B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 851 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u t-tieni parti tagħha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien tista' vettura liċenzjata titħalla pparkjata f'post wieħed mingħajr ma tiċċaqlaq qabel ma' tiġi meqjusa ta' inkonvenjent?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li ngħatat għad-domanda parlamentari nru 948.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema minn Jannar sa April, 2008 li ħadmu fil-ġimgħa:
a) anqas minn 40 siegħa
b) 40 siegħa
c) minn 40 sa 48 siegħa
d) minn 48 sa 60 siegħa
e) minn 60 sa 65 siegħa
f) aktar minn 65 siegħa?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema ministeri jew dipartimenti qed jirreferi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara x'inhu jżomm lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, milli jiżżewweġ bil-proċeduri ċivili lill-persuna, li isimha qed jidher separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tindika x'passi ħa l-Gvern in vista tal-kwestjoni li kellu ma' l-għalliema, liema kwestjoni żviluppat f'azzjoni industrijali ma' l-MUT, biex isolvi din il-kwestjoni? X'se jagħmel biex l-istudenti li se jirċievu r-riżultati tard ma jintlaqtux ħażin, partikolarment dawk li jkunu jeħtieġu resits?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-kwestjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tirrigwarda azzjoni industrijali li zviluppat bejn l-Unions, l-MUT u l-UMASA, u l-Universita’ dwar i-fteħim kollettiv ta’ l-istaff akkademiku. Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern flimkien ma’ l-Universita’ qiegħed jagħmel dak kollu li huwa possibli sabiex din il-kwestjoni tiġi riżolta fl-iqsar żmien possibli.
L-Universita’ talbet lil unions biex jitwaqqfu d-direttivi u jitkomplew in-negozjati. Il-unions ma aċċetawx din il-proposta u għalhekk l-Universita’ talbet lid-Direttur tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali sabiex isir laqgħa konċiljatorja, skond l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 965 li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid fiex waslet it-talba tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament , dwar is-saqaf tal-garaxx tagħha tal-Gvern nru.9 li qed iċedi, fit-triq ta' wara r-residenza tagħha, li kien ġie spezzjonat mill-awtoritajiet ikkonċernati s-sena li għaddiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li wara l-ispezzjoni imsemmija, jonqos l-approvazzjoni neċessarja ta’ l-entitajiet konċernati u wara ssir t-tiswija meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jikkonfermali li s-slielem li suppost kellhom ikunu f'posthom fix-Xatt ta' Tas-Sliema sal-1 ta' Ġunju, 2008 se jkunu f'posthom ma jdumux? Jista' jinfurmani jekk hemmx xi postijiet oħra fejn jgħumu n-nies li huma mingħajr slielem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-slielem twaħħlu f’Mejju u fil-maġġoranza tagħhom qegħdin f’posthom. Kien hemm istanzi li xi wħud minnhom inqalgħu kawża tal-maltemp.
Is-Sezzjoni tat-Tindif tax-Xtut qiegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fejn in-nuqqasijiet ġew identifikati u dawn diġà twaħħlu minnhom. Il-proċess ser jitkompla.
Is-Sezzjoni qed tieħu nota fejn jiġu rrappurtati slielem neqsin u qed tagħmel ġodda, iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b’xi każ partikulari, nistiednu jgħaddi l-informazzjoni biex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jwieġeb mistoqsija parlamentari 1101 u jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 995 u jgħid skond id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każi in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?
Peress li r-residenti ta' Triq Fanal,Għasri qed jilmentaw m inħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċita', jista' l-Ministru jara l-possibilita' li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jagħti jew li beħsiebu jagħti l-Ministeru għall-avvenimenti ta' TV Moda li ser issir f'Għawdex ix-xahar id-dieħel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex ta l-permess sabiex din l-attivita' tkun tista tigi riklamata fuq il-bill boards li ghandu l-Ministeru.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1082, kont qed nirreferi għall-Education Consultative Council tal-MFSA.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kriterji u t-‘terms of reference’ li permezz tagħhom ġew stabbiliti l-istruttura, il-funzjoniet u l-proċeduri ta’ l-‘Education Consultative Council’ ġew elaborati fid-dettall f’risposti għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti nru 191,192, 1076 u 1083 (kollha tal-2008) fuq dan l-istess suġġett reċentement.
A bazi ta’ dan, wieħed ma jarax li l-preżenza fil-kunsill ta’ Istitut immexxi minn entita’ waħda privata jikkostitwixxi nuqqas ta’ etika. F’dan l-ambitu ta min jispjega aktar li l-‘Education Consultative Council’ ma joffrix vantaġġi kompetittivi lil xi ħadd mill-membri tiegħu. Il-Kunsill hu wieħed konsultattiv u mhux fl-ambitu tiegħu li jassenja korsijiet jew programmi ta’ taħrig lill-enitajiet rispettivi. Huma il-membri individwali li jidentifikaw x’korsijiet jew programmi ta’ taħriġ iridu jorganizzaw. Il-Kunsill sempliċement jikkordina u jassikura li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ xogħol u ħela ta’ riżorsi li dan iġib miegħu. Il-Kunsill jara ukoll li s-sillabi ta’ korsijiet u / jew il-kontenut ta’ programm ta’ taħriġ li jkunu organizzati jissodisfaw il-kriterji ta’ kompetenza għall-skopijiet regolatorji hekk kif stabbiliti mill-MFSA minn żmien għall-żmien. L-MFSA ma ħarget l-ebda materjal pubbliċitarju għan-nom tal-membri tal-Kunsill. Il-materjal ippublikat mill-Kunsill li għalih probabilment qed issir referenza fil-mistoqsija parlamentari hu biss ta’ natura informattiva u intiż għall-studenti f’ livell sekondarji u post-sekondarji li huma mħajjrin li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji.
Ladarba t-tiżjin permezz ta' sistema tad-dawl li hemm mas-siġar li qegħdin max-xatt ta' Tas-Sliema sa San Ġiljan jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru, kif qed ikun suġġerit permezz tar-risposta għal mistoqsija parlamentari 782, jista' l-Ministru jara li jsir l-istess tiżjin f'xatt San Pawl il-Baħar sa Buġibba sabiex f'dawn iż-żewġ lokalitajiet turistiċi jkun hemm l-istess tiżjin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Membru li hemm il-ħsieb li d-dwal mas-siġar ikompli jinfirex ftit ftit, anke jekk mhux neċessarjament bl-istess mod, f’lokalitajiet oħra inklużi x-xatt ta’ San Pawl il-Baħar u Buġibba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet dwar x'se jsir mill-bini ta' l-iSptar San Luqa? Jista' jgħid huwiex se jintuża għal xi skop ieħor barra dak mediku, jew jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jbiegħ dan is-sit?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 586.