Legislature:
Category:
Reset
Active:

Turiżmu — Għoli fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' kif se tintlaqat l-industrija tat-turiżmu bl-għoli fil-prezzijiet taż-żejt u ċ-ċereali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern kontinwament isegwi l-impatti li jista’ jkollhom żidiet fil-prezzijiet internazzjonali ta’ prodotti bħaż-żejt u ċ-ċereali fuq il-kompetittività ta’ Malta fl-oqsma kollha tal-kummerċ. Ma jistax jonqos li tingħata wkoll importanza lejn settur importanti daqs it-turiżmu meta wieħed isegwi dawn ix-xejriet.

Xiri ta' art mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jixtri l-art li bħalissa tinstab għand ċittadini Maltin b'ċens, li ħadu plots mingħand il-Gvern u li għadha fuq konvenju? Fejn waslu dawn it-taħdidiet dwar il-ftehim? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ma jistgħux jissellfu flus mill-banek u jagħmlu tajjeb għalihom dawn id-djar?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Prezz taż-żejt u ċ-ċereali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studji dwar l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt u ċ-ċereali, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul ta' inqas minn €12,000 fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Vetturi mikrija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru u l-Ambaxxati tiegħi hemm 5 vetturi li huma mikrija. Fil-każ ta' l-Ambaxxati dawn huma leased. Is-somma globali li qed titħallas kull xahar hija ta' € 3061.91.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riżorsi u Affarijiet Rurali — Vetturi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ karozzi/vetturi inklużi dawk kummerċjali, mikrija mill-ministeru, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet hu ta’ 73 filwaqt li l-ispiża fix-xahar hi ta’ €62,029.38.

Ġustizzja u Intern — Vetturi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-prżent hemm 56 vettura mikrija għall-użu tal-ħtieġijiet tad-dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tiegħi. L-ammont globali li jitħallas kull xahar għall-kiri ta' dawn il-vetturi huwa ta' €23,185.30 (Lm9,953.50).

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 793 u 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1039 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar ta' l-Anzjani — Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 792 u 573 u jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-ikel li qed jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Fejn qed jiġi ppreparat dan l-ikel? Il-Gvern jivverifika kull tant żmien il-livell ta' ikel li jkun servut?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li kull meta d-Dipartiment ta’ l-Anzjani rċieva xi ilmenti dwar l-ikel li jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun, dawn ġew immedjatament investigati mid-Dipartiment ma’ l-operatur u azzjoni ttieħdet fejn kien hemm bżonn. L-ikel għad-dar taż-Żejtun huwa ppreparat kemm fl-istess Dar, kif ukoll minn kċina ċentraliżżata li hi mħaddma minn kuntrattur. Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali jagħmel spezzjonijiet regolari f’kull Dar ta’ l-Anzjani, kemm tal-Gvern kif ukoll fil-privat. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kemm il-kċejjen kif ukoll fejn jiġi maħzun u ppreparat l-ikel. Id-Dipartiment tal-Anzjani għandu wkoll Bord li jinvestiga ilmenti u jagħmel spezzjonijiet f’dawk id-djar li huma propjeta tal-Gvern.

Kunsum ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 791 u 574 li oriġinarjament kienu saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jiddikjara jekk il-Gvern ikkonsidrax l-idea li bl-istess mod li prattikament kull household għandha meter tad-dawl, kull household ikollha sistema ta' produzzjoni ta' enerġija alternattiva, partikolarment sistemi fotovoltaiċi?Wettaq xi studju l-Gvern tal-vijabbilita' ta' l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi f'kull dar komparati mal-flus extra li jkollu joħroġ l-istess Gvern biex jagħmel tajjeb għan-nofs iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u li se jkomplu jħallsu ċ-ċittadini fi ħlas ta' soprataxxa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-gvern jimbotta u jippromwovi kemm jista’ jkun il-produzzjoni ta’ enerġija alternattiva. Tant hu hekk li l-gvern diġà jagħti sussidju fuq sistemi ta’ PV (flimkien ma sistemi oħra) ta’ €1,164.69 kull kWp (kiloWatt peak) installat f'dar, permezz ta' skema li titħaddem mill-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi. Dan l-ammont għandu jiżdied permess ta' fondi mill-Unjoni Ewropea. Saru numru ta' studji dwar il-potenzjal tas-sistemi fotovoltaiċi (PV), fosthom dak mill-kumpanija Mott MacDonald. Ir-rapport ta' dan l-istudju ‘ Renewable Electricity Exploitation in Malta’ tpoġġa fuq-il-Mejda tal-Kamra fl-20 ta' Marzu 2007. Barra minhekk il-gvern għadu kif waqqaf grupp ta' esperti li għandhom l-inkarigu li joħorġu bi proposti kif għandha tiġi ġġenerata madwar 10% tal-enerġjia f'Malta minn riżorsi li jiġġeddu (inkluż PV).

Servizzi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-WSC għandhiex tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet fis-7, 11 u 12-il distrett li m'għandhomx servizzi tad-drenaġġ imqabbda mal-mains prinċipali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jistax jitfassal pjan biex dawn il-lokalitajiet fil-fatt ikollhom is-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numri ta’ residenzi li jinstabu fil-lokalitajiet fix-7, 11 u 12 il-distrett li ma għandhomx servizz tad-drenaġġ mqabbda mal-mains principali u huma servuti b’fossa li titbattal b’xejn mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinstabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan fit-tul biex dawn ir-residenzi jkunu mqabbda mas-sistema principali tad-drenaġġ.
Leg 11 PQ #1059 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistrazzjoni ta' vetturi

Question

Billi skond xi ġurnali lokali kien rapportat li l-MEPA se titlob għar-reġistrazzjoni tal-vetturi li għandhom liċenzja għall-ġbir u ġarr ta' tipi differenti ta' skart, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu u f'każ li hu hekk, jista' jgħid meta hu mistenni li jibda u jintemm il-proċess ta' reġistrazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistrazzjoni tal-vetturi illi ser iġorru l-iskart nbeda fix-xahar ta' Ġunju għal reġistrazzjoni tal-klassijiet B, C u D (illi jinkludu ġarr fuq il-baħar, skart kliniku, u hazardous waste). Vetturi tal klassi A (dawk illi jġorru skart muniċipali fost oħrajn) ser jiġu rreġistrati bejn Lulju u Diċembru; dawn huma mqassmin skond il-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

San Pawl il-Baħar — Mina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ADT għandhiex il-ħsieb li twettaq xi proġett ta' mina fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar/Xemxija, f'liema mina tkun tista' ssir triq? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li ssir u x'konsultazzjoni saret jew għad trid issir dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Marija Estate — Arloġġi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għall-instalazzjoni ta' l-arloġġi tad-dawl f'residenzi privati fl-inħawi ta' Santa Marija Estate? Kemm ilhom jistennew dawk konċernati għal dan id-dawl? X'qed iwassal għal dan id-dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet għall-arloġġi tal-elettriku fin-naħat ta Santa Marija Estate huma tnejn. Dawn ilhom jistennew 120 ġurnata minnhabba li ghad irid joħroġ il-permess tat-trinek mill-Awtorita kompetenti.

San Pawl il-Baħar — Skola Primarja

Question

Tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar jekk hemmx xi ħsieb li l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar tingħalaq u tinbena oħra minflokha? Jekk iva, fejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bħalissa m’hemmx pjan li tingħalaq l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u tinbena oħra minflokha.

Buġibba/Kennedy Grove — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex ħofra perikoluża fejn il-lights tad-daħla ta' Buġibba tissewwa? Jista' jara wkoll li t-toroq ta' madwar Kennedy Grove li fihom saru xi trinek fl-aħħar xhur, jiġu rranġati sew, mhux biss fil-wisa' tat-trinka iżda fil-wisa' kollha tat-triq biex dawn it-toroq isiru aħjar milli fil-fatt huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqdiet Non-Governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuniet finanzjarji qed jagħti l-gvern lill-Għaqdiet Non-Governattivi li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita'? Speċifikament x'għajnuna qed jagħti lir-Razzett tal-Ħbiberija li qed joffri ħafna servizzi bla ħlas u qed ikollu diffikultajiet finanzjarji kbar biex jibqa' vijabbli?

Response (DALLI, JOHN)

Minbarra għajnuna mhux finanzjarja li jistgħu jirċievu għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita', bħal ma hi l-iskema ta' assenjar ta' mpjegati tal-Gvern biex jagħmlu xogħol ma dawn l-għaqdiet, il-Gvern jgħin ukoll finanzjarjament u direttament numru ta' dawn l-għaqdiet permezz tal-fondi allokati kull sena għal dan l-iskop f'Vot taħt il-Ministeru tiegħi. Ninsab informat li, fil-fatt, madwar 40% tal-fondi mogħtija din is-sena minn dan il-Vot marru għand għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita'. Ninsab informat ukoll li, din is-sena, l-għotja lir-Razzett tal-Ħbiberija minn dawn il-fondi żdiedet b' 4,659 EU fuq dik tas-sena ta' qabel biex laħqet 18,635 EU. Il-Gvern jirrikonoxxi x-xogħol u l-kontribut prezzjuż li din l-għaqda, flimkien ma' oħrajn, jagħtu fil-qasam tad-diżabilita' u għalhekk jagħmel dak possibli biex jgħinhom, fil-parametri tar-riżorsi disponibbli.

Ġarr tal-merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għajnuna ġdida li qed jikkunsidra li jagħti l-Gvern biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-ġarr (minħabba ż-żieda fid-diesel) tat-trakkijiet bil-merkanzija lejn Għawdex għax jekk din iż-żieda tgħaddi għal fuq il-konsumatur, tgħolli ħafna l-ħajja?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1073 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li jaħtar persuni fil-bordijiet pubbliċi wara li ssir sejħa għal persuni idonei?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 178.