit iffoka l-promozzjoni tas-saħħa sesswali fuq il-mard trasmess mis-sess, fotshom il-Chalmydia, il-Gonorrhoea, il-Felul ġenitali u l-HIV/AIDS. Kienet deċiżjoni konxja tad-dipartiment li l-enfazi ma tkunx biss fuq il-virus ta’ l-HIV izda li tinkudi wkoll mard infettiv ieħor li jista jiġi trasmess mis-sess. L-edukazzjoni u messaġġi ta’ prevenzjoni saħqu l-aktar fl-iskejjel post-sekondarji u xi postijiet tax-xogħol fejn jimpjegaw ħafna żgħażagħ. Kien hemm inizjattivi mal-YOURS fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, mad-djar li jżommu t-tfal bħal Jean Antide Home, kif ukoll ġew organizzati bosta workshops għall għalliema tal-PSD li jwasslu l-edukazzjoni sesswali lil tfal fl-iskejjel sekondarji. Il-messaġġi promozzjonali tagħna ħafna drabi jkunu ibbażati fuq il-messagg ta’ l-ABCD – Abstain, Be faithful, Use Condoms, Don’t do drugs/ Do testing. Dan il-messagg komplejna nużawh fuq fuljetti li ippublikajna, kif ukoll fil-ktejjeb dwar is-saħħa sesswali bil-malti. Għandna wkoll relazzjoni tajba ma bosta gazzetti u magazines lokali li jagħtuna l-opportunita’ biex niktbu artikli fuq dan is-suġġett kif ukoll programmi fuq it-televixin li minn żmien għal żmien jistiednuna biex niddiskutu xi aspetti mis-saħħa sesswali.
Dan kollu jixhed l-impenn tal-
Health Promotion Unit
fil-qasam tas-saħħa sesswali speċjalment maż-żgħażagħ u persuni li qed jirċivu assitenza soċjali. Żgur pero’ li b’aktar rizorsi hemm lok biex isir iktar sabiex il-pubbliku jsir aktar konxju ta’ dan il-mard kif ukoll biex nippromwovu saħħa sesswali sabiħa u kommunikazzjoni akbar fuq suġġett tant importanti.
Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu jnaqqas il-waiting list li għandu fl-ortopedija u fl-oftalmoloġija?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Ministeru qiegħed jaħdem biex jistabbilixxi policy kif jistgħu jitnaqqsu il-waiting lists kollha. Hija l-intenzjoni tagħna li niddiskutu dan il-proċess mal-partijiet kollha konċernati meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-installazzjoni ta' lift fi Block A, Qasam tal-Bini tal-Gvern, Għajn Kejjet, Rabat għaliex ir-residenti ilhom jitolbu li dan isir ħafna iktar minn għaxar snin, imma jidher li x-xogħol ġej bil-mod? F'dan l-istess blokk jgħixu żewġ persuni li għandhom problemi mediċi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament. Jista' jinfurmani dwar l-aħħar żviluppi ta' dan il-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li erbgħa mit-tmin familji residenti fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant talbu li jiġi stallat lift fl-istess blokk. Minn investigazzjoni mill-Awtorita’ tad-Djar instab li t-tromba interna tat-taraġ ma tistax takkomoda l-lift. Il-bankina hi wkoll dejqa wisq biex it-tromba tal-lift tinbena fuq barra, kif sar fi blokk viċin.
L-erba’ applikanti ġew infurmati b’dan kollu u ġew mistiedna jesploraw mal-Kunsill Lokali tar-Rabat il-possibilta’ li titwessa’ l-bankina sabiex ikun hemm spazju biżżejjed biex tinbena tromba mingħajr ma tiġi ngumbrata l-bankina kollha. Barra minhekk l-Awtorita’ kitbet direttament lill-Kunsill u talbitu jistudja l-każ b’koordinazzjoni man-
Network Infrastructure Directorate.
Minn dan jidher ċar li l-Awtorita’ tad-Djar għamlet dak kollu possibbli biex tgħin lill-applikanti u altru li mhux qed tkaxkar saqajha dwar dan il-każ, kif qed jagħti x’jifhem l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.