Legislature:
Category:
Reset
Active:

Assigurazzjoni privata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Public Private Partnership — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni bil-pagamenti li għadda lill-PPP tal-landscaping matul dawn l-aħħar 3 snin, sena b'sena? Liema kienu l-proġetti li saru abbażi ta' dawn il-fondi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-ministru kkonċernat
Leg 11 PQ #1152 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

European City Guide

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 774 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex jaġixxi kontra l-abbuż sfaċċat li qed isir mill-kumpannija bl-isem ta' European City Guide, liema kumpannija tgħid li hi bbażata f'Valenzia, Spanja u li qed tqarraq sfaċċatament bin-negozjanti Maltin u wara li tqarraq bihom titlobhom il-ħlas? X'assistenza qed jingħataw il-vittmi milquta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-pulizija diġa kellha xi rapporti dwar il-kumpanija msemmija u qed tagħmel investigazzjoni.

National Insurance

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 700, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija ċ-ċifra globali ta' flus li ma tħallsux fuq l-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: NI Contributions Type Year € 2004 8,652,523.04 2005 8,825,768.30 2006 12,574,437.08 2007 14,675,793.24 Total 44,728,521.66

Dejn ta' l-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 930 u jgħid kemm huwa d-dejn totali li għandha l-Enemalta? Meta ġew ippublikati l-aħħar accounts ta' l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

L-aħħar 'accounts' li ppublikat il-Korporazzjoni Enemalta huma dawk għas-sena li għalqet f'Settembru 2005. Id-dejn ta' l-Enemalta kien jammonta għal €279,000,000.

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1161 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-Gvern — Full time/Part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 903 u jgħid kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April 2008? Kemm minnhom kienu full time u kemm part-time? Kif kienu mqassma dipartiment, dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel ta’ Jannar, 2008, kien hemm 29,270 persuna fis-Servizz Pubbliku. Minn dawn, 28,886 kienu full-time, filwaqt li 384 kienu part-time. Fl-ewwel t’April, 2008, kien hemm 29,260 persuna fis-Servizz Pubbliku. Minn dawn, 28,892 kienu full-time , filwaqt li 368 part-time . Dettalji ta’ kif dawn l-impjegati kienu mqassma fid-dipartimenti jinsabu fil-listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1162 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji parastatali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1163 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 699 u 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 700.

Għalliema

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani kemm hu l-persentagg ta' l-għalliema li qed jgħallmu s-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Maths li m'għandhomx A level jew Degree fis-suġġett li jgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-perċentaġġ ta’ l-għalliema li qed jgħallmu s-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Maths li m’għandhomx A Level jew Degree fis-suġġett li jgħallmu huma dawn: Malti 0.5% Ingliż 1.4% Maths 1.9% Il-perċentaġġi huma bbażati fuq in-numru ta’ għalliema li preżentament qed jgħallmu kull suġġett fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums. Dawn l-għalliema jkunu kollha gradwati f’suġġetti oħra.

Studenti — Grade C

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm hu l-persentagg ta' studenti ta' kull skola/kulleġġ tal-gvern u dawk tal-Knisja fejn l-istudenti ġabu grade C jew aktar, mill-anqas fi tliet suġġetti li jinkludu s-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Maths?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex tingħata l-informazzjoni, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jindika s-sena ta’ l-eżami li qed jirreferi għalih , kif ukoll il-livell (SEC, Junior Lyceum, Common Entrance, Intermediate u Advanced Level) Ta’ min wieħed ifakkar li dawn ir-riżultati ta’ din is-sena għadhom qed jinħadmu.

Dragonara Casino

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiskadi l-konċessjoni tal-liċenzja relattiva għall-operazzjoni u management ta' Dragonara Casino? Veru jew mhux veru li l-operaturi preżenti ngħataw estenzjoni tal-perjodu tal-konċessjoni? Xi tkun il-pożizzjoni tal-Gvern jekk il-ħaddiema tad-Dragonara Casino jagħżlu li jidħlu għall-operazzjoni u l-management tad-Dragonara Casino taħt il-forma ta' koperattiva?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konċessjoni eżistenti għall-operazzjoni u management tad-Dragonara Casino tiskadi fl-aħħar ta’ Frar tas-sena d-dieħla. Fl-ebda ħin ma ingħatat xi forma ta’ estensjoni ta’ din il-konċessjoni. Hi l-intenzjoni tal-Gvern illi jitnieda proċess li permezz tiegħu tingħata konċessjoni ġdida. Kif wieħed jistenna, dan ser ikun proċess trasparenti u kompetittiv.
Leg 11 PQ #1188 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inċident fatali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni dwar meta mistennija titlesta l-inkjesta dwar l-inċident fatali mill-Pulizija f'Ħal Qormi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ għadha mhix magħluqa.

Skejjel pubbliċi — Bullying

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm waslu rapporti għand il-Ministeru ta' każi ta' bullying fi skejjel pubbliċi f'dawn l-aħħar snin fil-livelli varji edukattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li rapporti dwar każi ta’ bullying fi skejjel pubbliċi f’dawn l-aħħar snin fil-livell varji edukattivi huma dawn: Matul is-sena 2003 ġew irrapurtati 118 każ ta’ bullying. Matul is-sena 2004 ġew irrapurtati 174 każ ta’ bullying. Matul is-sena 2005 ġew irrapurtati 181 każ ta’ bullying. Matul is-sena 2006 ġew irrapurtati 186 każ ta’ bullying. Matul is-sena 2007 ġew irrapurtati 186 każ ta’ bullying. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu programmi ta’ “Anti-Bullying Services” b’għalliema mħarrġa biex jagħtu appoġġ f’dawn is-sitwazzjonijiet. L-iskejjel għandhom ukoll 134 guidance teachers u 17-il-counsellor li jagħmlu interventi professjonali f’dawn il-każijiet.

ADT — Emission tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jiżgura li l-ADT Emission Tests fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi privati ma jiksrux l-emission laws tal-pajjiż, kif ukoll biex flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati jiżgura li jkun hemm enforcement xierqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1192 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kancer tal-pulmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu ċittadini Maltin u Għawdxin bil-kanċer tal-pulmun f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2003 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li mietu total ta’ 632 persuna kawża tal-kanċer tal-pulmun f’residenti ta’ Malta u Għawdex. It-tabella hawn taħt turi din l-informazzjoni sena b’sena. Mwiet kaw ż a tal-kanċer tal-pulmun bejn is-sena 2003 u s-sena 2007 Sena Mwiet 2003 127 2004 123 2005 122 2006 134 2007 126 Total 632

Grounds tal-Football

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 981 u tindika liema rħula m'għandhomx ground tal-football? X'se jagħmel il-Gvern biex kull raħal ikollu għallinqas ground wieħed tal-football?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-lokalitajiet f’Malta fejn m’hemmx ground huma B’Buġia, Bormla, Iklin, Marsascala, Mtarfa, Qrendi, Swieqi, Ta’ Xbiex. Il-Ministru għal Għawdex tinforma li l-lokalitajiet fejn m’hemmx ground huma l-Fontana u l-Għasri. Il-Kunsill Malti għall-iSport qed jaħdem sabiex jkun hemm spazji f’diversi nħawi li jistgħu jintużaw mill-komunita’ biex jiġu pprattikati dixxiplini sportivi differenti.