Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fuels u Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern Malti f'taxxi jew dazji minn fuq il-fuels kollha li daħlu Malta kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti , jista' l-gvern jikkonsidra li jneħħi jew inaqqas dawn it-taxxi,dazji eċċ? Skond statistika li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet mill-Eurostat jirriżulta li l-Maltin u l-Għawdxin huma l-aktar poplu fost il-pajjiżi kollha membri ta' l-EU li jonfqu flus fuq it-trasport. Fid-dawl ta' din l-istatistika, x'ser jagħmel il-gvern biex inaqqas it-tbatija minn fuq il-ħaddiema u familji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1308 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tuberkulożi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' tuberkulożi djanostikati sena b'sena tul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet rrapurtati ta‘ Tuberkulożi f’dawn l-aħħar għaxar snin jidhru fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1309 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tuberkolożi — Miżuri Preventivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri preventivi qed jieħu l-gvern biex jikkontrolla ż-żieda allarmanti fin-numru ta' każijiet ta' Tuberkolożi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li kien hemm żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ Tuberkulozi mill-2004 ‘l hawn, din iż-żieda kienet simili għal li qiegħed jiġri f’pajjiżi Ewropej oħra. Ir-rata ta’ Tuberkulozi f’residenti Maltin hija fl-istess livelli ta’ l-2002 u Malta għad għandha waħda mill-iktar rati baxxi ta’ Tuberkulozi fid-dinja. Biex ir-rata ta Tuberkulozi f’Malta tinżamm baxxa, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Pervenzjoni ta’ Mard iwettaq sorveljanza kontinwa fuq dan il-mard. Kull meta jiġi rappurtat każ, dan jiġi investigat u kull min ikollu kuntatt sinjifikanti mal-każ jgħaddi minn numru ta' testijiet biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-marda. Il-każijiet kollha infettivi jiġu iżolati, sewwa fl-isptar, kif ukoll fil-komunita’ u jiġu trattati skond guidelines internazzjonali. Malta tuża ukoll is-sistema ta’ Directly Observed Therapy (DOTS) , li tfisser li pazjenti bit-tuberkulozi jiġu mgħotija l-mediċini taħt supervizjoni. Din is-sistema, li hija rakkomandata mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa, tgħin biex jitnaqqas ir-riskju li pazjenti bit-tuberkulozi ma jeħdux mediċini kif suppost u b’hekk jerġgħu isiru infettivi. Id-dipartiment jagħti ukoll informazzjoni dwar il-marda, partikolarment lil dawk il-ħaddiema li jistgħu ikunu f’xi riskju u dwar x’prekawzjonijiet jistgħu jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-marda. Barra min hekk, it-tfal ta’ bejn tnax u tlettax-il sena jingħataw it-tilqim kontra it-Tuberkulozi li jipprotegihom kontra forom l-aktar qawwijin tal-marda.
Leg 11 PQ #1310 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ġbir ta' NI contributions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar NI contributions il-gvern : i) Mis-settur Privat ii)Mis-settur Pubbliku sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 11 PQ #1311 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Maintenance Personnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-maintenance personnel li kienu jaħdmu fl-isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #1313 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Illegalita'

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 407, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-passi neċessarji li l-MEPA qed tgħid li qegħda tieħu stante li l-illegalita' kienet u għadha eżistenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ttieħed il-proċess kollu kif spjegat f'Mistoqsija Parlamentari Numru 407, l-iżviluppatur reġa’ ġie formalment infurmat għal aħħar darba li azzjoni imminenti fil-konfront ta' l-iżvilupp illegali li għandu, tista’ tittieħed minn ħin għal ieħor. Dan isir sabiex kemm jista’ jkun issir pressjoni sabiex l-iżvilupp illegali jitneħħa mis-sid innifsu mingħajr il-ħtieġa ta' intervent dirett mill-MEPA. L-awtorità tibqa’ ssegwi l-każ sa ma s-sitwazzjoni tiġi regolarizzata skond il-liġi.

Zebra Crossing u Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex numru ta' zebra crossings li hemm madwar il-kosta tal-Qawra u Bugibba (bejn Kennedy Grove u l-Knisja San Pawl Nawfraġju) fil-fatt jinżebgħu u fejn hu meħtieġ isiru l-pelican lights?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1316 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Environment Initiative In Partnership Programme

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu f'Għawdex għal Environment Initiative In Partnership Programme tal-MEPA, minn meta bdiet din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li tħallsu f'Għawdex għal Environment Initiative In Partnership Programme tal-MEPA, minn meta bdiet din l-iskema sal-31 ta' Mejju 2008 huwa ta' EUR 456,632.73 (Lm196,032.43).
Leg 11 PQ #1317 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Commuted Parking Scheme

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu għall-Commuted Parking Scheme tal-MEPA, fir-Rabat Għawdex, minn meta bdiet din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li tħallsu f'Għawdex għal Commuted Parking Payment Scheme tal-MEPA, minn meta bdiet din l-iskema sal-31 ta' Mejju 2008 huwa ta' EUR 589,797.36 (Lm253,200).
Leg 11 PQ #1321 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — Insurance

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk hemmx insurance cover għal dawk il-kunsilliera u sindki li jimirdu waqt li jkunu qed jokkupaw tali karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Riposta tingħata f'xi seduta oħra.

Talba għal alternative accomodation

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ta' żewġ anzjani ta' 80 sena u 70 sena li ilhom sitt snin japplikaw għal alternative accomodation għax jgħixu f'post kbir bi tliet sulari u minħabba li xi ħadd minnhom juża l-wheelchair ma jistax jgħix f'kumdita'? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li għajr acknowledgements mis-sena 1994 'l hawn ma waslux għal din it-talba?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kienu applikaw ma’ l-Awtorita tad-Djar sabiex jibbenefikaw mill-Care & Repair u apparati dan kellhom applikazzjoni għall-post alternattiv mad-Dipartiment ta’ l-Akkommodazzjoni Soċjali. Dawn iż-żewġ anzjani jgħixu f’dar bi tlett sulari pero’ l-Awtorita’ tad-Djar għamlet ix-xogħlijiet neċessarji sabiex huma jkunu jistgħu jgħixu isfel u ma jkun hemm l-ebda bzonn li jużaw is-sulari ta’ fuq. Ix-xogħlijiet li saru f’din il-dar (li hija mikrija minn dawn l-anzjani mingħand il-privat) huwa is-segwenti:- · Gallarija ġdida ta’ l-injam (din kienet fi stat ta’ periklu) · Tbdil ta’ saqaf perikoluz ta’ karma li ntuzat b]ala kamra tal-banju fis-sular ta’ isfel. · Kamra tal-banju addattata għal persuni b’diżabilita’ · Manutenzjoni f’tromba tal-bejt, soqfa u bejt. Dawn ix-xogħlijiet swew lill-Awtorita’ tad-Djar is-somma ta’ € 9224. Ix-xogħlijiet saru bl-għan li l-anzjani msemmija jgħixu ħajja komda u fl-opinjoni ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jkun hemm bżonn li jsibu post alternattiv. L-Anzjani applikaw għall-post alternattiv f’Ottubru 1994 u r-raġuni kienet li għandhom ħafna taraġ u d-dar kbira wisq għalihom. Huwa bħalissa għandhom 83 points li tali points m’humiex suffiċjenti biex jingħataw post alternattiv. Ta’ min jg]id ukoll li l-preferenza ta’ lokalita’ ta’ din il-familja hija Ta’ Sliema - huwa mpossibbli li l-Awtorita’tad-Djar issir post alternattiv f’dan il-lokal. L-Awtorita’ tad-Djar tħoss li bix-xogħlijiet li saru, l-anzjani qegħdin jgħixu ħajja komda, fil-lokalita’ li jixtiequ huma u fi pjan terren kif huma għandhom bżonn.

Mypotential

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1142 u jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Income tax — Tnaqqis fir-rata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 950 u jgħid meta hemm il-ħsieb li l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu u jbaxxi r-rata ta' l-income tax fid-dawl li wara l-elezzjoni ntqal mill-Prim Ministru li waħda mill-ewwel wegħdi li se jwettaq il-Gvern kellha tkun it-tnaqqis fir-rata ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 950.

Sptar Mater Dei — Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx carers privati li qegħdin jagħtu servizz fl-iSptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' dawn il-carers u kemm jitħallsu għax-xogħol tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 1172.

Ġarr tal-merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1072 u jgħid jekk hemmx xi għajnuna ġdida li qed jikkunsidra li jagħti l-Gvern biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-ġarr (minħabba ż-żieda fid-diesel) tat-trakkijiet bil-merkanzija lejn Għawdex għax jekk din iż-żieda tgħaddi għal fuq il-konsumatur, tgħolli ħafna l-ħajja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jevalwa dawn iċ-ċirkostanzi fil-pakkett ta’ għajnuniet li jingħataw mill-istat lis-setturi kollha. Naturalment, tingħata wkoll konsiderazzjoni lir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u lill-esiġenzi ta’ prijoritajiet ta’ fejn jiġu ddedikati l-fondi tal-baġit ta’ kull sena.
Leg 11 PQ #1331 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett f'Pembroke

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 942 u jgħid jekk hux se jsir il-proġett f'Pembroke minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea li kien miftiehem li jsir ma' Pembroke Athlete? Meta se jibda x-xogħol fuqu u fiex se jikkonsisti l-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess dwar l-aħħar sejħa għall-proġetti għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropea għadu mhux konkluż.

Sptar Monte Carmeli — Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx carers privati li qegħdin jagħtu servizz fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' dawn il-carers u kemm jitħallsu għax-xogħol tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #1333 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu f'Għawdex għal Urban Improvement Fund tal-MEPA, minn meta bdiet din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li tħallsu f'Għawdex għal Urban Improvement Fund tal-MEPA, minn meta bdiet din l-iskema sal-31 ta' Mejju 2008 huwa ta' EUR 911,052.46 (Lm 391,114.82).