San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34716, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema toroq ingħataw iċ-ċitazzjonijiet li ħarġu l-istess ċitazzjonijiet? Kif jitqabbel in-numru ta' 58 ċitazzjoni għal dawk li huma l-Ħdud fl-ewwel xhur ta' din is-sena (qabel it-13 ta' Mejju 2012)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 34586 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sehem għandhom il-kunsilli lokali biex jiddeċiedu fejn jista' jkun hemm car parks bil-ħlas? Liema hi l-lista ta' car parks li fihom Transport Malta għandha attendants liċenzjati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'applikazzjonijiet u minn min (privat jew gvern) saru dawn l-istess applikazzjonijeit mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Xi żviluppi kienu proposti minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddilna iktar informazzjoni, bħal jispeċifika liema perjodu trid tkopri r-risposta, biex b'hekk l-Awtorita' tkun tista' twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Ħ'Attard — Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ - ilment dwar rwejjaħ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34355 u jinforma lill-Kamra x'passi ħa, jew qed jieħu, jew inkelli x'bi ħsiebu jieħu rigward ir-riħa qawwija li ħierġa mid-drenaġġ f'Ħ'Attard l-aktar fl-inħawi tat-Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ peress li din ir-riħa ilha ħierġa għal aktar minn sena bl-inkonvenjenza kbira għar-residenti, u anki b'periklu għas-saħħa tagħhom? Jista' jara x'jista' jsir peress li r-residenti ġew informati, minn rapreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa li din hija riżultat li hemm min qed jitfa' l-ħmieġ tal-annimali mill-inħawi tal-Imdina?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet diversi spezjonijiet fl-akwata msemmija u fl-ebda ħin ma irriżulta li hemm irwejjaħ. Is-istema tad-drenaġġ instabet taħdem sew.
Jirriżulta wkoll, illi fil-passat, wara ilmenti simili, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni sabu diversi sorsi ta irwejjaħ ġejjin minn sistemi privati bħall sufuni niexfa u ventijiet ħżiena. Kienu ġew irrangati/mibdula xi tappieri ukoll.
Nitolbu lil konsumatur effetwat sabiex iċempel lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-freephone 80072222 u jindika il-post tas-sors tar-riħa sabiex il-Korporazzjoni taħdem fuqu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34225, 33489 u 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34631 u jgħid kemm ta' sussidju jew għajnuna u fuq xiex ta susidju jew xi tip ta' għajnuna oħra lill-kumpanija tat-transport Arriva kemm ilha topera sal-aħħar ta April 2012 il-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34466 u 33769 u jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għall-Appendici “H” u “H1” tar-Rapport tat-Teżor 2010 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta’ Lulju, 2011 kif ukoll għal Appendiċi “G” tal-Estimi Finanzjarji tal-Gvern għas-sena 2012 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-14 ta’ Novembru, 2011.
Differenza bejn servizz ta' klinika privata u dak taċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34456 u jgħid x'differenza hemm fis-servizz tal-emerġenza mogħti fi klinika privata u servizz provdut miċ-Ċentri tas-Saħħa li diġà huma eżistenti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34450 u jgħid b'liema loġika jitmexxa l-ħsieb li meta jkun hemm xi ċittadin li jkun ipparkja l-karozza tiegħu b'inqas minn ħames metri 'l bogħod minn xi kantuniera dan jiġi mħarrek u mwaħħal ċittazjoni u jekk f'din l-istess triq isiru l-kaxxi l-bojod anke jekk l-ewwel kaxxa tkun ftit ċentimetri 'l bogħod mill-kantuniera li tipparkja f'dik il-kaxxa ma jkunx illegali? Mela jekk karozza li tkun ipparkja inqas minn ħames metri 'l bogħod minn kantuniera hija perikoluża għat-traffiku li jkun għaddej, ikun hemm kaxxa bajda impinġija mal-art, dan il-periklu ma jibqax hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma toħroġx permessi għal kaxxi tal-parkeġġ li jkunu b'distanza ta' inqas minn ħames metri mill-kantuniera ħlief meta t-triq tkun b’passaġġ f’ direzzjoni waħda (one-way) u s-sinjali tat-triq f’kantuniera, liwja jew splay ta’ dik it-triq partikolari ma jestendux għal aktar mil-limitu indikat ta’ ħames metri, f'liema każ tali projbizzjoni ma tkunx testendi għal ħames metri sħaħ iżda tkun limitata għad-distanza koperta mill-imsemmija sinjali tat-triq. L-Onorevoli Interpellant jista' jgħaddilna l-isem tat-triq li għaliha qed jirreferi sabiex uffiċċjali tal-istess Awtorita' jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu l-verifiki meħtieġa u li tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — sussidju
Question
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ is-sussidju mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ċ-ċekk għadu ma waslilhiex?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu gie infurmat b’ittra datata 30 t’April, 2012, sabiex jipproduci l-ircevuta neccessarja sabiex ikun jista’ johrog ic-cekk.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-kartuna s-safra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha xahrejn li applikat u s'issa għadha ma rċeviet xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet kkuntattjata permezz tat-telefon iżda kelmitna t-tifla tiegħu peress li bħalissa huwa indispost. Il-persuna kkonċernata kellha kartuna roża tad-dijabete u saret talba biex tinbidel il-kartuna għal waħda safra. L-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra rċieva applikazzjoni għal din il-kartuna safra fis-16 ta’ Mejju 2012. Din diġà ġiet ipproċessata u ser tintbagħat lill-persuna minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja tarmac Triq iċ-Ċawsli Ħaż-Żabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija parti mis-sistema ta’ toroq li hija pjanata biex tgħaqqad il-junction ta’ Bulebel ma’ Smart City Malta. Transport Malta ssottomettiet l-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji tal-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett lill-MEPA. Peress li dan il-proċess għadu għaddej, Transport Malta qed tippjana xogħol ta manutenzjoni temporanju f’din it-triq.
prezzijiet tal-mediċina mqabbla ma' pajjiżi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il mediċina offruta għall-bejgħ f'Malta kellha l-prezz tagħha eżaminat u mqabbel ma' prezzijiet ta' mediċini ta' pajjiżi Ewropej skont il-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċini mill-April 2008 'l hawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-mediċini eżaminati li tinkludi il-prezzijiet f'Malta mqabbla ma' dawk Ewropej kif ukoll il-prezz medju kif maħdum mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Wara li sar konfront ma' prezzijiet ta' mediċini ta' pajjiżi Ewropeji skont il-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċini, kemm kienu l-istanzi fejn instab li l-mediċina li kienet mibjugħa hawn Malta kienet għola mill-medja Ewropeja wara li ġie kkalkulat il-prezz medju skont il-ftehim? Kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn importatur għażel li jniżżel il-prezz tal-mediċina għal dak prezz medju kif ikkalkulat mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn April 2008 'l hawn? Għal istess perjodu kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn l-Awtoritajiet msemmija aċċettaw li importatur ibaxxi l-prezz iżda mhux għal dak il-prezz medju kif ikkalkulat mill-istess awtoritajiet? Kemm kienu ċ-ċirkostanzi fejn importatur m'aċċettax li jniżżel il-prezz u l-mediċina baqgħet tinbiegħ bil-prezz li kien? X'passi ulterjuri ħadu l-awtoritajiet f'dawn iċ-ċirkostanzi tal-aħħar?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema swieq, minn mindu twaqqaf l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, qed jiġu analizzati mill-Uffiċċju bil-ħsieb li jiġu ddentifikati u rretifikati nuqqasijiet f'dawn is-swieq? Kemm minn dawn l-istudji tlestew u jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke mhux kunfidenzjali, ta' dawk l-istudji li tlestew?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, diġà awtorizzatx, jew hemm quddiemha xi talba mill-kumpanija Arriva, sabiex ikun hemm żieda fit-tariffi tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid jekk Transport Malta għandhiex xi informazzjoni li fi żmien qasir il-kumpanija Arriva se żżid it-tariffi tagħha? Jekk huwa l-każ, meta se tidħol fis-seħħ din iż-żieda u meta l-konsumaturi se jiġu infurmati dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta oħra.
Għawdex — rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali
Question
B’referenza għat-twewġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34639 dwar ir-rapport rigward l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex kif stipulat fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx it-talba lill-Kummissjoni Ewropa biex il-Kummissjoni tieħu l-passi dwaru? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tat-talba fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu m’għamilx it-talba, jista’ jgħid għaliex għadu m‘għamilhiex? Meta beħsiebu li jagħmilha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-Gvern għamel talba lill-Kummissjoni Ewropea skont Dikjarazzjoni 36 dwar ir-reġjun gżira ta’ Għawdex mehmuża mat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Malta. Qiegħed inpoġġi kopja tal-ittra tiegħi, datata 21 ta’ Mejju 2012, indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut huwa u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?