Legislature:
Category:
Reset
Active:

Divorzju ma' persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' divorzju li ngħata lil persuni ta' nazzjonalita' Maltija minn qrati ta' pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-1 ta' Mejju 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każi ta’ divorzju li ngħata lill persuni ta’ nazzjonalita` Maltija minn qrati ta’ pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta’Mejju 2004 hu kif ġej: Sena Divorzji Mill- 01/05/2004 sa l-aħħar tas-sena 21 2005 33 2006 25 2007 23 sat-18/06/2008 13
Leg 11 PQ #1111 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

NGO's — Għaqdiet volontarji

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li s’issa kien hemm 61 organizzazzjoni volontarja li applikaw biex jiġu reġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji. Dawn l-organizzazzjonijiet huma kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li 33 minn dawn l-organizzazzjonijiet ingħataw ċertifikat ta’ għarfien u t-28 applikazzjoni l-oħra qed jiġu proċessati. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-permessi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant kienu joħorgu mill-Pulizija.
Leg 11 PQ #1112 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

NGO's — Ġbir ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm NGOs, għaqdiet, jew individwi li talbu permess mingħand il-pulizija biex jiġbru flus minghand il-pubbliku skond il-Public Collections Act [Kap 279 ligijiet ta' Malta) għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li għal dawn l-aħħar għaxar snin in-numru ta' l-imsemmija permessi kien jammonta għal 163 hekk kif jidher fit-tabella li qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1113 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 440, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-oqsma li tobba Maltin ser ikunu jistgħu jispeċjalizzaw fihom hawn Malta? Jista' jgħid jekk dan l-ispecialist training hux ser jsir ma' sptar jew istituzzjoni barranija u jekk hux se jkun akkreditat?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-oqsma li t-tobba Maltin jistgħu jispecjaliżżaw fihom hawn Malta. Infurmat li hemm il-ħsieb li jsir taħriġ f’oqsma oħra fil-futur. Parti mit-taħriġ isir lokalment filwaqt li taħriġ ieħor isir fi sptar jew istituzzjoni barranija skond il-programm ta’ spacjaliżżazzjoni. It-taħriġ isir skond kif mitlub mill-UEMS (European Union of Medical Specialists) u d-Direttiva 2005/36 (Mutual recognition of Professional Qualifications). Dan it-taħriġ jiġi akkredittat mill-i Specialist Accreditation Committee u jkun rikonoxxut fl-Unjoni Ewropeja.

Sajjieda — Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda li għandhom talbiet pendenti għall-għajnuna finanzjarja? Minn liema lokalitajiet (raħal,b'raħal) huma dawn is-sajjieda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Membru li n-numru ta’ talbiet pendenti għal-għajnuna finanzjarja hu ta’ 688. Nitlob lill-Onor.Membru jinnota li fis-settur tas-sajd l-għajnuna mhijiex marbuta mas-sajjied imma mal-bastiment.

Raħħala — Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' raħħala li għandhom talbiet pendenti għal għajnuna finanzjarja? Minn liema lokalitajiet (raħal b'raħal) huma dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ raħħala li għandhom talbiet pendenti għal għajnuna finanzjarja hu ta’ 352. Dawn ġejjin mill-lokalitajiet skond kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-proċess fuq dawn it-talbiet miexi u huwa ppjanat illi parti sostanzjali minnhom jitħallsu fi żmien qasir.

Mewt

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1003 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa parti minnha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007 li kellhom anqas minn 65 sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li mietu xahar b’xahar fis-sena 2007 li kellhom anqas minn 65 sena qiegħed jingħata f’din it-tabella filwaqt li dawk li kienu self-employed kien hemm 8 li kienu kollha rġiel. Age groups Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec Total Males 39 31 34 29 28 40 24 31 23 35 40 34 388 Females 25 21 15 17 19 21 7 18 15 19 34 28 239 Total 64 52 49 46 47 61 31 49 38 54 74 62 627

Bank Ċentrali — Depożiti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 946 u 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008? Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu? Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern? Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 835.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 983, 884, 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 179.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li, stante, li l-persuna li isimha qed jidher separatament, ilha s-snin titħabat inutilment biex tingħata spjegazzjoni dwar x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tagħha ilha ma tiġi riveduta sa mis-sena 2003, jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-pensjoni ta' din il-persuna ndikata tiġi aġġustata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Refund Payment Programm

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienx hemm xi refunds dovuti lejn l-aħħar tas-sena skond it-3 Year Refund Payment Programm li tħallsu qabel iż-żmien ? Jekk iva, kemm kienu u kemm ibbenifikaw tax payers minn dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 966.

Żieda fil-Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 967 u ċioe': Billi l-Ministru qal li l-Gvern qed jistħarreġ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti għaliex pajjiżna għandu żieda fil-prezzijiet ferm ogħla minn pajjiżi oħra tal-Eurozone, jista' jgħid meta hu mistenni jitlesta dan l-istudju u jiġi ppubblikat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 967.

Karozzi second hand — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi Ġodda — Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Monte di Pieta' — Taxxi/Bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 840 u jgħid: Stante li d-dipartiment tradizzjonalment msejjaħ Monte di Pieta' hu obbligat li jiġbor it-taxxi fuq transferimenti u dokumenti (il-bolol) fuq l-assigurazzjoni u kif ukoll fuq il-bejgħ bl-irkant ta' oġġetti mobbli u transferimenti ta' ishma , i) Jekk hemmx żmien stipulat sabiex kumpaniji ta' l-assigurazzjoni u irkantaturi jħallsu l-bolol tal-klijenti? ii) Kemm hemm Poloz ta' Assigurazzjoni bil-bolol mhux imħallsa lid-dipartiment? iii) Kemm jiġbor bolol id-dipartiment fuq oġġetti mobbli li jkunu suġġetti ta' bejgħ bl-irkant? iv)X'sistema juża id-dipartiment sabiex jkun jaf li nġabru l-bolol kollha ta' bejgħ bl-irkant?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 840.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Certifikat mediku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 807, peress li fuq ċertifikat mediku min jimlih irid jagħti l-informazzjoni dwar jekk il-persuna hix impjegata, impjegata mal-Gvern, taħdimx għal rasha jew hix disimpjegata, tista' tingħata din l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa April, 2008? Jekk din l-informazzjoni mhix tinġabar, jista' jiġi nfurzat li tinġabar sabiex tibda tinżamm din l-istatika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex tal-joint office? Jew hemm xi ċens dovut lejn il-joint office?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fond in kwistjoni mhux amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.
Leg 11 PQ #1141 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta' vannijiet għax-xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 886, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u li t-tieni parti tagħha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jaħsibx li l-Gvern bħala l-ikbar employer fil-pajjiż għandu jagħti eżempju u jinċentiva l-organizzazzjoni u l-użu ta' vannijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu f'attentat biex jitnaqqas l-ammont ta' karozzi u konsegwentement it-tniġġis fit-toroq tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jevalwa numru ta’ options sabiex ifassal Green Travel Plan għall-ħaddiema tas-settur pubbliku. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant li jekk għandu xi proposti, iressaqhom ħalli jiġu kkunsidrati.