Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal appartamenti/maisonettes li ħarġu għall-bejgħ/kiri f'xi waħda mill-ħarġiet passati ta' l-Awtorita' tad-Djar u li għadhom ma ġewx allokati f'Burmarrad/Qawra? Hemm xi garages/ħwienet li wkoll ħarġu iżda għadhom ma ġewx allokati? Jekk iva, fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ tkun tista’ tgħid kemm fadal appartamenti/maisonettes li ħarġu għall-bejgħ li għadhom ma ġewx allokati f’Burmarrad/Qawra wara li tlesti l-eżerċizju tar-Ri-allokazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet taħt l-iskema tax-Shared Ownership 3. Dan l-eżerċizzju għandu jkun lest sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Ninsab informat ukoll li l-Awtorita’ għandha garaxx Burmarrad u 2 il-Qawra li għadhom ma ġewx allokati.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar liema flus jitqiegħdu fil-Fond għall-Kawżi Ġusti? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' flus li bħalissa jinsab f'dan il-fond?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji biex jiġi stabilit liema mill-mollijiet fl-inħawi tas-Salini, Qawra, Buġibba, San Pawl il-Baħar u Xemxija jeħtieġilhom tiswija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Marittima diġa għamlet diversi spezzjonijiet fl-inħawi msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jistgħux isiru spezzjonijiet fuq id-diversi slipwaysu mollijiet fil-limiti tal-Mellieħa biex dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fi programmi ta' tiswija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa, fil-Mosta, matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li t-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 hu kif jidher fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa f'Hal Qormi matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
It-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Qormi minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 huwa mniżżel fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa f'Bormla, matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
It-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 huwa mniżżel fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa f'Birkirkara matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Ghalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
It-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 huwa mniżżel fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal proġetti fuq art tal-Gvern ġew iffirmati mal-Lands Department kull sena fl-aħħar għaxar snin u wara sejħa għal tenders?
Kemm minn dawn il-kuntratti inbidlulhom il-kundizzjonijiet oriġinali tul ix-xogħol mingħajr ma ħarġu call for tenders ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti għal proġetti fuq art tal-Gvern li ġew iffirmati mad-Dipartiment ta’ l-Artijiet kull sena fl-aħħar għaxar snin wara sejħa għal tenders kien kif ġej:
Sena Numru ta’ Kuntratti
1998 34
1999 30
2000 29
2001 33
2002 50
2003 70
2004 49
2005 95
2006 74
2007 91
2008* 27 * sas-16 ta’ Ġunju
L-ebda wieħed minn dawn il-kuntratti ma nbidillu l-kundizzjonijiet oriġinali tul ix-xogħol mingħajr ma ħarġet call for tenders ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-servizz tad-drenaġġ li kien imwiegħed li jsir fis-sena finanzjarja attwali fil-Bidni, f'Wied il-Għajn, mhux se jsir?
Kemm huwa stmat li jiswa biex dan is-servizz jitwassal f'dawn l-inħawi li jidhru li qed jattiraw aktar nies joqogħdu hemm?
Peress li t-toroq fil-Bidni huma diżastrużi u dawn ma jistgħux jiġu rranġati qabel isir id-drenaġġ, jista' jirrimedja sabiex ix-xogħol fuq id-drenaġġ issir urġentement?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-servizzi tad-drenaġġ fil-Bidni f’Wied il-Għajn ma huwiex ser isir fis-sena finanzjarja attwali. L-istima tax-xogħol biex titwassal is-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi hija ta’ €424,060 (Lm182,000) Din is-sistema tad-drenaġġ issir skond ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 655 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-istima ta' xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat, u ċioe’ lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Jista' l-Prim Ministru jara li ż-zebra crossing li hemm fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan, tinżeba' kemm jista' jkun malajr mill-kunsill lokali, liema talba biex dan ix-xogħol isir u xogħol ieħor fuq Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan, ilu li ntalab żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, il-pedestrian crossings tal-lokalità ser jibdew jinżebgħu minn din il-ġimgħa.
Fir-rigward ta’ Triq Angelo Pullicino, ir-rampa li kellha ssir saret, issa jonqos biss li jsiru r-railings.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħaddiema li jaqgħu taħt il-kumpannija IPSL u fejn qed jaħdmu bħalissa? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk il-ħaddiema li qed jaħdmu f'xi dipartiment tal-Gvern jingħataw l-opportunita' li jiġu integrati mal-bqija tal-ħaddiema fis-settur pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt il-kumpanija IPSL huwa ta’ 490.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li turi kif il-ħaddiema huma sekondati ma’ dipartimenti, Kunsilli Lokali u entitajiet oħra fis-settur pubbliku.
Peress li skond il-Ftehim oriġinali l-ħaddiema kollha ta’ l-IPSL żammew is-salarju bażiku / benefiċċji tagħhom u llum iservu kemm fis-Servizz Pubbliku kif ukoll fis-Settur Pubbliku, għal issa m’hemmx il-ħsieb li jiġi disturbat il-Ftehim oriġinali fl-interess ta’ l-istess ħaddiema.
Jista' l-Ministru jara li jingħata l-asfalt lit-triq li minn H'Attard tagħti għal Ta' Qali, liema triq tinsab bejn il-ġibjun u l-pitkalija u li bħalissa tinsab fi stat ħażin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex jiddaħħlu fil-lista tal-prijoritajiet sabiex jkun jista jsir kemm jista jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew addottati sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Minn liema pajjiż ġew it-tfal li ovvjament ma ġewx addottati minn Malta stess?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew fostered sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-kumpens finanzjarju li jagħti l-istat lil dawk il-ġenituri li jidħlu għall-fostering?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li foster parents ikollhom dritt għal €40 fil-ġimgħa, bħala Children in Care Allowance imħallsa skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, għal kull tifel jew tifla li jkollhom f’affidament. Din l-Allowance tibqa' titħallas sakemm it-tifel jew tifla li dwarhom tkun qed titħallas ikollhom 18-il sena jew jibdew jaħdmu.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.