Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa fir-Rabat, Malta matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk qegħda tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat, Malta, minn Jannar sa April bejn l-2003 u l-2008 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn jinkludu servizzi li jingħataw mit-tabib, min-
nurse
, servizz ta’ viżti fid-djar u servizzi mill-kliniċi speċjaliżżati.
Ma tinżammx statistika li turi kemm minn dawn il-pazjenti kienu anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Floriana, matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk qegħda tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana minn Jannar sa April bejn l-2003 u l-2008 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra .
Dawn jinkludu servizz li jingħataw mit-tabib, min-
nurse
, servizz ta’ viżti fid-djar, servizzi mill-kliniċi speċjalizzati u servizz li jingħata mill-ispiżjar.
Ma tinżammx statistika li turi kemm minn dawn il-pazjenti kienu anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li ħadu l-Invalidity Pension f'Jannar, Frar, Marzu, April, 2007 u kemm fl-istess xhur fis-sena 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 489, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' għajnuna medika u għajnuna soċjali fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007/2008 kien hemm każijiet li din l-għajnuna ġiet mwaqqfa u wara reġgħet ġiet mogħtija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' nies Maltin li qed jistudjaw barra, li qed jaħdmu barra, f'liema pajjiżi marru, fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika tan-numru ta’ Maltin li qed jistudjaw jew li qed jaħdmu barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod għall-użu ta' inpatients tal-Mediċina fl-Isptar San Luqa u kemm hemm fl-Isptar 'Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Infurmat li n-numru ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei hemm 278 sodda li qegħdin jintużaw għall-użu ta’ In-patients tal-Medicina. Dawn jinkludu s-sodod għal in-patients tal-Kardjoloġija kemm fil-Coronary Care Unit kif ukoll dawk fil-Cardiac Medical Ward.
In-numru ta’ sodod għall-uzu ta’
inpatients
tal-Medicina fl-Isptar San Luqa qabel it-trasferiment lejn Mater Dei kien 290. Dawn kienu jinkludu s-sodod tal-
Coronary Care Unit
.
Din l-informazzjoni hija skond il-
Patient Administration System (PAS)
ta’ Mater Dei
illum u dik ta’ L-Isptar San Luqa kif kienet fl-aħħar ta’ Ottubru 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn totali li d-dipartiment għandu ma' importaturi tal-mediċini u ma' aġenti ta' apparat ta' kull tip li qed jintużaw fl-isptarijiet tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Sa l-aħħar ta’ Mejju 2008, il-Gvern għandu jagħti lill-aġenti għal xiri ta’ mediċini, ‘medical devices and disposables’ kif ukoll ‘orthotics and prosthetics’ Euros 25,700,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ġew impjegati bħala full-time, part-time u casual workers mal-Malta Shipyards?
Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise, kemm kien l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema?
Minn liema pajjiżi ġew impjegati dawn il-ħaddiema?
Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyards kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-Kunsill Lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema fondi tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 655 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, spiċċat minn chairperson tal-Housing Authority? Jekk spiċċat meta spiċċat u għaliex? Tista' tgħid liema kienet l-aħħar darba li daħlet għax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Il-persuna ndikata m’għadiex tokkupa l-kariga ta’ Chairperson ta’ l-Awtorita’ tad-Djar b’seħħ mid-9 ta’ Ġunju 2008, wara li tat in-notice kif stipulat fil-kuntratt.
Jista' l-Prim Ministru permezz ta' l-Malta Toursim Authority jara li l-Malta Maritime Authority tieħu l-passi neċessarji biex fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa kull sena jkunu nstallati l-miżuri ta' lqugħ ta' sigurta' għal għawwiema li fil-maltemp jistgħu jinqabdu f'diffikulta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima kull sena timmarka żoni li jkunu riservati esklussivament għall-għawwiema f’numru ta’ bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna fosthom ġewwa Għajn Tuffieħa. Barra minn dan, l-Awtorità tagħmel kampanja fuq il-media u mezzi tax-xandir li biha, fost oħrajn, tavża lill-għawwiema sabiex ma jgħumux fil-maltemp jew meta l-baħar ikun imqalleb. F’din il-bajja jitqiegħdu wkoll avviżi fuq signboard apposta f’dan is-sens. Rigward il-miżuri ta’ lqugħ ta’ sigurtà għall-għawwiema li fil-maltemp jistgħu jinqabdu f’diffikulta, l-Awtorità Marittima qegħda f’diskussjonijiet ma’ l-għaqda volontarja Gaia Foundation sabiex ġewwa din il-bajja, għal darb’oħra din l-għaqda terġa’ tinstalla safety lines li jservu għal dan il-għan.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 437 li saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe'jgħid b'liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt lill-kumpannija privata biex tmexxi l-attivitajiet 1, 2, 3, 4 f'Mejju 2008 f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt kienx jinkludi li ikel u xorb jiġi provdut mill-kumpannija li ngħatat il-kuntratt u mhux mill-ħwienet Għawdxin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 953.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta' persuni biex jidħlu fil-home ta' Bormla? Jista' jaqsamhom skond high priority, priority u not urgent?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-waiting list ta' persuni biex jidħlu fil-home ta' Bormla hija ta' 152 li hija mqassma hekk :-
37 - high priority
23 - low priority
58 - sarilhom assessment mis-social worker u qed jistennew biex l-admission board jara l-applikazzjoni
14 - qed jistennew li jmur is-social worker
20 - kienu applikaw qabel l-2006 u meta ġew mitluba permezz t'ittra, biex jikkonfermaw l-interess tagħhom, id-Dipartiment ma rċieva l-ebda risposta. Id-Dipartiment qed jagħmel tentattiv biex jagħmel kuntatt ma' dawn il-persuni permezz tat-telephone.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet t-talba għal pensjoni tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, wara li żewġha ilu fuq sena li miet?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda f'dawn l-aħħar xhur fil-każ tal-qtil ta' Karen Grech, wara li bagħtu ittra bomba lill-ġenituri tagħha? Jista' jgħid jekk intalbitx xi għajnuna professjonali lill-esperti barranin riċentement fl-2007 u fejn wasal dan il-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta Maġisterjali dwar il-każ għadha mhix magħluqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji ġodda għal armi fis-sena 2007? X'tip kienu dawn l-armi li nħarġet liċenzja għalihom? Kemm hemm persuni li qed jistennew li tinħarġilhom il-liċenzja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li kien hemm 3,754 armi li ġew reġistrati għall-ewwel darba is-sena l-oħra, kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 376 applikazzjoni pendenti għaż-żamma ta’ armi.