Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-lift ipproġettat fil-blokk appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux se jsir? Jaf li dan qed jikkawża preġudizzju kbir lin-nies residenti hemmhekk?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha, fil-preżent, żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki tal-Gvern fil-Pieta’.
Ġejt informat li l-Awtorita’ qatt ma indikat li mhux ser tinstalla lifts f’dawn il-blokki. Fil-fatt, l-Awtorita’ qiegħda fil-proċess li tissottometti applikazzjoni lill-MEPA għal permess biex jiġu installati dawn il-lifts. Madanakollu, wara li joħroġ il-permess mill-MEPA, l-Awtorita’ tipproċedi bl-installazzjoni tal-lift skond program li jagħti l-priorita’ mistħoqqa skond il-gravita’ tad-diżabilita’ kkonċernata, u dan kif ikun determinat minn Bord maħtur għal dan il-għan.
Tista' l-Ministru tgħidilna jekk in-Nation School Attendance Policy tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hijiex dik indikata fir-rapport School Attendance Improvement? Jekk iva, liema rakkomandazzjonijiet qed jitwettqu minn dan ir-rapport? Liema huma dawk ir-rakkomandazzjonijiet li għad ma ttieħdu l-ebda iniżjattiva biex jitwettqu u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-National School Attendance Policy m’hijiex il-policy tad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi kif indikati fir-rapport School Attendance Improvement. Infurmata li d-dokument School Attendance Improvement kien ippreżentat mill-Working Group imwaqqaf mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Qabel ma jiġu mplimentati xi rakkomandazzjonijiet iridu jiġu mwaqqfa l-istrutturi edukattivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?
Jikkonsidra l-Ministru li jirrifondi lura l-ammont imħallas mill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien ingħata għotja sabiex jieħu vettura speċjali biex ikun jista' joħroġ lill-wild tiegħu li kien ħandikappat serjament? Dan kellu jbiegħ il-vettura wara ħames snin peress li marad hu wkoll u jinsab fil-bżonn.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-għajnuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma kienet ingħatat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus mill-Unjoni Ewropea għall-formazzjoni u bini ta' toroq? Jista' jgħid jekk id-dokumentazzjoni neċessarja biex jinġiebu dawn il-fondi hux lesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li Malta għandha allokazzjoni ta’ €21.4 miljun għall-formazzjoni u bini ta’ toroq taħt il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2004-2006. Id-dokumentazzjoni neċessarja sabiex jinġiebu dawn il-fondi tlestiet fl-2004 u fl-2005 u ħafna mill-proġetti tlestew jew waslu biex jispiċċaw.
Taħt il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 hemm allokazzjoni indikattiva ta’ €130 miljun (għal dan il-għan) taħt il-Programm Operattiv I. Id-dokumentazzjoni relatata mat-toroq li qed jiġu ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tlestiet u ħarġu wkoll xi sejħiet għall-offerti waqt li d-dokumentazzjoni tat-
Ten-T Network
qed tiġi ppreparata mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta.
L-ammonti msemmija fiż-żewġ każijiet ma jinkludux il-ko-finanzjament mill-Gvern Malti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fetħu ristoranti, bars u wine bars fil-Belt Valletta mill-2003 sal-lum? F'kull każ, f'liema triq fetħu dawn l-istabbilimenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jitranġaw l-air conditioners li hemm fil-qorti u li jqattru l-ilma fuq in-nies li jkunu għaddejjin minn Triq id-Dejqa, Valletta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li, fil-ġimgħat li għaddew, twaħħlu numru ta' air conditioners ġodda f'Awli 16, 17, 18 u 19. Dan wassal għal żieda fir-rimi ta' l-ilma.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Manutenzjoni ġewwa l-Qorti diġa' ħadet il-passi neċessarji sabiex tiġi solvuta l-problema.
Tista' l-Ministru tgħid meta ġie mwaqqaf ir-Reġistru għall-Akkreditazzjoni fit-Taħriġ ta' l-Arti, kif ġie msemmi fid-diskors tal-Budget ta' Novembru 2007? Kemm kienu l-organizzazzjonijiet li applikaw għall-akkreditazzjoni u kemm minnhom ġew akkreditati f'dan ir-Reġistru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li r-Reġistru għall-Akkreditazzjoni fit-Taħriġ tal-Arti ġie mwaqqaf f’Jannar ta’ 2008. Tliet organizzazjonijiet applikaw għal din l-iskema. It-tlieta minnhom ġew akkreditati f’dan ir-reġistru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' koppji miżżewġa li rċivew iċ-children's allowance għall-ewwel darba bejn Jannar u Marzu 2008 u n-numru ta' koppji li rċivew l-istess benefiċċju għall-ewwel darba wara Marzu 2008?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq il-Palm f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa inbeda x-xogħol fuq is-servizzi ta' din it-triq u waqaf ħesrem xi xhur ilu? Jista' jgħid meta se jitkompla ix-xogħol f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq il-Palm twaqqfu mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport fid-29 ta’ Mejju 2008 minħabba li kien hemm bżonn approvazzjoni ta’ varjanzi fuq ix-xogħlijiet tad-dranaġġ. Ix-xogħol mistenni jitkompla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-kummenti mgħoddija mill-impjegati tal-MEPA lill-management dwar l-Abbozz ta' Kodiċi ta' Etika? Jista' jgħid jekk itteħditx konsiderazzjoni ta' dawn il-kummenti? Jista' jgħid x'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kummenti mibgħuta mill-impjegai lill-management tal-MEPA kienu kollha kkunsidrati, diskussi u evalwati mill-Bord tal-MEPA. Il-kummenti / proposti li ma kienux koperti bit-test oriġinali tad-dokument ġew inklużi fit-text finali li ġie ppreżentat lili. Jien ġejt mogħti wkoll is-sottomissjonijiet kollha ta' l-impjegati biex inkun nista’ nevalwa indipendentement il-valur ta' dawn is-sottomissjonijiet. L-ismijiet ta' l-impjegati tneħħew biex tkun salvagwardjata l-privatezza tal-persuna.
Jista' l-Ministru jikkonferma li c-childrens allowancesħarġu bin-nieqes fl-aħħar pagamenti? Jekk iva, għaliex? Kemm intlaqtu persuni b'din il-miżura?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-pagamenti taċ-children’s allowance li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant mhumiex b’riżultat ta’ tnaqqis fir-rata ta’ l-allowance, iżda sempliċiment r-rata minima ta’ Allowance dovuta lil kull familja Maltija irrispettivament mid-dħul tal-familja u li daħlet fis-seħħ din is-sena.
Dawn il-familji rċevew din ir-rata ta’ l-
allowance
għaliex l-applikazzjoni tagħhom għar-revizjoni għall-Allowance tat-Tfal ta’din is-sena, jew għadha ma waslitx fid-Dipartiment, jew waslet tard, jew waslet mingħajr l-informazzjoni kollha kif dovut. B’riżultat ta’ hekk id-Divizjoni ma kienetx f’posizzjoni li tkun tista’ tistabilixxi r-rata l-ġdida ta’ allowance dovuta din is-sena.
Għalhekk din is-sena minflok dawn il-familji baqgħu mingħajr il-pagament ta’ l-
allowance
tat-tfal mill-ewwel sibt ta’ Lulju kif kien jigri s-soltu f’dawn il-każi, din is-sena dawn il-benefiċċjarji tħallsu bir-rata minima ta’ allowance li tħabbret fl-aħħar
budget
.
Ninforma lil Onor Membru, li bħalissa fid-Divizjoni tas-Sigurta’ Soċjali għaddej ix-xogħol fuq dawn l-applikazzjonijiet li waslu tard u/jew ma kellhom xi informazzjoni kollha meħtieġa biex hekk kif dawn l-applikazzjonijiet jinħadmu, l-benefiċċjarji, fejn dovut, jirċievu d-differenza u l-arretrati ta’ l-Allowance mill-aktar fis possibli.
L-istatistika ta’ kemm tħallsu b’dan il-mod qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn irriżenja d-Direttur tar-Rural Development fl-Għammieri? Jista' jgħid jekk dan għandux x'jaqsam ma' xi diffikultajiet illi jista' jkun hemm dwar fondi li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li rebħu l-każ tagħhom quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u baqgħu ma ngħatawx ir-rimedju deċiż favur tagħhom? Jista' jagħti wkoll il-lista ta' dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq tlestew minn dak il-programm ta' toroq residenzjali li kien ġie mwiegħed li se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2008 mill-Ministru preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li hija single mother, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn fl-2007 qalulha li ma tistax tieħu sussidju għax hija kellha proprjeta' tagħha, liema informazzjoni m'hijiex vera? Jista' jara li din il-persuna tiġi riveduta t-talba tagħha?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1052, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra .
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1147, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur privat minn Jannar sa April, 2008 li ħadmu fil-ġimgħa:
a) anqas minn 40 siegħa
b) 40 siegħa
c) minn 40 sa 48 siegħa
d) minn 48 sa 60 siegħa
e) minn 60 sa 65 siegħa
f) aktar minn 65 siegħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba ma tistax tingħata għalissa minħabba li l-informazjoni meħtieġa trid tittieħed mill-Labour Force Survey.
L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika se jippubblika l-
Labour Force Survey
għall-ewwel
Quarter
(Jan-Mar 2008) f’nofs Lulju 2008, filwaqt li t-tieni
Quarter
(April – Gunju) 2008 huwa maħsub li jkun ippubblikat għal nofs Ottubru 2008.
Għaldaqstant huwa mpossibli li tingħata r-risposta preċiza kif mitluba minħabba li l-
Labour Force Survey
jkun pubblikat
Quarter, Quarter
u mhux xahar b’xahar.