Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Jista' l-Ministru jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dawn il-fond?
Tista' l-Ministru tgħid f'hiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf direttorat għat-turiżmu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? X'riżorsi umani u finanzjarji se jkollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li dan id-direttorat jaghmel parti mir-ristrutturazzjoni tal-Ministeru ghal Ghawdex u ghaldaqstant qeghdin jittiehdu l-mizuri necessarji f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ressqet każi l-qorti l-Pulizija kontra persuna li kienet tieħu l-flus bil-wegħda li ddaħħal nies jaħdmu l-Freeport? Kemm hemm persuni li l-Pulizija rċeviet informazzjoni dwarhom li ħallsu l-flus f'dawn il-każi u x'inhu l-ammont totali ta' flus li tħallsu? Fejn waslu l-każi li ressqet il-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bejn Novembru 2007 u Mejju ta’ din is-sena, il-Pulizija kellha diversi rapporti minn persuni differenti, dwar persuna li kienet qiegħda tieħu xi flus bil-wegħda ta’ xogħol fil-Freeport. B’riżultat ta’ stħarrig li għamlet il-Pulizija, dan ir-raġel ġie identifikat u anke’ nbdew proċeduri kriminali kontrih fuq akkużi ta’ frodi u misapproprijazzjoni li jammontaw għal madwar 89,216 ewro għad-dannu ta' 32 persuna. Dawn il-proċeduri għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma żammitx mal-ftehim ta' ħlas bin-nifs tal-kont ta' l-ilma u d-dawl u issa ġiet imwissija li se jaqtgħulha s-servizz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tingħata ċans ieħor u tibda tħallas regolarment u ma jaqtgħulhiex is-servizz għax qed issibha diffiċli tlaħħaq ma' l-ispejjeż tal-ħajja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod konkret qed jaħseb il-Gvern li jgħin lis-sajjieda lokali li ġew milquta ħażin ħafna miż-żieda qawwija fil-prezz tal-fuel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li risposta tingħata f’seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid x'servizz ta' trasport pubbliku għandhom bħalissa r-residenti ta' Pembroke u minn liema rotta jgħaddu, għax qed jasluli ilmenti minn ċerti naħat li m'humiex moqdija adegwatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 844, minħabba li ma narax is-sensittivita' li qed jirreferi għaliha l-Ministru u minħabba li din hija materja li taffettwa lill-poplu kollu, jista' jirrikonsidra d-deċiżjoni tiegħu li ma jippubblikax dan ir-rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 844, il-pożizzjoni baqgħet l-istess, billi r-rapport għandu fih informazzjoni kumerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fi Triq tal-Ġebel , Birżebbuġa (il-parti ta' ħdejn l-flats tal-gvern)? Peress li m'hemmx din il-bankina, il-pubbliku qed ikollu jimxi fit-triq b'ħafna periklu.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex ix-xufiera li filgħodu jkunu jridu joħorġu minn Santa Luċija għal madwar r-roundabout li hemm kif titla' t-telgħa ta' Maria Addolorata, jiġu ffaċilitati? Saru diversi interpellanzi fil-passat dwar din il-problema iżda s-sitwazzjoni mhux talli ma rranġatx, talli kompliet tiħżien
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li għad iridu jiġu mogħtija t-tarmac l-ewwel darba u meta hemm il-ħsieb li x-xogħol tagħhom jinbeda fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet ta' drug overdoses xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 24 xahar fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm overdoses minn drogi illeċiti u kemm kien hemm overdoses b'tehid ta' mediċini li jkunu qed jintużaw għall-kura?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' operazzjonijiet ta' Coronary Artery By-Pass Surgery li saru matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu rġiel u kemm kienu nisa? X'kienet l-eta' medja tal-pazjenti rġiel u dawk nisa:? Kemm tiġi tiswa tali operazzjonijiet ras għal ras? X'inhi l-inċidenza ta' mortalita' wara dawn l-interventi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi ġodda tat-tip hybrid (jiġifieri dawk li jaħdmu kemm bil-fuel u kif ukoll bil-batterija) sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? X'inhuma l-inċentivi fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip? Il-gvern qiegħed jikkonsidra li dawn l-inċentivi jitjiebu fid-dawl tal-problemi ambjentali u l-ispiża dejjem tiżdied taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-avviż li rċeviet il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn ġiet mġiegħla twaqqa' l-kamra jinkludix ukoll il-kamra ta' warajha, liema proċedura kienet identika magħha? Jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ġiet magħżula biss din l-enforcement meta l-persuna konċernata assolutament ma għamel l-ebda żvilupp fl-istess kamra u fl-oħra sar l-iżvilupp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat li nħarġu avviżi ta’ enforcement għaż-żewġ kmamar indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onor Interpellant għall-White Paper li ħareg il-Gvern fit-22 ta’ Novembru 1999 intitolata ‘Privatizzazzjoni Strateġija għall-futur’ partikolarment għat-Taqsima 4 fejn hemm propost il-programm tal-Privatizzazzjoni.
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Ħaddiema part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 685.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 698.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 697.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 179 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?