Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fil-lista annessa.
Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Vetturi mikrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi Mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 794 u 571 u jgħid kemm huma l-households f'Malta li , minħabba li qalbu għal sistema fotovoltaiċi ta' enerġija alternativa, jbiegħu l-kurrent lill-Enemalta? Kemm inxtara kurrent f'termini ta' kejl ta' kurrent u f'termini ta' flus mill-budget li għadda sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru tal-postijiet li qalbu għas-sistema fotvoltaika ta’ enerġija alternativa huwa ta’ 13-il post domestiku. B’kollox inxtraw ċirka 9064 unita’ ta’ dawl li jammontaw għall-€1690 mill-aħħar Budget sal-lum. Dan l-ammont ma jinkludiex intrapriżi kummerċjali li għandhom din is-sistema.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 545 u jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-ċimeterju fil-Mosta fi Triq Durumblat hijiex qed isir bil-permessi meħtieġa mill-ADT?
Jista' l-Ministru jara li dan il-proġett hux aċċettat mill-ADT meta wieħed jikkonsidra li qed jitnaqqas ħafna mill-parkeġġ li kien hemm qabel, u dan jista' joħloq periklu la darba Triq Durumblat hija triq arterjali li fiha issa iżjed vetturi ser jkunu qed jipparkjaw fil-
carriage way
fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qabel il-kuntrattur seta’ japplika għall-permess biex jsiru xogħlijiet fit-triq, il-kunsill loklali jrid jitlob biex l-iskema li jrid jwettaq tkun approvata mill-ADT. Iż-żewġ applikazzjonijiet huma distinti. Ta’ l-ewwel tkun iġġudikata fuq kriterji varji speċjalment ta’ ‘Traffic Management u Safety’ filwaqt li l-applikazzjoni għand it-Trenching Unit tal-ADT/ NID trid issir mill-Kuntrattur li jkun ngħata x-xogħlijiet mill-Kunsill. Din l-applikazzjoni torbot lill-Kuntrattur b’kundizzjonijiet speċjali fuq ix-xogħlijiet kuntemplati u tkopri l-istess xogħlijiet b’garanzija finazjarja u polza ta' assikurazzjoni li l-istess Kuntrattur għandu mal-ADT. F’dan il-każ bi żvista it-trenching permit nħareġ mingħajr ma kien hemm l-ewwel approvazzjoni tal-pjan propost mill-Kunsill Lokali. Il-permess li ngħata bi żball huwa bħalissa sospiż sakemm tingħata risposta fuq proposta li għamel riċentament il-Perit tal-Kunsill lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 823 u 632 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, u issa qed jiġu riferuti lilu, u jgħid x'policy se tkun qed tadotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 583 u jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bdiewa full-time u part-time rispettivament f'kull waħda mil-lokalitajiet (bliet u rħula) tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Jannar 2008, mid-Distretti Elettorali ndikati mill-Onor. Interpellant, kien hemm 801 bidwi full time u 641 part time, reġistrati bħala tali, mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar survey tas-swar ta' l-Imdina? X'irriżulta minn dan is-survey? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol li kien rakkmandat jekk kien rakkmandat xi xogħol fuq dawn is-swar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-aħħar studju fuq is-swar tal-Imdina sar bejn l-2001 u l-2003 fiz-zona tal-Palazz ta’ Vilhena. Kien ġie stabilit fejn kellhom ikunu l-interventi prijoritarji ta’ konsolidament tas-swar f’din iz-zona. Wara ingħata t-tender għax xogħol ta’ l-ewwel fażi li qed ikun ko-finanzjat mill-EEA. Dan ix-xogħol inbeda u bħalissa għaddej xogħol biex isir il-konsolidament tas-sur ta’ taħt il-Pjazza tal-Kunsill
Bejn l-2009 u l-2013 ser jitkomplew l-istudji u x-xogħol f’zoni oħra tal-Imdina. Għal dawn il-proġetti intalab ko-finanzjament mill-Fondi Strutturali tal-UE.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 559 u jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir mill-kunsill lokali f'Triq il-Konstituzzjoni. Mosta kienx imwaqqaf mill-ADT wara l-istruzzjoni tal-Ministeru li xogħol bla permess f'toroq jitwaqqaf?
Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla bla telf ta' żmien għaliex fil-preżent hemm periklu għal dawk li jkunu qed jużaw il-bankina ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 819 u jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT sabiex toroq arterjali jkollhom is-sinjali tat-traffiku mogħtija ż-żebgħa sabiex jibqgħu jidhru?
Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex il-pjazza ta' l-Imsida jkollha sinjali tat-traffiku miżbugħa mill-ġdid ladarba wara x-xogħol li sar dan l-aħħar, is-sinjali ma baqgħux jidhru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ta' sinjali tat-traffiku hija regolata mill-Avviż Legali 364 tal-2003 series 1200. Din hija marbuta kemm mal-kwalita' taż-żebgħa jew materjal ieħor, kif ukoll mal-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq. Fil-ġimgħat li ġejjin l-ADT se tkun qed toħroġ tenders ġodda għas-sinjali ta-traffiku u l-kwalita' ta' dawn is-sinjali ser tkun ittestjata minn evalwaturi independenti skond direttiva li tajt lill-ADT.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda full-time u part-time rispettivament f'kull waħda mill-ibliet u rħula tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Jannar 2008, mid-Distretti Elettorali ndikati mill-Onor. Interpellant, kien hemm 72 sajjieda full time u 174 part time, reġistrati bħala tali, mal- Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li għandhom bżonn jieħdu mediċina (eż pilloli, syrups, inhalers, drops eċċ) waqt il-ħin ta' l-iskola u dan fuq bażi regolari?
Tista' tgħid ukoll kemm hemm tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li għandhom bżonn kura medika aktar intensiva (eż injections, suppositories, catheter eċċ) waqt il-ħin ta' l-iskola u dan fuq bażi regolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 785, jista' l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-dajr mid-diversi terapisti skond it-tliet kriterji msemmija matul Mejju 2008?
Matul Mejju 2008, kemm kien hemm talbiet għal trasport minn pażjenti li ġew eżaminati minn:
i) Dieticians
ii) Occupational Therapists
iii) Physcotherapists
iv) Optometrists
v) Speech Therapists
vi) Chiropodists
fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-isptarijiet tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-gvern jagħti l-go ahead lill-kumpanija Awstraljana biex tkompli bix-xogħol tagħha fl-ibħra tagħna fejn qalet li hemm proġetti tajbin għas-sejbiet taż-żejt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-pjanijiet approvati bejn il-gvern u l-kumpaniji privati għat tħaffir taż-żejt, mexjin skond il-kundizzjonijiet kuntrattwali stabbiliti.