Billi f'risposta riċenti f'mistoqsija parlamentari 751 u f'risposta għal domanda supplimentari għall-istess domanda qed jingħad li l-gżejjer ta' San Pawl jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuq dawn il-gżejjer matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk b'inizjattiva tal-Gvern u tal-privat hux possibli li jsir dawl (arblu b'solar panels) li jdawwal il-gżejjer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-informazzjoni miġbura, ma jidhirx li saru xogħlijiet fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl fl-aħħar ħames snin. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi proġett speċifiku nitolbu iressaq is-suġġeriment tiegħu.
Fir-rigward ta’ dawl b’solar panels, filwaqt li huwa possibbli fil-prinċipju li jsiru
solar panels
fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, dan jista’ jsir wara li jiġi sottomess il-proġett lill-awtoritajiet kompetenti u jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 776 u jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 776.
B'riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 768, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett tal-vapur t'Għawdex fil-Marfa, Malta u l-Imġarr Għawdex? Kemm kienet l-istima ġenerali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-''proġett tal-vapur t'Għawdex'' ma kienx responsabbilta' tal-MMA.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1052 u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1052.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1047 u tgħid kemm hemm teachers nisa fl-iskejjel tal-kindergarten u primarji? Kemm minn dawn huma miżżewġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 700 u 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 700.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1084, li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu, u jgħid jgħid fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2002 u f'dik ta' l-2008 separatament, kemm kien in-numru ta' votanti li talbu għal assistenza tal-kummissarju elettorali għax ma kenux jafu jiktbu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-elezzjoni ta’ l-2003 u dik ta’ l-2008. Din l-informazzjoni trid tinġabar manwalment mill-eluf ta’ formoli li fuqhom issir it-talba biex tingħata għajnuna minn dawk l-eletturi li ma jkunux jistgħu jivvutaw waħedhom.
Peress li din l-informazzjoni tieħu ħafna ħin u riżorsi, ma nara ebda skop għalfejn dan l-eżerċizzju għandu jsir.
Jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni dwar jekk sarux diskussjonijiet mal-banek lokali dwar it-tneħħija tal-ħlasijiet fuq id-diversi cards li hawn fis-suq hawn Malta?
Meta hu mistenni li ċ-charges tal-lum jitneħħew għal kollox?
Response (FENECH, TONIO)
It-tneħħija ta’ taxxa fuq credit cards illi nsibu fis-suq lokali hija wegħda elettorali li għamilha dan il-Gvern.
Programm elettorali jitwettaq fuq perijodu ta’ ħames snin u mhux neċessarjament l-ewwel sena ta’ leġislatura.
Kull deċizzjoni fiskali trid tittieħed fl-isfond tal-impenn tal-Gvern li sa 2010 il-Budget tal-Gvern ikun f’Surplus.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 404 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u ċioe': Billi l-Awtorita' Marittima hi l-awtorita' regolatorja tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-istess awtorita' tatx xi direttivi li ma jistgħux jitgħabbew iktar minn 25 passiġġier meta jkun hemm xi trakkijiet fuq l-istess vapuri?
Jista' l-Ministru jinvestiga kif jistgħu jsiru l-kuntratti tas-sidien residenti fil-plots ta' Għar Barka, r-Rabat Malta u dan għar-raġuni li ilhom fuq bażi ta' konvenju sa mis-snin 80?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-kuntratti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma jistgħux jiġi konklużi qabel ma l-Awtorita’ tad-Djar ikollha t-titolu ta’ l-art li fuqhom huma mibnija r-residenzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa fil-preżent l-inċineratur tal-biċċerija tal-Marsa? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż u tal-kwantita ta' tunellaġġ li qed jiġi inċinerat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Membru li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1021 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1019 u jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 949 u jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu nvestigax allegazzjonijiet serji ta' ħruġ ta' sensiela ta' direct orders f'ammonti ferm aktar milli stipulati fil-Liġijiet finanzjarji u amministrattivi li saru mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari fl-Ufiċċju tal-Prim Ministru fil-leġislatura preċedenti fejn tikkonċerna l-FAM? Jekk iva, x'miżuri ttieħdu? Jekk le, għaliex?
Jista' jagħti rendikont tal-kuntratti kollha li ngħataw b'direct order mill-FAM matul il-perijodu 2004 sa 2008 u lil min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 949.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1018 u jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (DALLI, JOHN)
Infurmat li ma nxtrat ebda vettura għall-Ministeru tiegħi fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena.
Ninsab infurmat ukoll li fid Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, matul l-imsemmi perijodu, inxtraw tnax-il karozza għas-somma totali ta' €113,571.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tittieħidx in konsiderazzjoni li qabel jingħata permess għall-importazzjoni ta' annimal eżotiku jew le fi xtutna, jaraw jekk dan ikunx ta' ħsara għall-pubbliku Matli u Għawdxi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru illi l-annimali eżotiċi mpurtati minn terzi pajjiżi għandhom bżonn liċenzja ta' importazzjoni. Il-kontrolli skond regolamenti eżistenti fuq iż-żamma ta' dan it-tip ta' animali, jsiru fuq min qiegħed iżommhom u fuq il-kapaċità tiegħu li jieħu ħsiebhom kif ukoll fuq il-post fejn qed jinżammu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi lista ta' annimali li ma jistgħux jiġu mpurtati? Jekk iva, liema huma? Jekk ma jistgħux jiġu impurtati, għaliex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li ma teżisti l-ebda lista ta’ Annimali li ma jistgħux jiġu mpurtati, iżda l-animali kollha meħudin mill-ambjent naturali ma jistgħux jiġu mpurtati minnħabba protezzjoni li jgawdu taħt numru ta' trattati internazzjonali. L-animali kollha l-oħra mwielda in captivity' potenzjalment kollha jistgħu jigu mpurtati, naturalment dejjem wara li tinħareġ il-liċenzja ta’ l-importanzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk min jimporta annimali/rettili huwiex marbut ma' xi regolamenti ta' trobbija ta' l-istess rettili/annimali? Jinżamm xi moniteraġġ ta' fejn ikunu qed jitrabbew dawn ir-rettili/annimali u fejn jispiċċaw jekk is-sid jiddejjaq jieħu ħsiebhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impurtatur mhux neċessarjament li jkun is-sid li jieħu ħsieb l-animali mpurtati. Ir-responsabbilità tat-trobbija taqa’ fuq is-sid tal-annimal li jkollu post adegwat fejn iżommu u li jkollu l-esperjenza u l-kapaċità neċessarja biex jieħu ħsiebu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ ta' x'tip ta' annimali u bhejjem jidħlu minn barra l-pajjiż, f'Malta? Jista' jagħti lista ta' x'tip ta' annimali daħlu f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Diċembru 2007?